Legislature:
Category:
Reset
Active:

Wied il-Għajn — skola primarja

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x’xogħol sar u qed isir fl-iskola primarja ta’ Wied il-Għajn? Jista’ jgħid ukoll min qed jagħmel dan ix-xogħol u jekk ħarġux sejħiet għal offerti? Jekk fl-affermattiv, jista’ jagħti n-numru tas-sejħa? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm offerti għal kull każ u x’kien il-valur tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħol li qed isir fl-iskola ta' Wied il-Għajn jikkonsisti fiż-żieda ta' sitt klassijiet, kamra oħra u toilets fit-tielet sular ta' l-iskola. Ix-xogħol qed isir minn kuntratturi differenti. Ix-xogħol qed isir permezz ta' tender maħruġa u approvati mid-Dipartiment tal-Kuntratti tal-Ministeru tal-Kuntratti.

Beach concessions fl-Armier

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru l-kuntratti definittivi tal-beach concessions fl-Armier? Jekk fl-affermattiv, jista’ jagħti indikazzjoni ta’ meta se jsir dan? Jikkonferma li s-sidien ta’ dawn il-konċessjonijiet kienu poġġew depożitu ta’ Lm10,000 bħala garanzija u għal dawn l-aħħar 4 snin kienu qed jistennew risposta fuq l-ammont li jridu jħallsu bħala kera?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-operaturi tal-beach concessions fl-Armier u f'bajjiet oħra li kien skadielhom iċ-ċens ġew offruti kuntratt ġdid ta' 50 sena ċens tlett darbiet, u dan wara sejħiet għall-offerti. Dawn baqgħu joġġezjonaw għall-ammont ta' canone mitlub u iddikjaraw li ma kienux lesti jersqu għall-kuntratti relattivi. Ftit taż-żmien ilu reġgħu ssejħu l-offerti għar-raba' darba, wara li skond il-Policy saret reviżjoni tal-canone minn żewġ periti oħra. Kif jintemm l-adjudication ta' din ir-raba' sejħa, l-offerenti jerġgħu jiġu msejħa għall-kuntratt.

Tigne' — Club houses

Question

Jista’ il-Ministru jgħid min se jieħu l-club houses li jinsabu f’Tigne` u li jiffurmaw parti mill-istess proġett u li kellhom jgħaddu għand l-għaqdiet li kienu jiffurmaw parti mill-Assoċjazzjoni Sportiva Tigne`?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Prezzijiet ta' pilloli

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu għal ċerti abbużi li qed isiru fil-għoli ta’ ċerti pilloli li qed jiġu mpurtati mill-kumpannija li l-isem tagħha qed jingħata separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li billi l-kontroll tal-prezzjiet ma jaqax taħt id-dekasteru tiegħi, nitlobu jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Computer courses

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm kumpanniji lokali applikaw sabiex jorganizzaw il-computer courses (equal skills) ta' l-ETC (TEES) u x’ kienu l-offerti tagħhom? Jista’ jgħid ukoll liema kumpannija ngħatat l-offerta, x' kienet l-offerta tagħha u fuq liema bażi ngħatat l-offerta?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' kumpaniji li applikaw għall-Computer Courses (Equal Skills Course) tal-ETC (TEES) huwa 8. Id-dettalji kollha ġew pubblikati fin-notice board tal-Job Centre ta' l-ETC fil-Belt. Informat li l-Kumpanija TCTC ingħatat l-offerta fuq bażi ta' prezz u ċertifikat ta' akkreditazzjoni li l-kumpanija għandha mill-Malta Computer Society biex torganizza dan il-kors.

Bini ta' skola fil-Karwija

Question

Jista’ il-Ministru jgħid meta se tiftaħ l-iskola li qed tinbena fil-Karwija? Jista’ jgħid ukoll xi studenti ser tilqa’ din l-iskola? Kemm huwa maħsub li jkun in-numru ta’ studenti li se tilqa’ din l-iskola fil-bidu u kemm tista’ tilqa’ bħala full capacity?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada qed timmira li tlesti x-xogħol meħtieġ biex din l-iskola tilqa' l-ewwel studenti fiha f'Settembru li ġej. It-tagħrif mitlub fil-partijiet l-oħra tal-Mistoqsija jingħata fi stadju ulterjuri tat-tħejjijiet għall-operat ta' din l-iskola.

