Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għalliema li se jirtiraw

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm hemm għalliema li se jirtiraw bl-eta` fit-tieni u fit-tielet term ta’din is-sena skolastika? X’suġġetti jgħallmu u f’liema skejjel qegħdin bħalissa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' għalliema li ser jirtiraw bl-eta' ta' 61 sena matul it-tieni u t-tielet term ta' din is-sena skolastika huwa ta' 36. Lista tas-suġġetti li jgħallmu bħalissa ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skejjel ta' l-istat — Assenteiżmu

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x’kien il-persentaġġ ta’assenteiżmu mill-iskejjel ta' l-istat fl-ewwel term ta’din is-sena skolastika? Jista’ jagħti l-figuri għall-iskejjel primarji u sekondarji separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru 16216.

Universita' — Korsijiet

Question

Jista’ il-Ministru jgħid fl-Universita` kienx hemm studenti li bdew xi kors meta fetħet is-sena akkademika u ma baqgħux jattendu? F’liema korsijiet? Kien hemm xi raġunijiet speċjali għaliex ma komplewx? Kemm kienu ġuvintur u kemm xebbiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Membru għat-Tweġiba għall-Mistoqsija numru 15762 li saret f'Seduta 338.

Pixxina Nazzjonali — Xogħlijiet

Question

Wara li l-Ministru f’diskors li għamel fil-jiem li għaddew qal li ntnefqu mal-Lm400,000 f’xogħlijiet fil-Pixxina Nazzjonali, jista’ ġentilment jagħti breakdown f’liema xogħlijiet intnefqu u kemm giet tiswa kull biċċa xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Xogħlijiet

Question

Jista’ il-Ministru jgħid min huma dawk il-kuntratturi li ħadu x-xogħlijiet tal-Pixxina Nazzjonali li skond il-Ministru swew Lm400,000 fl-aħħar sentejn? Jista’ jgħid ukoll jekk ħarġux sejħiet għall-offerti għax-xogħol konċernat? Jekk iva, jista’ ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kull offerta, minn applika, minn ħadha u jekk ix-xogħol sarx fi żmien stipulat?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Timijiet tal-water polo u għalliema tal-klabbs

Question

Jista’ il-Ministru jgħid għaliex din is-sena ma sar l-ebda ftehim biex timijiet tal-waterpolo u għawwiema tal-klabbs Maltin ikunu jistgħu jitħarrġu anke meta l-Pixxina Nazzjonali tkun magħluqa? Jaf li dawn it-timijiet qed iħallsu mijiet ta’ liri biex jitħarrġu f’pixxini privati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-KMS f'konsultazzjoni ma' l-ASA waslu għad-deċiżjoni illi hu aħjar illi minflok tinkera Pixxina oħra għal perjodu ta' tlett xhur (Jannar/Marzu) il-flus tal-kiri jintużaw biex tkun imsaħħna l-istess Pixxina Nazzjonali (Main Pool biss) għall-perjodu Frar u Marzu 2006.

Ilma tax-xita

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jekk b’xi mod hux qed jinġabar l-ilma tax-xita li tkun għamlet biex jintuża aktar tard anke għall-biedja? Jekk iva, x’qed isir? Jekk le, għaliex mhux qed isir xejn biex dan jinġabar u jerġa’ jintuża?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li fix-xhur li għaddew it-Taqsima tax-Xogħlijiet ħadmet fuq programm ta’ xogħol ta’ rijabilitazzjoni f’diversi widien bħal Wied Inċita, Wied il-Kbir u Għajn Rihana u permezz ta’ dan tkattar il-ġbir ta’ ilma tax-xita f’inħawi agrikoli. Fil-preżent għaddej xogħol preparattiv fuq proġett partikolari biex jinġabar l-ilma fl-inħawi tal-Mosta, Naxxar, B’Kara, Lija u Attard u hemm il-ħsieb li parti minn dan l-ilma jintuża għall-iskop imsemmi mill-Onor. Interpellant. Saret talba biex dan il-proġett ikun iffinanzjat mill-Fondi Strutturali ta’ l-Unjoni Ewropea għall-perijodu 2007-2013.

