Jista’ il-Ministru jgħid kemm tħallas l-universita` biex tikri r-residenza ta' l-universita’ f’Hal-Lija? Meta sar l-ewwel kuntratt u meta ġie ffirmat l-aħħar wieħed u meta jintemm? L-istudenti,
lecturers
u forsi persuni oħra li joqogħdu hemm, kemm iħallsu fil-ġimgħa? L-universita` għandha xi bini ieħor fejn jinżammu l-istudenti li jkunu qed jattendu xi kors fl-universita` jew xi kors ta' l-Ingliż fl-International School? Kemm tħallas għal dan?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista’ il-Ministru jgħid min imexxi l-International School ta' l-Universita’ bħala direttur ta' l-istudji? Din hija pożizzjoni permanenti? Kemm jitħallas min għandu dan l-inkarigu? Minbarra t-tagħlim tal-lingwa Ingliża jsiru korsijiet oħra f’din l-iskola?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Direttur tal-istudji tal-International School of English huwa Dr.Charles Mifsud Ph.D.(Lond.) li jinħatar minn sena għal sena b'onorarju ta' Lm1,000. Minbarra t-tagħlim ta' l-Ingliż, l-International School of English tagħti tagħlim fil-Malti għall-barranin, fl-Għarbi, fit-Taljan u fl-Ispanjol.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti minn xi enteedukattiva biex isir xi bini, tibdil, manutenzjoni fil-bini, eċċ.? Meta saret kull waħda u minn min? Għal-liema xogħol?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm twaqqfu persuni milli jidħlu Malta bil-baħar? X’kienu r-raġunijiet prinċipali għal dan? Ta’ liema nazzjonalita` kienu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ottubru ta’ din is-sena kien hemm 32 persuna ta’ nazzjonalita barranija li ma tħallietx tidħol wara li waslet Malta bil-baħar. Ir-raġunijiet li għalihom dawn in-nies intbagħtu lura kienu prinċipalment li:
- Ma jkollhomx id-dokumenti kollha neċessarji
- Ikollhom dokumenti falsifikati
- Ma jkollhomx mezzi biżżejjed biex imantnu lilhom infushom f’Malta
- Jiġi stabbilit li ma jkunux ġew Malta għal skop ġenwin ta’ turiżmu
- Ma jkollhomx biljett għar-ritorn
- Jkunu suġġetti ta’ xi struzzjonijiet biex ma jitħallewx jidħlu Malta minħabba xi każ preċedenti jew xi raġuni oħra
Dawn kienu minn dawn il-pajjiżi:
Albania
Ghana
Romania
Tunisia
Bulgaria
Jista’ il-Ministru jgħid għaliex diversi partijiet ta' l-universita`, bħalma huma l-MUS, il-canteen u l-arkitettura, qed ikunu ta’spiss bla ilma kif ġara fl-ewwel jiem ta’ Novembru? Jaf il-Ministru li anke toilets pubbliċi wżati mill-istudenti qed jibqgħu maħmuġin għal jiem sħaħ minħabba dan il-qtugħ?
Jista’ il-Ministru jgħid minn kemm–il persuna hija magħmula t-taqsima tal-plumbing u l-elettriku ta' l-universita`? Jista’ jgħid kemm–il darba kien hemm nuqqas ta’ ilma f’xi taqsima ta' l-universita` mill-1 ta’ Jannar s’issa?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fid-dipartiment tal-manutenzjoni hemm 2 Electricians, Electrician Mate, helper fuq xogħol tal-plumbing u Plumber student ta' l-ESTS. Dawn iridu jlaħħqu ma' l-Universita', l-Junior College, l-Institute ta' l-Enerġija Marsaxlokk u l-Universita' l-qadima fil-Belt Valletta.
Informat ukoll li problemi bl-ilma mill-ewwel ta' Jannar 2005 s'issa kien hemm xi ħames każi minħabba pressjoni baxxa li ma damietx iktar minn jumejn. Din ġrat minħabba ħsarat minn kuntratturi fuq il-mains, jew meta issir il-manutenzjoni fuq ir-Reverse Osmosis.
Jista’ il-Ministru jgħid jekk jeżistux tariffi dwar kemm għandu jitħallas tabib għal vista privata fid-dar ta’ xi pazjent? Jista’ jgħid jekk tabib jitlob ħlas ta’ Lm6 u Lm7 għal kull vista, anke jekk din tkun waħda ta’rutina li ma ddumx aktar minn ħames minuti, tiksirx xi regola, minħabba li għandi rapporti li fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta hemm tobba li qed jagħmlu hekk?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm l-ebda tariffi riċenti dwar kemm għandu jitħallas tabib għal vista privata fid-dar ta' pazjent. Jekk l-Onor. Interpellant għandu xi każ speċifiku fejn iħoss li t-tabib konċernat ma mexiex b'mod etiku, nitolbu jirraporta l-każ lill-Kunsill Mediku.