Żurrieq — Skola sekondarja P P Saydon

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi dwar il-futur ta’ l-iskola sekondarja P P Saydon fiż-Żurrieq, kemm fejn jidħlu l-istudenti kif ukoll l-għalliema u staff ieħor ta’ l-istess skola?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi għat-tieni parti tat-tweġiba għall-Mistoqsija preċedenti numru 13299.

ETC

Question

Jista' il-Ministru jgħid fl-ewwel ħames xhur tas-sena, minn Jannar sa Mejju, kemm kien hemm nies li nqabdu jaħdmu waqt li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol? Kien hemm minnhom li kienu ilhom jirreġistraw għal aktar minn sena? Dawn kollha tneħħew mir-reġistru?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta’ persuni li nstabu jaħdmu waqt li kienu jirreġistraw huwa hekk: Nies li nqabdu jaħdmu u jirreġistraw Ilhom jirreġistraw aktar minn sena Jannar'05 11 2 Frar 13 4 Marzu 4 1 April 15 8 It-43 persuna li nqabdu jaħdmu, twaqqfu mir-reġistrar, immedjatament. L-istatistika ghax-xahar ta’ Mejju, għadha qed tinġabar.

Wasteserv Malta Ltd.

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12705, jista' il-Ministru jwieġeb it-tieni parti fejn staqsejt dwar ir-rapport alternative site assessment għar-rigward ta' l-impjant tar-riċiklaġġ li l-gvern qed jippjana li jkabbar f'Wied il-Għajn?

Response (PULLICINO, GEORGE)

B'referenza għall-Mistoqsija ta' l-Onor. Interpellant għal darb’oħra tajjeb jingħad li l-Impjant mhux ser jitkabbar iżda ser jiġi mmodernizzat. Jista jingħad ukoll li l-Alternative Site Assessment jifforma parti integrali mill-Environmental Impact Assessment (EIA) skond kriterji imposti mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) fuq l-iżviluppatur, u fuq siti alternattivi identifikati mill- Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) stess. Għaldaqstant ir-rapport Alternative Site Asssessment fir-rigward ta’ l-impjant tar-riċiklaġġ li l-Gvern qed jippjana li jimmodernizza, l-SLR huma l-konsulenti inkarigati minn dan ix-xogħol bħala l-istess konsulenti inkarigati mill-EIA. Fit-totalita' tiegħu l-EIA ser jiswa mhux aktar minn Lm101,870 u ser jitħallas mill-fondi allokati fis-sena ta' stima 2005 għal dan il-proġett.

Channel 22

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12711, jista' il-Ministru jgħid x'bidliet se ġġib/ġabet l-amministrazzjoni l-ġdida?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-amministrazzjoni attwali ta' Education Channel 22, filwaqt li tkompli tonora l-iskeda u l-ftehim kurrenti sa tmiem ta' Ġunju, qed taħdem biex teffettwa dawn it-tibdiliet: a) Fl-iskeda tas-sajf tintroduċi għall-ewwel darba programmi ġodda kemm jista' jkun b'riżorsi interni sabiex tiġi imnaqqsa kemm jista' jkun id-dipendenza fuq djar ta' produzzjoni kummerċjali. b) Saret sejħa għal turija ta' interess lid-djar kollha ta' produzzjoni u persuni oħra bil-ħsieb li titkabbar l-iskeda bi programmi edukattivi li jiffinanzjaw lilhom infushom. ċ) Fejn jibqa' l-ħtieġa ta' użu ta' servizzi ta' 'production houses' issir sejħa għall-offerti. d) Issir riorganizzazzjoni interna u użu aħjar ta' l-istaff sabiex tonqos kemm jista' jkun il-ħtieġa ta' servizzi minn entitajiet kunnerċjali.