Kulleġġi

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x’riżorsi u għajnuna qed jingħataw l-erba’ Kulleġġi imwaqqfa bħala parti mill-proġett pilota? Jista’ jagħti din l-informazzjoni separata għal kull Kulleġġ?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li r-riżorsi u għajnuna li qed jingħataw lill-erba’ Kulleggi imwaqqfa tliet xhur ilu bħala parti mill-proġett pilota huma kważi uniformi. Fuq livell fiżiku ġew pprovduti uffiċċji u board rooms, mgħammra bil-bżonnijiet neċessarji biex il-koordinatur jista’ jibda jiffunzjona. Ġie pprovdut ukoll lil kull Kulleġġ għajnuna klerikali. Kull koordinatur għamel lista ta’ l-aktar affarijiet bżonnjużi biex l-amministrazzjoni tal-Kullegg tista’ tibda, u dawn ġew pprovduti. L-erba’ koordinaturi qiegħdin jiltaqgħu wkoll regolarment ma’ l-Education Reform Steering Group li qed jagħti l-appoġġ u d-direzzjoni lill-koordinaturi. Il-koordinaturi bdew bis-sħiħ ix-xogħol tagħhom fil-Kulleggi. Dan jikkonsisti fi fost affarijiet oħra: · Laqgħat tal-Kunsill tal-Kapjiet · Riċerka, analizi u identifikazzjoni tal-bżonnijiet tal-Kulleġġ · Żjarat f’kull skola tal-Kulleġġ · Laqgħat, ppjanar u implimentazzjoni ta’ xogħol kkoordinat ma’ diversi aġenziji/sezzjonijiet, fosthom, FES, FTS, Let Me Learn Unit, Specific Learning Difficulties Unit, inclusion coordinators · Għajnuna lill-iskejjel fuq issues partikolari · Laqgħat mal-ġenituri · Qed jiġu organizzati Professional Development Sessions fuq il-bżonnijiet tal-Kulleġġi. Il-Kulleġġi għandhom għad-dispozzizzjoni tagħhom ir-riżorsi kollha offruti mill-Ministeru u mid-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni. Il-koordinaturi ta’ kuljum għandhom l-appoġġ tal-membri ta’ l-ERSG għal kwalunkwe gwida li għandhom bżonn.

Pulizija — Breathalyser tests

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru testijiet tal-breathalyser, xahar b’xahar, fl-2005? Kemm kien hemm sewwieqa li nqabdu li kienu ‘il fuq mil-limitu permess mil-liġi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ sewwieqa li l-Pulizija għamlitilhom it-test tan-nifs wara li r-riżultat fl-ewwel test fit-triq kien pożittiv f’kull xahar tas-sena 2005, flimkien mar-riżultat miksub, huwa kif ġej: 2005Test pożittivTest negattivIrrifjutaw jew test mhux komplut Jannar7-4 Frar4-3 Marzu1-12 April4-4 Mejju1-3 Ġunju2-3 Lulju3-5 Awissu1-2 Settembru--2 Ottubru--- Novembru--- Diċembru7-1 30-39

