Jista' il-Ministru jgħid kemm inkitbu qarrejja ġodda fil-librerija taż-Żejtun fix-xhur ta' Frar, Marzu u April 2005 u kif dan jikkompara ma' libreriji lokali oħrajn f'Malta u Għawdex?
Response (GALEA, LOUIS)
Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ħarġu kotba mil-librerija lokali taż-Żejtun matul ix-xhur ta' Frar, Marzu u April 2005 u kif dan jikkompara ma' libreriji oħrajn f'Malta u Għawdex?
Response (GALEA, LOUIS)
Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi is-self ta' kotba mill-fergħat ta' Malta u Għawdex bejn Frar, Marzu u April.
Jista' il-Ministru jgħid jekk din id-darba fl-eżami tal-Matsec tal-lingwa Ingliża f'paper 2 kienx hemm bidla fis-sens li minflok żewġ comprehensions kien hemm tlieta? X'wassal għal din il-bidla?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li din is-sena ma kienx hemm bidla f'paper 2 ta' l-eżami fil-lingwa Ingliża fil-livell tas-SEC, iżda ta' min jinnota li t-tħaddim tas-sillabu jippermetti li għall-comprehension l-kandidati ikunu eżaminati fuq numru ta' texts miktubin bi stili differenti. It-tul tat-texts ikun proporzjonat mal-ħin ta' l-eżami u l-mistoqsijiet ikopru aktar ħiliet, b'hekk jagħtu aktar opportunita' lill-istudenti li juru kemm fehmu l-qari.
Jikkonferma l-Ministru li fl-iskola FX Attard fil-Marsa tneħħa s-suġġett tal-craft u dan b'dannu u detriment għal numru ta' studenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-iskola Sekondarja, FX Attard fil-Marsa, l-istudenti li bdew il-Craft mill-Form 1 u issa qegħdin Form 3 jistgħu ikomplu fuq is-suġġett billi jagħżlu id-Design & Technology, fost Options oħrajn.
Din il-bidla, li saret biex it-tagħlim ikun aktar mifrux u l-istudenti jakkwistaw ħiliet oħra, bl-ebda mod m'għandha tkun ta' detriment jew ta' dannu għall-istess studenti.
B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari 11645, jista’ il-Ministru jgħid fl-2004 u fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena kemm–il darba ntalbet għajnuna mill-pulizija lill-kapijiet ta’ l-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż lill-barranin? Ta’ liema nazzjonalita` u kemm kellhom eta` l-istudenti li sar stħarriġ fuqhom? X’riżultati kien hemm?
Response (GALEA, LOUIS)
Nitlob l-Onor. Kollega jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministeru responsabbli mill-Pulizija.
Jista’ il-Ministru jgħid liema huma dawk l-għaqdiet / persuni li qed jokkupaw postijiet fil-kumpless tal-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq? Kemm ilhom u kemm iħallsu fis-sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-entijiet li jokkupaw spazju fil-Pixxina Nazzjonali sa minn meta l-KMS ħa t-tmexxija f'idejħ f'Marzu 2004 huma:
Aquatic Sports Association Kera: Lm600
Dance Workshop Kera: Lm3000
Diagnostic Lab - Malta Olympic Committee (free of charge)
Elena Lautrope Kera: Lm720
Federazzjoni ta' l-Għaqda tas-Sajjieda Dilettanti Kera: Lm150
Industrial Soccer Association Kera: Lm150
John Xerri de Caro (physiotherapist) Kera: Lm500
L'Arena - Edward Sport Shop Kera: Lm500
Malta Baseball-Softball Association Kera: Lm300
Malta Cycling Federation Kera: Lm150
Malta Dance & Dancesport Council Kera: Lm300
Malta Darts Association Kera: Lm150
Malta Handball Association Kera: Lm200
Malta Karate Federation Kera: Lm150
Malta Netball Association Kera: Lm150
Malta Olympic Committee Kera: Lm900
Malta Waterpolo Referee Association Kera: Lm150
Mediterranean Caterers Kera: Lm9175
Pat Bonello (Counselling) Kera: Lm300
Sliema Wanderers FC Youth Nursery (free of charge)
Swimming Promotion Unit (free of charge)
Tigne' Judo Club Kera: Lm350
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid fl-ewwel erba’ xhur tas-sena kemm–il persuna taħt l-eta` nstabu f’postijiet ta’ divertiment, barijiet, eċċ? F’liema lokalitajiet? Kemm–il sid tressaq / ser jitressaq il-Qorti? Kemm minnhom tressqu għal aktar minn darba?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, il-Pulizija sabet 30 persuna taħt is-sittax-il sena f'postijiet ta' divertiment, ġewwa B'Bugia, Fgura, San Ġiljan u Żurrieq. Infurmat ukoll illi b'riżultat ta' dan inbdew jew ser jinbdew proċeduri kriminali kontra tlettax-il persuna responsabbli minn dawn l-istabbilimenti, li tmienja minnhom diġa` kellhom proċeduri kontra tagħhom.