Chalmers Report

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12709, jista' il-Ministru jagħti lista ta' dawk li ltaqa' magħhom s'issa u/jew li ssottomettew ir-reazzjonijiet tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li rappreżentanza mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni iltaqgħet b'mod regolari mal-Kunsill Studenti Universitarji. Il-Ministeru organizza wkoll laqgħa pubblika għall-istudenti kollha fejn ġew diskussi diversi aspetti li għandhom x'jaqsmu maċ-Chalmers Report. Il-Ministeru wkoll irċieva reazzjonijiet inizjali u/jew ideat kif ser jinġabru r-reazzjonijiet min-nies ikkonċernati, minn dawn l-istituzzjonijiet: Junior College I.T.S. St Aloysius College Sir M.A. Refalo Centre for Further Studies M.C.A.S.T. St Edward's College Universita' ta' Malta Giovanni Curmi Higher Secondary School Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' Malta Federation of Professional Associations. U.M.A.S.A.

Detox centre

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm tobba, paramediċi u staff ieħor li huma assenjati esklussivament maċ-ċentru Detox ta' Malta? Tista' tgħid kemm minn dawn għamlu korsijiet speċjalizzati għall-kura mill-abbuż tad-droga? Hemm staff ieħor hekk imħarreġ li jista' jiġi assenjat lid-Detox u fil-fatt huma assenjati f'taqsimiet oħra?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Mobile phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena finanzjarja fuq mobile phones tal-ministru u ta' kull wieħed mill-istaff tiegħu li jgawdu mill-benefiċċju għal użu ta' mobile?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li din is-sena s'issa l-kontijiet li tħallsu ta' telefons ċellulari użati mill-Ministru u l-uffiċjali fis-Segretarjat intitolati għall-użu ta' dan it-telefon jammontaw għall-Lm1670.

Detox centre

Question

Tista' il-Ministru tgħid bħalissa kemm huwa n-numru ta' dawk li jabbużaw mid-droga li kull xahar ifittxu għajnuna miċ-ċentru Detox f'Malta? Tista' tagħti n-numru għal Jannar sa Mejju separatament? Kemm minn dawn għandhom taħt it-18-il sena? Kemm għandha l-iżgħar persuna li fl-ewwel ħames xhur tas-sena marret għall-kura?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kunsill Malti għall-isport — Clubs

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew rikonoxxuti clubs mill-kunsill Malti għall-isport sa mit-twaqqif tiegħu minn mindu għaddiet il-liġi li waqqfet l-istess kunsill? Jista' jgħid x'inhuma l-kriterji sabiex club/organizzazzjoni tiġi rikonoxxuta?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kunsill Malti għall-Isport sal-lum għadu ma ħareġ l-ebda rikonoxximent taħt il-liġi lil xi entita' sportiva. Il-Kunsill Malti għall-Isport jibda jagħmel dan meta jidħol in effett Artikolu 35 tal-Liġi ta' l-Isport.

Ministeru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Policy in career guidance

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-policy in career guidance tal-ministeru?

Response (GALEA, LOUIS)

Is-servizz ta’ guidance fl-iskejjel ta’ l-istat ilu jiġi offrut mill-1968. F’dawn is-snin saru ħafna żviluppi f’dan is-settur. Illum is-servizz qiegħed jibda mill-primarja (Year 6) fejn isiru taħditiet formali għat-tfal biex jippreparawhom għat-transizzjoni għas-settur sekondarju, kif ukoll jgħinuhom jagħmlu l-għażliet tas-suġġett għall-Form1. Jibda wkoll b’mod professjonali u adattat il-preparazzjoni għall-karriera u d-dinja tax-xogħol. Fis-suġġett tal-Personal and Social Development (PSD) jiġu wkoll ttrattati temi bħal kif tieħu deċiżjonijiet, kif għandek tagħmel għażla u l-istudenti jitgħallmu wkoll dwar il-ħiliet u t-talenti tagħhom. Fl-iskejjel sekondarji l-istudenti jiġu ppreparati aktar għall-għazla ta’ karriera bl-għajnuna u s-servizz tal-guidance teachers u school counsellors. Isiru wkoll programme bħal Careers Week u Careers Markets fejn l-istudenti jkollhom l-opportunita’ li jirċievu informazzjoni aġġornata dwar il-karrieri u t-trends fis-suq. Meta jiġu għall-għażla tas-suġġetti fis-settur sekondarju, l-istudenti u l-ġenituri tagħhom jiġu ndirizzati minn għalliema ta’ suġġetti differenti. Dawn jgħinuhom fl-għażla tagħhom tas-suġġett, kif ukoll jinfurmawhom għal liema karrieri u xoghol jistgħu jaslu b’dik l-għażla u f’liema korsijiet jistgħu jkomplu l-istudju tagħhom. Fl-aħħar sentejn ta’ l-iskola sekondarja, l-istudenti jkollhom career orientation visits f’diversi postijiet, kif ukoll jattendu careers seminar. Jiġu fl-iskejjel ukoll personnel mill-MCAST, l-Universita’ u istituzzjonijiet oħrajn biex ikomplu jagħtu t-tagħrif meħtieġ, filwaqt li fix-xhur tas-sajf isiru laqgħat għall-istudenti u l-ġenituri. Fil-qafas ta’ dawn l-inizzjattivi u servizzi li qed jingħataw, il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni waqqaf ukoll grupp ta’ ħidma biex jevalwaw dawn is-servizzi u joħroġ proposti għat-titjib li jista’ jitwettaq. Ix-xogħol ta’ dan il-grupp huwa mistenni li jitlesta f’Mejju tas-sena 2006, fejn tiġi diskussa u eventwalment ippublikata l-policy dwar career guidance fl-iskejjel.
Leg 10 PQ #12853 Sitting 281 2005-06-20 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Detox centre

