Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — xogħlijiet lill-Individwu

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet ingħataw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Settembru 1998 u Marzu 2013, sena b’sena (inkluż ħatriet f’bordijiet, anki ta’ Segretarju) ? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux permezz ta’ direct order?

Response (BONNICI, OWEN)

B’riferenza għall-mistoqsija 9376, ir-risposta hija xejn.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — xogħlijiet lill-kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8744 u jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-2011 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista' jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba se tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — xogħlijiet lill-kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-2011 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista' jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-mistoqsija se tiġi mwieġba f'seduta oħra.

Kunsill Lokali Nadur — nefqa ħitan tas-sejjieħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq flus kull sena fuq bini jew tiswija ta' ħitan tas-sejjieħ il-Kunsill Lokali tan-Nadur Għawdex bejn l-1 ta' April 1999 u l-31 ta' Marzu 2014? Jista' jgħid liema kuntrattur għamel dawn ix-xogħlijiet u jekk dan ix-xogħol ingħatax b'tender, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-mistoqsija se tiġi mwieġba f'seduta oħra.

Kunsill Lokali Nadur — nefqa bankini u culverts

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq flus kull sena fuq bini jew tiswijiet ta' bankini u culverts il-Kunsill Lokali tan-Nadur Għawdex bejn l-1 ta' April 1999 u l-31 ta' Marzu 2014? Jista' jgħid liema kuntrattur għamel dawn ix-xogħlijiet u jekk dan ix-xogħol ingħatax b' tender, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-mistoqsija se tiġi mwieġba f'seduta oħra.

Kunsill Lokali tan-Nadur — xiri ta' concrete

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-Kunsill Lokali tan-Nadur Għawdex nefaq flus kull sena fuq xiri ta' concrete bejn l-1 ta' April 1999 u l-31 ta' Marzu 2014? Jista' jgħid mingħand liema kuntrattur inxtara l-concrete u dan ix-xogħol sar wara ħruġ ta' tender, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-mistoqsija se tiġi mwieġba f'seduta oħra.

Kunsill Lokali Nadur — kuntratti ta' servizz

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-kuntratti ta' servizz li kellu l-Kunsill Lokali tan-Nadur Għawdex bejn l-1 ta' April 1999 u l-31 ta' Marzu 2014? Jista' l-Ministru jgħid jekk dawn il-kuntratti ngħatawx wara sejħa għal-kwotazzjonijiet jew b'direct order?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-mistoqsija se tiġi mwieġba f'seduta oħra.

Kummisjoni Ewropea — Rapport

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-Ministeru tiegħu għandux ir-rapport li kien sar fis-sena 2012 mill-Kummissjoni Ewropea dwar il-qagħda ekonomika u soċjali ta’ Għawdex? Jista' jgħid jekk għandux informazzjoni li dan ir-rapport ġie mpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra jew inkella jekk ġiex ippubblikat b’xi mod ieħor?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għandu kopja tar-rapport imsemmi. Ninsab infurmat li r-rapport, ippreżentat lil Gvern fi 23 t’Ottubru 2012, qatt ma ġie mpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra jew inkella ġie ppublikat b’xi mod ieħor. Għaldaqstant qegħdin nippreżentaw quddiem il-Mejda tal-Kamra dan ir-rapport ikkoncernat.
Leg 12 PQ #9360 Sitting 148 2014-05-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Kummisjoni Ewropea — Rapport

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-Ministeru tiegħu għandux ir-rapport li kien sar fis-sena 2012 mill-Kummisjoni Ewropea dwar il-qagħda ekonomika u soċjali ta' Għawdex? Jista' jgħid jekk għandux informazzjoni li dan ir-rapport ġie mpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra jew inkella jekk ġiex ippublikat b'xi mod ieħor?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant ghall-mistoqsija parlamentari 9359.
Leg 12 PQ #9361 Sitting 148 2014-05-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummisjoni Ewropea — Rapport

Question

Jista’ l- Prim Ministru jgħid jekk fil-Ministeru tiegħu għandux ir-rapport li kien sar fis-sena 2012 mill-Kummissjoni Ewropea dwar il-qagħda ekonomika u soċjali ta’ Għawdex? Jista' jgħid jekk għandux informazzjoni li dan ir-rapport ġie mpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra jew inkella jekk ġiex ippubblikat b’xi mod ieħor?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għall -mistoqsija parlamentari 9359.