Jista’ il-Vici Prim Ministru jgħid fl-ewwel erba’ xhur tas-sena kemm–il membru tal-korp spiċċaw mis-servizz għaliex irtiraw minħabba li għalqu l-61 sena, jew għax iritiraw wara li għalqu l-25 sena servizz, jew għax irriżenjaw minn jeddhom, jew għax tkeċċew minħabba xi każ dixxiplinarju?
F”kull każ ta’ liema rank kienu, separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena kien hemm b’kollox 35 membru li spiċċa mill-Korp tal-Pulizija, kif jidher hawn taħt:
Raġuni
Supretendent
Spettur
Maġġur
Surġent
Kuntistabbli
Irtiraw bl-eta`
2
-
-
-
-
Għalqu 25 sena servizz
-
1
1
5
12
Irtiraw b’raġunijiet ta’ saħħa
-
-
-
-
2
Tkeċċew wara proċeduri PSC
-
-
-
-
1
Irreżinjaw
-
2
-
1
8
Wied il-Għajn — Triq Mintba - vultaġġ baxx ta' dawl
Question
Jista' il-Ministru jgħid fiex waslet l-investigazzjoni li semma fit-tweġiba għall-mistoqsija 10936?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien nfurmat li minn investigazzjoni li saret jirriżulta li hemm vultaġġ baxx. Ix-xogħol biex tissolva din il-problema għandu jsir flimkien ma' xogħolijiet oħra simili.
Filwaqt li nirrikonoxxi l-livell ta’ faċilitajiet u s-serjeta` tan-Neptunes waterpolo club, jista’ il-Ministru jgħid kif l-għażla waqgħet fuq in-Neptunes u allura jekk kienx hemm sejħa għal poolsoħrajn sabiex jagħmlu l-offerta tagħhom ukoll fiż-żmien li l-pixxina nazzjonali tkun magħluqa ?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Kunsill Malti għall-Sports ried isib faċilita' li tkun viċin fid-daqs u fl-ambjent tal-Pixxina Nazzjonali. Il-KMS indaga fuq il-faċilitajiet eżistenti mingħajr ma ħareġ sejħa għall-offerti. Fil-fatt il-pixxina ġewwa l-faċilita' ta' Neptunes ASC kienet l-aktar waħda viċin fid-daqs meta tiġi imqabbla mal-Pixxina Nazjonali tal-Qroqq. Fl-istess waqt il-kumitat tan-Neptunes aċċetta illi l-Pixxina tagħhom tingħata f'idejn il-management tal-KMS għall-perjodu definit. Il-ħlas li sar kien għax-xiri ta' fuel, kimika u ilma. Informat ukoll li l-Bord tad-Diretturi iddeċieda illi n-Neptunes ASC kien l-uniku post bil-kondizzjonijiet kollha li kien hemm bżonn.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm tħassru bookings minn għawwiema u timijiet barranin minn Novembru 2004 sal-lum biex dawn jiġu jtellqu u jittrejnjaw hawn Malta fil-pixxina nazzjonali f’Tal Qroqq?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-perjodu imsemmi kien hemm grupp wieħed biss illi ikkanċella bejn i-6 u 8 t'April 2004.
