Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pulizija — Serq minn spiżeriji

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru serqiet minn spiżeriji f'din l-aħħar sena, jiġifieri mill-aħħar ta' Mejju 2004? Jista' jgħid kemm ġew rapportati li nsterqu drogi perikolużi u liema kienu? Minn fejn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta’ Ġunju 2004 u l-31 ta’ Mejju 2005, ġew irrapurtati lill-Pulizija 26 każ ta’ serq minn spiżeriji. F’wieħed minn dawn il-każijiet biss ġew irrapurtati nieqsa mediċini deskritti bħala perikolużi mill-ispiżjar. Il-mediċini hekk rapurtati huma: Ta’ XbiexAkaman 1.5mg x 100Akamar 3mg x 60Ativan 2mg x 180 Dalmane 30mg x 48DMC 60mg x 464Letomil 3mg x 5 Mogadon 2mg x 49Noctanil x 8Tamol x 20 Tranol 100mg x 30Valium 2mg x 49Xanax 1mg x 120

Impjiegi — Persuni barranin jagħmlu xogħol bla permess

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm nies ta' nazzjonalita' barranija li nqabdu jaħdmu bla permess f'Malta u dan fl-ewwel ħames xhur tas-sena? Minn fejn kienu? Liema xogħol ġeneralment kienu qed jagħmlu? Ittieħdu passi kontra dawk li kienu qed jimpjegaw lil dawn in-nies? Kontra kemm-il sid?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta’ persuni barranin li nstabu jaħdmu mingħajr permess, minn Jannar 2005 sa’ April, 2005, huwa hekk: Numru ta' Ħaddiema Barranin li nqabdu Tip ta' Xogħol jaħdmu bla permess Jannar'05 4 2-Catering; 2-Ħwienet Kummerċjali (4 sidien) Frar 2 2-Catering (2 sidien) Marzu 0 - April 5 1-Restaurant; 3-Kostruzzjoni (4 sidien) Minbarra l-każijiet li jidhru fit-tabella, il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, matul is-sena 2004, għaddiet 28 każ ieħor, direttament lill-Pulizija. Il-każijiet indikati kienu jinvolvu 10 sidien. F’kull każ li jinvolvi ħaddiema barranin mingħajr permess, il-każ jghaddi lill-Pulizija, sabiex jittieħdu passi skond il-liġi. L-istatistika għax-xahar ta’ Mejju 2005, għadha qed tinġabar.

Skejjel — Studenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li f'din is-sena skolastika talbu li jiġu eżentati milli jattendu l-iskola? Kemm-il permess ingħataw? Jista' jgħid x'kienu r-raġunijiet ewlenin għaliex intalab permess? F'liema stadju ta' l-edukazzjoni ġeneralment kienu dawn it-tfal?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f'din is-sena skolastika (15/09/2004 sa 03/06/2005) l-istudenti li talbu biex jiġu eżenti mill-iskola kien ta' 358 student u kollha kienu tal-Form V l-aħħar sena ta' l-iskola obbligatorja. In-numru hu maqsum hekk: 116 għamlu l-eżami ta' Frar u baqgħu jattendu sat-3 ta' Ġunju 2005 180 għamlu l-eżami ta' Frar u ħarġu mill-iskola 62 telqu mingħajr l-eżami ta' Frar. Ir-raġuni ewlenija li ntalab il-permess huwa biex l-istudenti jkunu jistgħu jaħdmu. Kien hemm żewġ każi biss għal raġuni umanitarja.

Chalmers report

Question

Jista' il-Ministru jgħid wara li ġie pubblikat iċ-Chalmers report kemm saru laqgħat, kemm pubbliċi kif ukoll privati, ma' min u meta saru?

Response (GALEA, LOUIS)

Minn meta ġie pubblikat ir-Rapport Chalmers, jien tlabt l-istituzzjonijiet edukattivi jgħadduli l-ewwel rejazzjonijiet tagħhom. Dan sar minn kull istituzzjoni u bħalissa qed nikkonsidra li inressaq lill-Gvern proposta biex titwaqqaf Kummisjoni għall-Edukazzjoni Ogħla kif rakkomandat mir-Rapport bil-ħsieb li jinbeda proċess ta' riformi f'dan is-settur. Meta titwaqqaf il-Kummissjoni inkun f'pożizzjoni tajba biex niltaqa' ma' diversi li huma interessati direttament fir-riforma. Sadanittant, saru diversi laqgħat mal-KSU dwar is-sistema ta' għotjiet ta' manteniment, inkluż laqgħa pubblika li saret fit-30 ta' April, 2005.