Jista’ il-Ministru jgħid fl-ewwel għaxar xhur tas-sena kemm tqassmu siringi lil dawk li talbuhom miċ-ċentri tas-saħħa? Jista’ jagħti n-numru għal kull ċentru separatament, xahar b’xahar? Dawn ikunu ngħataw kollha lil dawk li jabbużaw mid-droga?
Response (DEGUARA, LOUIS)
It-totali ta' siringi li tqassmu miċ-Ċentri tas-Saħħa bejn Jannar u Ottubru 2005 lil dawk li jabbużaw mid-droga huwa kif ġej:
2005
Floriana
Qormi
Gżira
Paola
Cospicua
Mosta
Rabat
Total
Jannar
3939
1050
4584
5000
2600
1945
836
19954
Frar
3022
918
4389
3600
2000
1881
652
16462
Marzu
4149
1006
4610
4500
1400
1658
762
18085
April
3483
785
5132
3400
1700
1489
658
16647
Mejju
3851
1400
4844
4300
1900
2299
630
19224
Ġunju
4765
1140
4796
4900
1800
1871
740
20012
Lulju
5661
968
4583
4600
2100
1796
315
20023
Awissu
4701
517
3683
5500
2000
1647
607
18655
Settembru
4576
917
3425
4900
1400
967
691
16876
Ottubru
4176
1343
4235
5450
1800
2093
690
11194
Dawn il-figuri huma limitati biss għal dawk li jingħataw lin-nies li jitolbu siringi mir-reception desks taċ-ċentri tas-saħħa. Għal raġunijiet ovvji, ma hemm ebda mezz li bih wieħed ikun ċert illi kull min jagħmel din it-talba fil-fatt jabbuża mid-droga.
Jista’ il-Prim Ministru jgħid kemm daħħal il-gvern s’issa matul din is-sena mill-VAT fuq tagħmir edukattiv u affarijiet edukattivi oħra, bħal kotba, pitazzi etc.?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm hemm vetturi wżati mill-Ministeru u mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni separatament?
Kemm minnhom huma mikrija? Kemm huwa l-ħlas globalment kull xahar? Kemm tħallas b’kollox din is-sena?
Kemm intnefaq fuq petrol/diesel fl-ewwel għaxar xhur ta’din is-sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni hawn 57 vettura. 21 minn dawn huma mikrija. Globalment, il-ħlas kull xahar huwa ta' Lm3,084.300. Din is-sena tħallset is-somma ta' Lm30,842.960. L-ispiża fuq fuel, fl-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena kienet ta' Lm29,825.690.
Informat ukoll li fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni hawn 14-il vettura. 10 minn dawn huma mikrija. Globalment, il-ħlas kull xahar huwa ta' Lm2,217.550. Din is-sena tħallset is-somma ta' Lm22,175.480. L-ispiża fuq fuel, fl-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena kienet ta' Lm8,730.110.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm hemm vetturi wżati mill-ETC? Kemm minnhom huma mikrija u kemm jitħallas globalment fix-xahar? Kemm tħallas b’kollox din is-sena? Kemm intnefaq s’issa f’din is-sena fuq petrol/diesel?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ETC tuża 18-il karozza. 11 minn dawn huma mikrija. L-ETC tonfoq Lm51.78 kuljum jew Lm1,533.40 fix-xahar (30 ġurnata) inkluż il-VAT. Matul din is-sena minn Jannar sa Settembru 2005 l-ispiża tal-karozzi mikrija kienet tammonta għal Lm14,136.14 (incluż il-VAT). L-ispiża tal- petrol/diesel għall-istess perjodu kien jammonta għal Lm5,079.86.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm huma l-vetturi wżati mill-kunsill Malti għall-isport? Kemm minnhom huma mikrija u kemm jiswew f’xahar? Kemm tħallas globalment s’issa fl-ewwel għaxar xhur ta’din is-sena? Kemm intnefaq fl-istess żmien fuq petrol/diesel?Jista’ jagħti l-istess figuri u dettalji mitluba separatament għad-dipartiment taz-żgħażagħ?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fid-Dipartiment taż-Żgħażagħ hemm karozza waħda. Din hija mikrija u tiswa Lm 132.62 fix-xahar. Fl-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena tħallset is-somma ta' Lm 1,115.84. Intefaq l-ammont ta' Lm 266.89 f'petrol fl-istess perjodu.
