Skejjel ta' l-istat — Vakanzi fil-grad ta' għalliem
Question
Jista’ il-Ministru jgħid jekk hemmx vakanzi fil-grad ta’ għalliem fl-iskejjel ta’ l-Istat bħalissa? Jista’ jgħid f’liema suġġetti u f’liema skejjel?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bħalissa la fl-iskejjel primarji u l-anqas fl-iskejjel sekondarji ta' l-Istat m'hemm vakanzi fil-grad ta' għalliem. Fejn minħabba mard fit-tul, maternity leave jew riżenja bla mistennija ta' xi għalliema tinħoloq vakanza temporanja jiġi mgaġġat jew min imissu mill-lista jew 'supply teacher'.
Jista’ il-Ministru jghid mill-1 ta’ Jannar 2005 s’issa x’kien id-dħul totali minn dak li ħallsu timijiet barranin talli wżaw il-faċilitajiet tal-Pixxina Nazzjonali? Liema kienu dawn it-timijiet? Kemm damu Malta u kemm ħallsu kull wieħed?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif għadu qed jinġabar , tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista’ il-Ministru jghid x’kien id-dħul totali s’issa din is-sena minn kirjiet ta’ uffiċini u/jew bini fil-Pixxina Nazzjonali? Hemm xi għaqdiet li huma lura fil-ħlas?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-dħul totali minn kirijiet ta' uffiċini u/jew bini fil-Pixxina Nazzjonali s'issa jammontaw għal Lm 14910 fejn kien hemm Lm 900 f'sussidji fil-kirjiet tal-ASA u MOC.
Hemm total ta' tlettax l'Għaqda li huma lura fil-ħlas.
Jista' il-Ministru jgħid min huma l-periti u l-konsulenti li ġew maħtura għall-proġett tal-bajja tar-ramel fil-Qawra/lo St Paul's Bay? Kif ġew maħtura u kemm se jitħallsu għas-servizzi tagħhom?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Wara l-proġett ta' San Ġorġ, l-Awtorita' qiegħda tippjana sabiex is-sajf li ġej twettaq il-proġett ta' perched beach ġewwa Buġibba. Fil-każ tal-bajja tal-Qawra, l-ippjanar ta' dan il-proġett għadu ma nbediex. Għaldaqstant, għad m'hemm ebda periti u/jew konsulenti maħtura.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni, minbarra dik ta' l-esiġenzi tas-servizz, li l-persuna li dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ġiet trasferita mis-sezzjoni fejn kienet qabel għall-iskola Adelaide Cini? Jista' jgħid jekk dan it-trasferiment sarx fuq talba tal-persuna stess u jekk ġietx mibgħuta jew se jintbagħat xi ħaddieħor minflokha?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li m'hemmx raġuni oħra ħlief l-esiġenzi tas-servizz.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm hemm studenti fl-Universita` li bħalissa qed isegwu full-time course? Kemm huma l-istudenti li bdew full-time course minn din is-sena akkademika? Jista’ jgħid ukoll kemm huma l-istudenti Għawdxin, inkluż dawk li se jibdew din is-sena, li bħalissa qed isegwu kors full-time fl-Universita` ta' Malta?
Jista’ jgħid ukoll kemm kienu l-istudenti li kull sena bejn is-sena 2000 u din is-sena li applikaw biex jibdew isegwu kors ta' -
-Bachelor of Science (Business & Computing) ;
-Bachelor of Science (Hons) Information Technology;
-Bachelor of Science (Hons) - Biology, Chemistry, Mathematics, Physics, Statistics & Operations Research, Computer Science;
-Informatics Bachelor of Engineering (Hons);
-Bachelor of Education/ PGCE - Biology, Chemistry, Physics, Mathematics, Computer;
Jista’ jgħid minn meta beda jkun applikat it-test tal-mezzi u kemm kienu sena b'sena l-istudenti li bbenefikaw minnu? Fiex jikkonsisti dan it-test tal-mezzi?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista’ il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-projections u kif inħadmu ta’ kemm huwa maħsub li jkun hemm studenti li jkomplu l-istudji terzjarji tagħhom sena b’sena, għas-snin li ġejjin?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu studenti fl-Universita` fl-ewwel sena akkademika li bdiet f’dawn il-jiem u dan separatament skond il-kors magħżul minnhom? Jista’ jgħid kemm huma l-istudenti Għawdxin ta’ l-ewwel sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid min huma l-erba' ko-odinaturi li se jmexxu l-erba' kulleġġi li twaqqfu bi prova?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-koordinaturi huma l-assistenti Diretturi li ġejjin :-
Ms Marylin Sciortino - Kuleġġ San Benedittu
Ms Salvina Muscat - Kuleġġ Kottonera
Mr Frank Gatt - Kuleġġ Għawdex
Mr George Borg - Kuleġġ Speċjali u Edukazzjoni Inklussiva.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġie jiswa s'issa l-bini ta' l-iskola f'Tal-Karwija? Kemm kien ippjanat li se tkun tqum din l-iskola? X'xogħlijiet fadal isiru u kemm se jiswew f'kull każ?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-iskola l-ġdida sekondarja subien fil-kulleġġ San Benedittu f’Ħal Kirkop hi stmata li tqum Lm 3 miljuni. Ix-xogħolijiet li fadal huma l-kostruzzjoni u tlestija tas-sala u xi kmamar oħra.