Żurrieq — Skola sekondarja tas-subien

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu jew le li l-iskola sekondarja tas-subien P.P. Saydon fiż-Żurrieq se tagħlaq? X'ser jiġri mill-istudenti u l-għalliema ta' din l-iskola? Jista' jgħid jekk hemmx skejjel oħra,. kemm fil-livell primarju kif ukoll f'dak sekondarju, li se jingħalqu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħalissa qed jittieħed stock tas-sitwazzjoni kif se tkun fil-bidu tas-sena skolastika li ġejja. Deċiżjoni dwar skejjel tittieħed aktar tard wara l-għeluq tas-sena skolastika.

Channel 22

Question

Jista' il-Ministru jgħid minn Settembru 2004 sal-lum min huma l-kumpanniji privati li qed jaħdmu/jipproduċu programmi għall-educational channel - Channel 22? Jista' jgħid kif ġew magħżula u kemm qed jitħallsu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minn Settembru li għadda 'l hawn kien hemm ħdax-il kumpanija privata li qed jaħdmu/jipproduċu programmi għall-education channel Channel 22 li isimhom u l-ħlasijiet lilhom jidhru separatament. Lista ta' dawn ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Informat ukoll li kienet prattika sallum li l-aġent kap ta' l-istazzjoni jitlob servizzi bħal dawn minn lista ta' kumpaniji f'dan il-qasam. L-amministrazzjoni l-ġdida ta' l-istazzjon ser tibdel din il-prattika.

Educational channel

Question

Jista' il-Ministru jgħid min qed imexxi l-educational channel fil-preżent u min kien qed imexxih fil-bidu ta' din is-sena? X'inhi r-raġuni li kien hemm dan it-tibdil?

Response (GALEA, LOUIS)

B'seħħ mit-Tnejn 23 ta' Mejju t-tmexxija ta' Education 22 għaddiet f'idejn is-Sur Stephen Azzopardi. Fil-bidu tas-sena l-aġent kap ta' l-istess stazzjon kien is-Sur Stephen Florian. Il-bidla fit-tmexxija saret bħala parti minn riforma li qed issir fl-istazzjon.

PBS/Channel 22

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li qed ikun hemm xi minuti ta' xandir konġunt bejn il-PBS u Channel 22? Jista' jgħid ukoll minn meta bdew isiru r-reklami fuq Channel 22?

Response (GALEA, LOUIS)

Billi iż-żewġ stazzjonijiet huma pubbliċi hija ħaġa ta' min ifaħħara li jkun hemm kooperazzjoni sħiħa bejniethom kemm sabiex il-pubbliku jingħata l-aħjar servizz kif ukoll sabiex fondi pubbliċi jkunu utilizzati bl-aħjar mod. Dan joħroġ mill-Politika Nazzjonali tax-Xandir. B'dan il-mod ix-xandir edukattiv jingħata aktar spazju fuq l-istazzjon nazzjonali filwaqt li l-pubbliku jkollu aktar aċċess għal programmi ta' natura edukattiva wiesgħa bħal dawk sportivi u kulturali taż-żewġ stazzjonijiet. B'hekk l-obligu ta' l-istat li jmexxi 'l quddiem ix-xandir edukattiv u kulturali jkun jista' jintlaħaq aħjar. Informat ukoll li ilhom isiru xi tipi ta' reklami fuq l-istazzjoni sa mill-bidu tiegħu. Minn mindu programmi tal-PBS bdew jidhru fuq Ch22 magħhom bdew jidhru xi reklami li kienu jagħmlu parti minn uħud mill-programmi, iżda bir-restrizzjonijiet tal-ħin li fihom jintwerew u xi parametri li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni dehrilha li għandha tagħmel.

Junior college — Ċertifikati

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi tariffa għall-ħruġ ta' ċertifikati/ittra mill-junior college? Jekk fl-affermattiv, kemm hija din it-tariffa u b'liema awtorita' qed issir?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma l-ebda tariffa għall-ħruġ ta' ċertifikati mill-Junior College. Informat ukoll li għall-ħruġ ta' ittra ta' referenza li turi s-suġġetti, il-perjodu ta' attendenza kif ukoll il-marki, hemm tariffa ta żewġ liri (Lm2.00). Din l-ittra tiġi mitluba mill-istudenti biex jistudjaw barra minn Malta, jew biex jagħmel self mill-banek, jew għal impjieg. Din hija proċedura li timxi biha l-Universita għall-ħruġ ta' 'transcript' lill-istudenti.