Informat li l-Kunsill Malti għall-iSport għandu vettura waħda mikrija b'tender maħruġa fl-2003. Il-karrozza tintuża mill-Kap Ezekuttiv, Chairman u Diretturi meta jkun hemm il-ħtieġa kif ukoll tintuża mill-messaġġier għal posta ta' kuljum. Ir-rata ta' ħlas hija ta' Lm 238.60 kull tletin ġurnata. Sallum sar ħlas ta' Lm 1200.94. F'dawn l-ewwel għaxar xhur inxtara b'Lm 413 fuel.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm daħlu facilitators minn Ghawdex matul din is-sena 2005? Kemm minnhom ġew assenjati fi skejjel f’Għawdex stess? Liema huma dawn l-iskejjel?
Jista’ jgħid kemm daħlu facilitators minn Għawdex matul is-sena 2004? Kemm minnhom għadhom fi skejjel ġewwa Malta u liema huma dawn l-iskejjel? Xi kriterji jintużaw biex persuna tiġi assenjata fi skola f’Għawdex?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-2005 ġew impjegati 36 Għawdxin. Ħadd minnhom ma ġie assenjat b'mod permanenti fi skejjel Għawdxin.
Informat ukoll li fl-2004 ġew impjegati 66 GĦawdxin, 35 minn dawn huma impjegati fi skejjel ġo Malta u l-iskejjel huma dawn :
Skejjel Primarji : Attard, B'Kara 'A', Tarxien, Żabbar 'A', St.Venera, St Paul's Bay, Pembroke, St Julian's, Paola 'B', Mosta 'A', Valletta, B'Kara 'B', Ħamrun 'C', Pieta, Naxxar, Luqa, Marsa, Paola 'A', Fgura.
Skejjel Sekondarji : St Venera BSS, Mosta GSS, Paola BSS, Tarxien GSS, Floriana BS, Cospicua GSS, Naxxar BSS, Marsa GS, B'Kara BSS, Ħamrun GSS, Marsa BSS, Ħamrun BJL.
Informat li l-Għawdxin jintbagħtu Għawdex skond is-Seniority List.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm hemm vetturi wżati mill-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti? Kemm minnnhom huma mikrija? Kemm tħallas s’issa matul din is-sena għall-kiri ta’dawn il-vetturi? Kemm tħallas s’issa matul din is-sena fl-użu ta’ petrol/diesel?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti jagħmel użu minn erba’ vetturi:
FQZ 123 – Mitsubishi Van
CBK 165 – Daewoo Matiz
DAK 247 – Hyundai
GVH 066 – Toyota Van
Tlieta minnhom huma mikrija u l-ispiża s’issa għall-kiri ta’ dawn il-vetturi hija ta’ Lm 4,284.
Għar-rigward ta’ konsum ta’ fuel għal din is-sena s’issa tħallas l-ammont ta’ Lm 1,260.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid matul din is-sena s’issa kemm–il persuna twaqqfet milli tidħol Malta mill-ajruport u ntbgħatet lura mill-pajjiż li tkun waslet minnu? X’kienu r-ragunijiet prinċipali għal dan? Ta’ liema nazzjonalita` kienu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ottubru ta’ din is-sena kien hemm 210 persuni ta’ nazzjonalita barranija li ma tħallewx jidhlu wara li waslu Malta bl-ajru. Ir-raġunijiet li għalihom dawn in-nies intbagħtu lura kienu prinċipalment li:
- Ma jkollhomx id-dokumenti kollha neċessarji
- Ikollhom dokumenti falsifikati
- Ma jkollhomx mezzi biżżejjed biex imantnu lilhom infushom f’Malta
- Jiġi stabbilit li ma jkunux ġew Malta għal skop ġenwin ta’ turiżmu
- Ma jkollhomx biljett għar-ritorn
- Jkunu suġġetti ta’ xi struzzjonijiet biex ma jitħallewx jidħlu Malta minħabba xi każ preċedenti jew xi raġuni oħra
Dawn kienu minn dawn il-pajjiżi:
Algeria
Egypt
Moldovia
Serbia
Australia
Equador
Mongolia
Sierra Leone
Bosnia
Georgia
Morocco
Syria
Brasil
Gabon
Nigeria
Tunisia
Bulgaria
Guyana
Pakistan
Turkey
Chile
Iraq
Phillipines
Ukrania
China
India
Romania
Yugoslavia
Colombia
Ivory Coast
Russia
Croatia
Libya
Senegal
Jista’ il-Ministru jgħid jekk hemmx xi xogħlijiet ippjanati li jsiru mill-FTS fl-iskola Lorenzo Manche` fil-Floriana?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ma hemm ebda xogħolijiet ippjanati għal din l-iskola ħlief li bħal kull skola oħra, minn żmien għal żmien, ikun hemm bżonn ta' xogħol ta' manutenzjoni.