Pulizija — Parties organizzati minn studenti tal-form 5

Question

Peress li kif jaf il-Viċi Prim Ministru fi tmiem ta’kull sena skolastika jsiru parties minn studenti tal-Form 5 bħala ċelebrazzjoni li jkunu spiċċaw l-istudji sekondarji tagħhom, u peress li ħafna drabi dawn ma jkunux organizzati mill-iskejjel iżda minn xi studenti stess, dawn għandhom bżonn permess tal-pulizija minħabba li bosta minnhom jiġu organizzati barra mill-iskola f’postijiet tad-divetiment? Jaf li anke f’dawn il-parties l-istudenti jħallsu bejn Lm15 u Lm20 biex jattendu u dan b’open bar? Se jittieħdu xi passi, f’każ li taħseb li hemm bżonn, qabel ma jibdew dawn il-parties, b’mod partikolari matul Ġunju/Lulju, kemm minhabba xorb alkoħoliku eċċessiv kif ukoll minħabba li jkun hemm ġuvintur u tfajliet taħt is-16-il sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi kull disco, ballu, żfin jew xi attivita' oħra bħal dik li jsiru f'postijiet mhux liċenzjati bħala post ta' divertiment, jinħtieġu il-permess mingħand il-Kummissarju tal-Pulizija. Bħal ma jaf l-Onorevoli Membru, il-Gvern waqqaf Kummissjoni li ser ikollha l-kompitu li teżamina u tirrevedi l-liġijiet kollha relatati mal-postijiet ta' divertiment. Din il-Kummissjoni għandha b'mod partikolari teżamina dawk il-partijiet tal-Liġi li jistgħu jipprevjenu iktar l-abbuż mill-alkoħoliżmu, id-droga u vizzji oħra u teżamina kull kwistjoni oħra relatata.

Pulizija — Postijiet fejn isiru striptease

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx postijiet liċenzjati biex ikollhom l-istriptease? Il-pulizija kellhom xi rapporti li hemm xi postijiet pubbliċi fejn dawn qed isiru? Jekk fl-affermattiv, b’liema riżultati?

Response (BORG, TONIO)

Kif diġa' kelli l-okkażżjoni ninforma lill-Kamra, talbiet għall-permessi ta' striptease ma jiġux milqugħa. Ninsab infurmat ukoll illi l-Pulizija kellha xi rapporti li f'xi postijiet kien qed ikun hemm striptease. Il-Pulizija investigat u f'każ minnhom anke' nbdew proċeduri quddiem il-Qorti, filwaqt li aktar investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Skejjel — Tfal li ħarġu qabel iż-żmien

Question

Jista’ il-Ministru jgħid fl-ewwel term tas-sena skolastika kemm ingħataw permessi lil tfal biex jitilqu mill-iskola qabel ma spiċċaw l-edukazzjoni tagħhom? Kemm kienu bniet u kemm kienu subien? Kemm kienu minn skejjel ta' l-istat, tal-Knsija u dawk indipendenti? X’kienu r-raġunijiet prinċipali l-għala ngħata l-permess?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-ewwel term skolastiku (15/09/2005 - 31/12/2005) ingħataw 14-il permess lil tfal biex jitilqu mill-iskola qabel ma spiċċaw l-edukazjoni tagħhom. Studenta waħda biss mill-iskejjel ta' l-Istat ingħatat permess għal raġuni umanitarja. It-13 l-oħra ngħataw permess biex ikunu jistgħu jaħdmu. Subien taħt 16-il sena Bniet taħt 16-il sena TOTAL Skejjel ta' l-Istat 7 6 13 Skejjel tal-Knisja / 1 1 Skejjel Indipendenti / / / TOTAL 7 7 14

Skejjel — Rapporti dwar droga u alkoħol

Question

Jista’ il-Ministru jgħid fl-ewwel term kien hemm xi rapporti ta’pussess u/jew teħid ta’ droga u/jew alkoħol fl-iskejjel? Jekk iva, jista’ jagħti dettalji dwar x’kienet id-droga? Kemm kellhom żmien l-istudenti nvoluti? X’passi ttieħdu?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jiġi verifikat tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Pulizija — Persuni li ttieħdet azzjoni kontrihom

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il persuna ttieħdet azzjoni kontra tagħha talli: - 1) użaw vjolenza, 2) għal kull raġuni oħra fl-istadji varji tal- football f’Malta u Ghawdex? Jista’ jindika f’liema stadji ġraw?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2005 il-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti 116 persuna fuq akkużi li kienu jinkludu vjolenza fil-grounds tal-football, u 52 persuna fuq reati oħra fil-grounds tal-football.