Tal-Pieta' — Skola primarja

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 11978, jista' il-Ministru jgħid meta hu maħsub li jinbeda x-xogħol fil-play area tal-kindergarten ta' l-iskola primarja ta' Tal-Pieta'? Fiex waslu l-pjani għal dan ix-xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

F'dan l-istadju m'għandi xejn ġdid x'inżid mat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija ċitata.

Wasteserv Malta Limited

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ħallset il-kumpannija Wasteserv Malta limited lill-kumpannija SLR f'konsulenzi u rapporti sa mit-twaqqif tagħha? Jista' jgħid ukoll jekk ir-rapport alternative site assessment sarx mill-istess kumpannija, jiġifieri SLR? Jekk fl-affermattiv, kemm ġie jiswa dan ir-rapport? Jista' jgħid minn liema budget tħallas dan ir-rapport?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mit-twaqqif tal-kumpanija Wasteserv Malta Limited, minn Novembru 2002 sad-data tal-lum, ħallset ammont ta’ Lm409,515.01 fuq numru ta’_ kuntratti mirbuħa mill-kumpanija SLR Consultants Ltd wara sejħiet pubbliċi fuq numru ta proġetti. Għat-tieni parti tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku għal liema Alternative Site Assessment qed jirreferi.

Universita' — Dipartiment tal-farmaċija

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm saru konferenzi mid-dipartiment tal-farmaċija ta' l-Universita' ta' Malta matul din is-sena? Kemm ġew jiswew flus u min ħallas għalihom? Jista' jgħid ukoll jekk l-istudenti kenux mitluba li jħallsu għal xi konferenza? Jekk fl-affermattiv, kemm kien dan il-ħlas?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul din is-sena id-Dipartiment tal-Farmaċija ta' l-Universita' għen fl-organizzazzjoni tal-konferenza annwali ta' l-Assoċċjazzjoni tal-Fakultajiet tal-Farmaċija ta' l-Ewropa li saret f'Malta. L-Universita' nefqet is-somma ta' Lm691 għaż-żewġ attivitajiet. L-istudenti ħallsu Lm55 kull wieħed u dan kien jinkludi wkoll l-ikel waqt it-tlett'ijiem tal-konferenza. Informat ukoll li matul l-istess sena id-Dipartiment organizza is-seminar annwali fejn l-istudenti tal-ħames sena jippreżentaw il-proġett tagħhom. L-istudenti tas-snin kollha fid-Dipartiment attendew dan is-seminar bla ħlas.

Lotteriji — Għajnuna lill-għaqdiet sportivi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 9944, jista' il-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi dwar l-għajnuna finanzjarja lill-għaqdiet sportivi mil-lotterija minn meta daħal fis-seħħ il-ftehim bejn il-gvern u l-kumpannija Maltco?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li hija l-prassi tal-Gvern li d-distribuzzjoni ssir fit-tieni nofs tas-sena, meta jkunu daħlu kemm it-talbiet u kif ukoll ikun magħruf l-ammont approssimattiv li ser ikun disponibbli. Għalhekkk, filwaqt li l-arranġamenti neċessarji jkunu qed isiru matul is-sena, dawn jiġu finalizzati kif qed jingħad aktar ’il fuq.

Politika nazzjonali dwar l-isport

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-politika nazzjonali dwar l-isport?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kunsill Malti għall-Isport għadu qed jiffinalizza l-istrateġija nazzjonali ta' l-isport biex jissottomettija lill-Gvern.

Kurrikulu minimu nazzjonali — Media education

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-media education huwiex wieħed mis-suġġetti obbligatorji skond il-kurrikulu minimu nazzjonali? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk huwiex sodisfatt li dan is-suġġett qed jiġi mgħallem fl-iskejjel kollha liċenzjati f'Malta?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kurrikulu Minimu Nazzjonali iqis bħala suġġetti bażiċi l-Malti, l-Ingliż, il-Matematika, ir-Reliġjon, l-iStudji Soċjali, il-Media Education, l-iSport u l-Edukazzjoni Fiżika, ix-Xjenza u t-Teknoloġija kif ukoll l-espressjoni kreattiva. Informat ukoll li fl-iskejjel ta' l-Istat, il-Media Education qed jiġi mgħallem bħala parti mis-suġġett tal-Personal and Social Development. Dan isir ukoll fl-iskejjel indipendenti u tal-Knisja.

Għalliema ta' l-iskejjel ta' l-Istat — Privat

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk għadx hemm l-obbligu li għalliema li jaħdmu ma' l-Istat iridu jitolbu permess biex jagħtu l-privat? Jekk hu hekk, jista' jgħid kemm talbu u kemm ingħataw permessi f'din is-sena skolastika?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li skond kif hemm provdut fil-Public Service Management Code, jeħtieġ li jintalab permess tas-Segratarju Permanenti tal-Ministeru rispettiv qabel ma l-uffiċjal pubbliku jagħmel jew jidħol għal xi xogħol barra d-doveri uffiċjali tiegħu. Ninsab informat ukoll li fis-sena skolastika li qegħdin fiha ma kien hemm l-ebda talba minn għalliema biex jagħtu l-privat.