Skejjel — Għalliema li mhux jirrapporta għax-xogħol
Question
Jista’ il-Ministru jgħid jekk fl-iskola indikata separatament, hemmx xi għalliem tal-Malti nieqes jew li mhux qed jattendi l-iskola għal żmien twil minħabba raġunijiet personali?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-iskola msemmija kien hemm għalliema tal-Malti li minħabba raġunijiet ta' saħħa kellha tibda l-proċeduri biex tidher quddiem bord mediku. Għalliema oħra tal-Malti ntbagħtet biex tieħu l-lezzjonijiet. Għalhekk m'hemm ebda għalliem tal-Malti nieqes fl-iskola indikata.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm hemm kindergarten assistants li jinsabu mingħajr klassi u f’liema skejjel qegħdin?
Response (GALEA, LOUIS)
Ninsab informat li fil-livell tal-Kindergarten it-tfal jiġu amessi fit-tlett gruppi skond l-eta' f'Settembru, f'Jannar u f'Marzu ta' kull sena skolastika. Dawk il-Kindergarten Assistants li jkunu qed jistennew jiġu assenjati t-tfal fil-klassi tagħhom, kollha huma nkarigati mill-Kap ta' l-iskola biex jieħdu klassijiet tal-Kinder jew biex jagħtu appoġġ fi klassijiet oħra skond l-esiġenza ta' l-iskola.
Jista’ il-Ministru jgħid min hija l-konsulenta Ingliża li tinsab fl-iskola speċjali Guardian Angel? Jista’ jgħid kif intgħażlet u x’inhi r-raġuni li nħass il-bżonn li tinġieb persuna minn barra? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħha u kemm qed titħallas? Jista’ il-Ministru ġentilment ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tagħha?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li Mrs Cecilia Sheratt għandha rwol ta' advisor ma' l-iskola Guardian Angel. Ir-rwol tagħha huwa li tgħin fl-implimentazzjoni u ż-żvilupp tal-kurrikulu ta' l-iskola u li tagħti appoġġ lill-għalliema fl-ippjanar tax-xogħol tagħhom. Mrs Sheratt kienet magħżula mill-Kap ta' l-iskola għall-esperjenza tagħha f'dan il-qasam. Mrs Sheratt mhix impjegata mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Ix-xogħol tagħha huwa mħallas bħala proġett li l-iskola applikat għalih u akkwistat mill-fondi tal-Kunsill tal-Kurrikulu Nazzjonali. Mrs Sheratt hija mħallsa Lm5 is-siegħa, bil-patt li l-ammont ma jaqbisx l-Lm2,800. Informat ukoll li din il-persuna in fatti qed tagħti ħafna aktar siegħat milli qed tiġi mħallsa għalihom.
Jista’ il-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li fl-iskola speċjali Guardian Angel il-kurrikulu minimu nazzjonali ġie mwarrab u qed jitħaddem dokument li jismu Equals?
Jista’ jgħid ukoll jekk hux minnu jew le li l-kundizzjonijiet ta’ l-għalliema f’din l-istess skola se jinbidlu?
Jikkonferma l-Ministru li hemm numru ta’ klassijiet li m’għandhomx dawl jew inkella dawl biżżejjed u adegwat?
Jista’ jgħid jekk it-tfal li jattendu din l-iskola speċjali hux se jibqgħu jieħdu ċerti benefiċċji li qed jieħdu fil-preżent bħal, ngħidu aħna, l-ikel?
Jista’ jgħid ukoll x’inhi r-raġuni li minkejja li żdiedu t-tfal f’din l-iskola ma żdidux l-assistenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-iskola Speċjali Guardian Angel, il-Kurrikulu Minimu Nazzjonali qiegħed jitħaddem mill-għalliema ta' din l-iskola. Id-dokument imsejjaħ EQUALS huwa biss għodda sabiex l-għalliema ikunu jistgħu iħaddmu aħjar il-Kurrikulu Minimu Nazzjonali.
Dwar it-tibdil fil-kundizzjonijiet ta' l-għalliema m'hemm l-ebda ħsieb li se jinbidlu.
Is-sub-station li nbniet mill-Enemalta se tiġi energised fil-jiem li ġejjin. Għaldaqstant il-klassi li għad m'għandiex servizz ta' dawl se jkollha dan is-servizz fi żmien qasir. Din il-klassi għandha aperturi biżżejjed biex ikollha dawl adekwat b'mod naturali.
It-tfal li qed jaħdmu f'din l-iskola se jibqgħu jieħdu l-istess benefiċċji li qegħdin jieħdu fil-preżent.
Informat li l-klassijiet kollha moqdija tajjeb ħafna u m'hemm ebda bżonn li jiżdiedu l-assistenti fil-mument.