Tagħrif dwar l-ispiża s'issa ikun jista' jingħata meta x-xogħol imwettaq ikun ċertifikat, verifikat u l-kontijiet ikunu magħluqa.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti fil-livell primarju skond is-sena li jinsabu fiha, jiġifieri mill-ewwel klassi sas-sitt klassi separatament? Jista' jagħti din l-informazzjoni separatament kemm għall-iskejjel tal-gvern, tal-knisja u dawk privati?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-istudenti fil-livell primarju, skond is-sena li jinsabu fiha fi skejjel tal-Gvern, tal-Knisja u dawk privati huma hekk:
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti fil-livell sekondarju skond is-sena li jinsabu fiha, jiġifieri mill-ewwel klassi sal-ħames klassi separatament? Jista' jagħti din l-informazzjoni separatament kemm għall-iskejjel tal-gvern, tal-knisja u dawk privati?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-istudenti fil-livell sekondarju skond is-sena li jinsabu fiha fi skejjel tal-Gvern, tal-Knisja u dawk privati huma hekk:
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm staff amministrattiv fl-iskola magħrufa bħala Tal-Karwija?
Jista' jgħid ukoll kemm hemm għalliema u ta' liema suġġetti?
Fil-każ ta' l-istaff amministrattiv, jista' jgħid jekk kienux qed jaħdmu jew jirreġistraw u fejn joqogħdu (belt jew raħal)?
Response (GALEA, LOUIS)
Napprezza jekk kulħadd jibda jirreferi għal din l-iskola bħala l-iskola sekondarja subien Kulleġġ San Benedittu Kirkop u mhux bħala "l-iskola l-ġdida tal-Karwija.
Informat li l-istaff amministrattiv ta' din l-iskola huwa magħmul minn segretarja u uffiċjal eżekuttiv. Iż-żewġ persuni kienu diġa impjegati tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.
Informazzjoni oħra dwar l-għalliema, l-Kap u l-Assistent Kapijiet ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Informat li l-istaff amministrattiv huwa magħmul minn segretarja u uffiċjal eżekuttiv li joqgħodu ż-Żurrieq u Ħal-Safi rispettivament. Iż-żewġ persuni kienu diġa jaħdmu fi ħdan id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.
Informazzjoni oħra dwar l-għalliema, l-Head u l-ass. Heads ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid min huma l-periti u l-konsulenti li ġew maħtura għal proġett tal-golf coarses? Kif ġew maħtura u kemm se jitħallsu għas-servizzi tagħhom?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-MTA appuntat żewġ konsulenti biex jaħdmu fuq il-proġett tal-korsa tal-golf.
Il-konsulent tad-diżinn huwa Hawtree Ltd. Dan huwa l-konsulent likellha l-MEPA għal dan il-proġett u allura kien jagħmel sens li l-MTA tkompli tuża s-servizzi tagħhom. Hu stmat li din il-kumpanija ser titħallas Lm 30,000 għax-xogħol li ser tagħmel.
ADI Associates qed tieħu ħsieb il-koordinament u il-preparament tal-proċess tal-Environment Impact Assessment. Għal dan ix-xogħol l-ADI huwa stmat li ser jitħallsu Lm 10,000.
Dawn il-ħlasijiet ser ikunu inkorporati fil-prezz li ser iħallas l-iżvillupatur tal-korsa tal-golf darba jintgħażel..
Jista’ il-Ministru jgħid x’ġie implimentat u/jew adottat mill-gvern u mid-diviżjoni ta’ l-edukazzjoni s’issa mir-rapport dwar l-inklużjoni li tlesta mill-working group li tqabbad mill-Ministru taħt il-presidenza tas-Sur Lino Spiteri?