Vakanzi fil-Korp tal-Pulizija

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm vakanzi f’kull rank tal-Korp tal-Pulizija bħalissa? Meta hemm il-ħsieb li se jimtlew speċjalment dawk tas-Supretendenti u tal-Maġġuri?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent fil-Korp tal-Pulizija hemm vakanzi ta' 6 Supretendenti, 8 Spetturi, 18-il Surġent Maġġur u 100 Kuntistabbli. Kif diġa' kelli l-okkażżjoni ngħid, dawn il-vakanzi jimtlew skond il-ħtiġijiet tal-Korp u l-esiġenzi tas-servizz in ġenerali. Jekk wieħed jieħu l-ogħla livell bħala numru tal-"police strength" f'kull grad matul l-aħħar għaxar snin, l-informazzjoni hi li hemm vakanzi ta' 6. Naturalment li kieku wieħed kellu jnaqqas minn dawn l-ammonti, in-numru ta' pulizija li kienu f'dawn l-10 snin jagħmlu xogħol fit-tifi tan-nar u fil-kontroll tal-passporti, dmirijiet li llum m'għadhomx f'idejn il-Korp, iċ-ċifra għar-rigward il-kuntistabbli tinżel għal 100.

Pulizija — Ħruġ ta' permessi għal parties

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid mill-1 ta’ Diċembru 2005 sat-8 ta’ Jannar 2006 kemm inħarġu permessi għal parties organizzati mill-privat? Fejn saru dawn il-parties u minn min kienu organizzati? Kien hemm xi permessi li ma ngħatawx iżda nħarġu wara appell? Liema kienu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija kellha 7 applikazzjonijiet għall-parties bejn l-1 ta’ Diċembru 2005 u t-8 ta’ Jannar 2006, li għalihom inħarġu l-permessi, kif jidher hawn taħt: 24.12.05Civil Service Club, VallettaMario Genovese 31.12.05Valletta Water FrontGordon Naudi 31.12.05Mediterranean Conference Centre, VallettaAndrew Sapienza 31.12.05Il-Fortizza, SliemaIannis Bonnici 31.12.05Millenium Stand, Ta’ QaliMario Caruana 31.12.05Melita Bar & Restaurant, BalzanAdrian Gomez Bianco 31.12.05Trade Fair Grounds, NaxxarDaniel Chircop Infurmat ukoll li l-ebda waħda minn dawn l-applikazzjonijiet ma kienet rifjutata u ma kienx hemm każi fejn il-permess inħareġ wara appell.

Marsa — Dawl mat-track

Question

Jista’ il-Ministru jgħid għaliex m’hemmx dawl adegwat, anzi hemm kważi dlam ċappa, madwar it-track tal-Marsa u dan ilu mill-anqas 15-il ġurnata?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-sistema ta' l-elettriku soffriet xi ħsarat fil-cables wara l-maltemp ta' dawn l-aħħar ġranet. B'kollox it-track tal-Marsa u uffiċini damu bla dawl għall-perjodu ta' ħamest'ijiem sakemm saru tiswijiet temporanji.

Pixxina Nazzjonali

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-ilma tal-Pixxina Nazzjonali mhux qed ikun imsaħħan u dan b’detriment għal dawk li jridu jagħmlu użu minn din il-pixxina? Kemm ilha din is-sitwazzjoni u għal liema raġuni qed isir dan?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul il-perjodu 23 ta' Diċembru 2005 sa 31 ta' Jannar 2006 il-Pixxina Nazzjonali tinsab magħluqa, u b'hekk mhux qed titħaddem is-sistema tal-boiler.

Ġbir ta' VAT

Question

Jista’ il-Prim Ministru jwiegeb mistoqsija parlamentari 16194 u jgħid jekk teżistiex breakdown ta' l-Lm427,121 li nġabret bħala VAT mill-edukazzjoni? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti dawn id-dettalji?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-breakdown tas-somma Lm427,121 huwa li ġej: Lm 317,713.47 (Adult and other Education) Lm 60,186.25 (Higher Education) Lm 33,489.97 (Secondary Education) Lm 15,733.66 (Primary Education)