Jista’ il-Ministru jinvestiga x’ġara u x’inhi r-raġuni li meta f’April għawwiema tat-tim nazzjonali marru Berlin wieħed mill-għawwiema li għandu anqas minn 16–il sena tħalla l-Ġermanja filwaqt li l-bqija tal-kontinġent qabdu l-ajruplan għal Malta?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li għal raġunijiet ta' osservanza ta' proċeduri konnessa ma' l-operat tal-linja ta' l-ajru konċernata il-ħin tat-tlugħ fuq l-ajruplan mill-passiġieri skada u l-persuna konċernata tilfet it-titjira.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx diskussjonijiet għaddejjin bejn l-universita' u l-MCAST sabiex dawn iż-żewġ istituzzjonijiet edukattivi jaħdmu flimkien? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'kienu l-oqsma li fuqhom tkellmu?
Response (GALEA, LOUIS)
Ir-Rettur ta' l-Universita' hu membru tal-Bord tal-Gvernaturi ta' l-MCAST.
Jista' il-Ministru jara u jgħid meta l-ambjent fiżiku tal-junior lyceum tal-Verdala se jiġi rranġat, u dan wara diversi lmenti li rċevejt dwar tkissir, suffetti li kienu maqlugħa u ħmieġ?
Response (GALEA, LOUIS)
L-Onor. Kollega japprezza li dawn il-barrakki tas-servizzi Ingliżi li s'issa servew bħala skola jinħtieġu ristrutturazzjoni sħiħa. L-immodernizzar ta' din l-iskola huwa fuq l-agenda tagħna.
Jista' il-Ministru jara għaliex fil-junioer lyceum ta' Verdala, speċjalment fil-klassijiet ta' Form 3, numru ta' lezzjonijiet mhux qed isiru jew mhux isiru kif suppost, minħabba li numru ta' studenti qed ifixklu lill-klassi kollha?
Jista' jgħid ukoll jekk id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni rċevitx ilmenti dwar bullying fl-istess liċeo?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-iskola Ġużeppi Despott Junior Lyceum qed jittieħdu il-passi meħtieġa biex it-tfixkil li kien qed isir minn xi studenti tal-Form 3 jieqaf. Din il-klassi partikolari qed tingħata aktar attenzjoni biex ma jkunx hemm tfixkil minn xi studenti.
Jista' il-Prim Ministru jgħid, issa li pajjiżna huwa membru ta' l-Unjoni Ewropea, jgħid hemmx xi tibdil fil-karta ta' l-identita' bejn dawk li għandhom l-'M' u dawk li minħabba li m'humiex Maltin mit-twelid ikollhom l-ittra 'A'? Jista' jgħid jekk din tmurx kontra xi regola ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12099.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi ttieħdu kontra dik il-persuna li waddbet flixkun tal-plastik bl-ilma lejn l-assistant referee fil-logħba tal-Ħadd 24 ta' April, 2005 bejn Gozo FC u St Georges fil-Gozo stadium? Kemm kien hemm pulizija għassa f'dan il-ground u kemm minnhom kienu mħallsa extra?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi waqt il-logħba imsemmija mill-Onorevoli Interpellant, f'ħin minnhom intefa' flixkun tal-ilma tal-plastik vojt lejn l-assistant referee, pero' dan ma ntlaqatx. Il-Pulizija mill-ewwel interveniet sabiex tidentifika lil min kien waddab dan il-flixkun minn qalb il-folla preżenti. Sfortunatament, s'issa dan baqa' ma ġiex identifikat. Pero' waqt dan l-intervent mill-Pulizija, kien hemm supporter ieħor li beda jinsulenta lill-Pulizija bi kliem oxxen. Dan ġie mneħħi mill-ground u ser jittieħdu proċeduri kriminali kontra tiegħu. Ninsab infurmat ukoll illi għal din il-logħba b'kollox kien hemm 15-il membru tal-Korp tal-Pulizija, li ħamsa minnhom kienu extra duty on payment.