Response (GALEA, LOUIS)
Ir-rapport dwar l-edukazzjoni inklussiva u speċjali ġie preżentat uffiċjalment fit-22 ta' Lulju. Ir-rapport tpoġġa fuq il-websajt immedjatament u nbeda proċess fejn inġabru il-kummenti jew mistoqsijiet dwar dan ir-rapport. Dan ir-rapport tqassam ukoll fl-iskejjel kollha. Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni nediet proġett li se jiffoka fuq in-networking bejn l-iskejjel speċjali u l-implimentazzjoni tar-rapport Spiteri bħala parti mir-ristrutturar li jirrakkomanda r-Rapport.
Is-Sur George Borg ġie maħtur koordinatur għal dan il-proġett pilota. Diġa' beda jitwettaq parti mill-pjan ta' taħriġ f'dan is-settur. In fatti, fis-17 ta' Ottubru, 2005 se jibda kors ta' taħriġ fil-qasam ta' l-iskejjel speċjali. Matul din is-sena ta' proġett pilota hemm l-għan li jitfassal il-Programm Parallel imsemmi fir-rapport, filwaqt li jiġi preżentat ukoll ir-Repositioning Plan minn-naħa tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.
Ġew ukoll impjegati aktar għalliema fil-qasam tas-servizz peripatetiku għal tfal neqsin mis-smigħ, filwaqt li tlett persuni bdew kors fil-livell ta' Masters ma' l-Universita' ta' Birmingham f'diversi oqsma li għandhom x'jaqsmu ma' l-edukazzjoni tat-tfal b'diżabilita'.
Jista’ il-Ministru jgħid x’direttivi ġodda u differenti mis-snin ta’ qabel inħarġu mid-diviżjoni ta’ l-edukazzjoni fejn jidħlu l-facilitators fil-bidu ta’ din is-sena skolastika? Jista’ jgħid ukoll kemm-il tip ta’ facilitator insibu? Kemm huwa n-numru ta’ persuni li taħt xi isem jew ieħor qed jagħmlu xogħol ma’ studenti li ġie deċiż li għandhom bżonn dak li jissejjaħ facilitator? Jista’ jgħid jekk minbarra one to one u shared facilitator insibux possibbiltajiet oħrajn? Jekk fl-affermattiv, x’inhuma?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li din is-sena skolastika intbagħtu 'guidelines' lill-iskejjel biex jerġa' jiġi spjegat ir-rwol tal-facilitators. Dawn il-guidelines kienu diġa' ħarġu fi Frar ta' din is-sena. Dawn il-guidelines m'humiex differenti minn dawk ta' snin ta' qabel.
Informat li hemm sitt tipi ta' facilitators: Facilitators
Kindergarten Assistants
Kindergarten Assistant Special Education
Part time Kindergarten Assistants
Part time Special Education
Supply Kindergarten Assistant Special Needs
Sa l-aħħar tas-sena skolastika 2004/2005, kien hemm 861 persuna jaħdmu f'dawn il-kategoriji. Possibilitajiet ta' għajnuna hemm shared (ma' studenti li jkunu f'klassijiet differenti), shared fl-istess klassi, full time, u full time one to one.
Jista’ il-Ministru jgħid kif jinqasam il-vot kapitali ta’ Lm8,092,000 li kien ippubblikat fil-Comparative Return of Capital Expenditure fil-Gazzetta tal-Gvern?
Response (GALEA, LOUIS)
L-istima Kapitali għal din is-sena tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol hija ta' Lm8,092,000. Hija maqsuma kif jidher fil-Vot 4 Kapital, f 'paġni 164-166 ta' L-Estimi Finanzjarji għas-sena 2005 pubblikati mill-Gvern.
Jista’ il-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li fl-iskola primarja tas-Siġġiewi l-faċċata twaqqgħet kollha, meta jidher li ma kienx hemm bżonn li dan isir? X’wassal biex dan sar u kemm ġie jiswa dan ix-xogħol? Min għamel dan ix-xogħol? Kien hemm sejħa għall-offerti għal dan ix-xogħol?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-parti tal-faċċata li twaqqgħet hija fil-fatt il-faċċata ta’ wara. Minflokha ser tinbena sala ġdida għal din l-iskola. Dan ix-xogħol qiegħed isir permezz ta’ tender pubblika numru CT 2024/2005 li jkopri ukoll il-bini ta’ din is-sala. Il-kuntrattur li rebaħ din it-tender huwa Scicluna Ltd.
Jista’ il-Ministru jgħid meta ser jitħallsu l-beach cleaners li ġew mid-drydocks, minħabba li ilhom ma jitħallsu żmien tax-xogħol li għamlu wara l-ħin?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-ħlas dovut għall-overtime se jitħallas fil-ġranet li ġejjin.