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'kien in-numru ta' persuni li fl-ewwel erba' xhur tas-sena marru għall-kura fiċ-ċentru Detox f'Għawdex? Tista' tagħti l-figuri għax-xhur minn Jannar sa Mejju separatament? Kemm kienet l-akbar persuna fl-eta' u kemm l-iżgħar waħda li marru għall-kura mill-abbuż tad-droga?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li n-numru ta' persuni li attendew d-Detox f'Għawdex bejn Jannar u Mejju 2005 kien kif muri hawn taħt: Xahar Numru ta' persuni li attendew d-Detox Jannar 178 Frar 155 Marzu 147 April 162 Mejju 170 L-akbar persuna kienet ta' tmienja u erbgħin sena fil-waqt li l-iżgħar persuna kienet dik ta' għoxrin sena.
Leg 10 PQ #12838 Sitting 280 2005-06-15 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Low cost airlines

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jekk saritx konsultazzjoni ma’ l-Air Malta dwar l-impatt li jista’ ikollhom linji ta’ l-ajru low cost fuq l-operat tal-linja nazzjonali tagħna? X’kienet ir-reazzjoni ta’ l-Air Malta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nikkonferma li l-Gvern ikkonsulta ma’ l-operaturi prinċipali fis-settur tat-turiżmu, inkluż l-Air Malta, meta fassal il-pożizzjoni tiegħu fuq il-low cost airlines. Ma naħsibx li jagħmel sens kummerċjali li f’dan l-istadju tan-negozjati nagħti rendikont ta’ xi pożizzjonijiet meħuda ħlief il-pożizzjoni tal-Gvern li jien ġa għamilt pubblika.
Leg 10 PQ #12841 Sitting 280 2005-06-15 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ċina — Bdil ta' studenti

Question

Jista’ il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12112 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Edukazzjon, Żgħażagħ u Impjiegi u li issa ġiet riferuta lilu u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-ftehim li ġie ffirmat fiċ-Ċina l-gimgħa li għaddiet dwar bdil ta’studenti għal skopijiet edukattivi?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Billi l-Onorevoli Interpellant għamel l-istess mistoqsija eżatt darbtejn (PQ 12512 u 12841) nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12512 li għaliha diġa' ngħatat risposta fis-seduta tas-6 ta' Ġunju 2005. Il-ftehim ta' kooperazzjoni li għalih qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant diġa' tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fl-istess seduta tas-6 ta' Ġunju 2005.

Pulizija — Skejjel ta' l-Ingliż

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12203 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni. Żgħażagħ u Impjiegi u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid fl-2004 u fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena kemm–il darba ntalbet għajnuna mill-pulizija lill-kapijiet ta’ l-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż lill-barranin? Ta’ liema nazzjonalita` u kemm kellhom eta` l-istudenti li sar stħarriġ fuqhom? X’riżultati kien hemm?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant mhux disponibbli taħt forma kompjuterizzata.