Pulizija — Permessi għal bouncers

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid biex pulizija jaħdem bħala persuna tas-sigurta' - magħrufa bħala bouncers - anke meta jkun bil-frank iridx permess mill-kummissarju tal-pulizija? Jekk iva, kemm hemm membri tal-korp li talbu permess u kemm ingħataw? Inqabdu xi pulizija li kienu qed jaħdmu ta' persuni tas-sigurta' mingħajr permess? X'passi ttieħdu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mhux permess li membri tal-Korp tal-Pulizija jaħdmu bħala bouncers. Ninsab infurmat ukoll li komplessivament kien hemm tmien (8) membri tal-Korp li kienu qed jagħmlu xogħol ta' bouncer bejn l-2000 u l-2005. Fil-każijiet kollha ttieħdu proċeduri dixxiplinarji kontra l-membri tal-Korp involuti.

Studenti b'diżabilita'

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti b'diżabilita' li qed jattendu l-iskejjel governattivi, maqsumin fi skejjel primarji, sekondarji, l-MCAST, higher secondary, junior college u l-universita'? Jista' jagħti din l-istess informazzjoni għall-iskejjel tal-knisja u dawk indipendenti? Jista' jgħid ukoll x'inhi t-tip ta' diżabilita' maqsuma skond kif intalbet l-informazzjoni aktar 'il fuq?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskejjel statali in-numru ta' studenti b'diżabilita' sa l-aħħar ta' April huwa hekk: Primarja: 868 Sekondarja: 279 Higher Secondary: 3 Fl-iskejjel tal-Knisja huwa: Primarja: 233 u Sekondarja 159. Tagħrif dwar l-iskejjel indipendenti ma laħaqx wasal. Fost id-diżabilitajiet insibu Short Attention Span, Global Devel. Delay, Down's Syndrome, Cognitive Delay, Emotional Problems, Tuberose Sclerosis, Aspergers Syndrome, Autism, Behavoural Problems, Dystonia, Comm. Problems, Auditory Short Term Memory, Cerebral Palsy, Psy. Deprivation, Hydrocephalus, Microcephalus, Twist Syndrome, Dwarfism, Spina Bifida, Kleinfetter Syndrome, Pierre Robin Syndrome, SSN, Heart Problems, School Phobia, Psornosis, Global Intellectual Delay, Worster Drought Syndrome, SLow Global Development, ADHD, Pervasive Devel., Disorder, Slow Learner, ADD u Hearing Impairment. Informat ukoll li fl-Universita' hemm 87 student, li jinkludu 4 fl-Insitiute of Health Care, li ddikkjaraw xi forma ta' diżabilita', filwaqt li fil-Junior College 23 student ddikkjaraw diżabilita'. Id-diżabilita' ddikkjarata tvarja minn 'dyslexia' sa nuqqas ta' smigħ jew vista jew problemi ta' mobilita'. Informat li fl-MCAST hemm total ta' 82 student b'diżabilita'. Id-Diżabilita' tinkludi Learning Disabilty, Developmental Delay, Mobility, Hearing Impairment, Epilepsy, Asperger's Syndrome, Visual Impairment, Cystic Fybrosis, Attention Deficit Disorder, Spina Bifida, Kleinfelter's Syndrome, Clinical Depression, Diseases such as Cancer etc..., Intellectual Impairments.

ETC

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni taħt l-eta' ta' 30 sena li qed jirreġistraw għax-xogħol? X'livelli ta' kwalifiki u kompetenzi għandhom? Kemm minnhom ma jafux jaqraw u jiktbu? Kemm hemm minnhom li m'għandhomx ċertifikati akkademiċi u/jew vokazzjonali?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta’ persuni taħt l-eta’ ta’ 30 sena li qed jirreġistraw għax-xogħol fl-Ewwel u fit-Tieni Parti tar-Reġistru f’Marzu 2005 kienu 3314. Il-livell ta’ kwalifiki u kompetenza tagħhom huwa kif gej: Description: Academic/Trade Total Working Knowledge/Operator 948 Competent/Skilled Operator 1,488 'O' Level/City & Guilds 622 Intermediate 13 'A' Level/Engineer by Experiance 157 Diploma 46 Graduate/Graduate Engineer 40 Total unemployed <30 years 3314