Dipartiment tar-Riżorsi tal-iskejjel — Telework

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi proċedura qed tintuża biex jingħata t-teleworking fi ħdan id-Dipartiment tar-Riżorsi tal-Iskejjel? Jista' jgħid ukoll jekk dan it-telework hux qed jingħata skont ir-regoli taċ-ċivil? Jista' jikkonferma li l-għoxrin siegħa li persuna li tkun qed taħdem bit-tele work hija obbligata li tagħmel ġewwa l-uffiċċju dawn qed isiru? Kemm hemm persuni li qed jaħdmu bit-telework fi ħdan l-istess Dipartiment? Jista’ jgħid kif qed jinħadem it-telework u meta qed jidħlu d-Dipartiment f’kull każ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li d-Dipartiment ta’ Riżorsi tal-Iskejjel juża l-proċedura skont kif hemm imniżżel fil-Public Service Management Code, Para 5.4.2 biex jingħata t-teleworking. Hemm tliet persuni f’dan id-Dipartiment li qed jaħdmu bit- telework : Waħda minn dawn il-persuni, li taħdem bir- Reduced Hours (30 siegħa) , fl-iskeda tax-Xitwa (mill-1 ta’ Ottubru sal-15 ta’ Ġunju) tidħol id-Dipartiment mit-Tnejn sal-Ħamis fit-7:45 a.m. sas-12:45 p.m. u taħdem it- Telework mit-Tnejn sal-Ħamis mis-2:00 p.m. sal-4:30 p.m. ; u f’dik tas-Sajf (mis-16 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru) tidħol id-Dipartiment nhar ta’ Tnejn u Erbgħa fis-7:30 a.m. sas-1:30 p.m. u taħdem it- telework nhar ta’ Tlieta, Ħamis u Ġimgħa mis-7:30 a.m. sas-1:30 p.m. ; It-tieni persuna, fl-iskeda tax-Xitwa, taħdem it- Telework nhar ta’ Tnejn, Erbgħa u Ġimgħa mit-7:45 a.m. sal-5:15 p.m. u nhar ta’ Tlieta u Ħamis tidħol id-Dipartiment mit-7:45 a.m. sas-12:45 p.m. u tibda t- telework mis-13:15 p.m. sal-5:00 p.m. , waqt li fis-Sajf taħdem it- telework nhar ta’ Tnejn, Erbgħa u Ġimgħa mis-7:30 a.m. sas-1.30 p.m. u nhar ta’ Tlieta u Ħamis tidħol id-Dipartiment fit-7:45 a.m. sas-12:45 p.m. u taħdem it- telework mis-1:15 p.m. sas-2:15 p.m. ; It-tielet, fl-iskeda tax-Xitwa, tidħol id-Dipartiment mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-7:45 a.m. sal-4:15 p.m. u taħdem it- Telework mit-Tnejn sal-Ġimgħa mid-9:00 p.m. sal-10:00 p.m. u fl-iskeda tas-Sajf tidħol id-Dipartiment mit-Tnejn sal-Gimgħa mis-7:30 a.m. sas-1:30 p.m. u ma taħdimx telework . It-tliet persuni jonoraw is-sigħat li jridu jagħmlu l-uffiċċju, hekk kif imniżżel fil-ftehim tagħhom.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — xogħlijiet lill-individwu

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8759 u jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-1998 u Marzu 2013, sena b’sena (inkluż ħatriet f’bordijiet)? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, għaldaqstant l-informazzjoni mitluba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Xogħlijiet ta' Individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-1998 u Marzu 2013, sena b’sena (inkluż ħatriet f’bordijiet)? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (BONNICI, OWEN)

Ir-risposta għal din il-mistoqsija se tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — Xogħlijiet lil individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-1998 u Marzu 2013, sena b’sena (inkluż ħatriet f’bordijiet)? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament ma ġiex mogħti xogħol mill-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, entitajiet, aġenziji, awtoritajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — xogħlijiet lil individwu

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tagħha bejn l-1998 u Marzu 2013, sena b’sena (inkluż ħatriet f’bordijiet)? Tista’ tgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Tista’ tgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu msemmi ma ngħata ebda xogħolijiet mill-Minsiteru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili u l-entitajiet li jaqgħu taħtu.
Leg 12 PQ #8935 Sitting 146 2014-05-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8453 u jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Settembru 1998 u Dicembru 2010, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra. Fil-każ tat-Treasury, FIAU, Lotto, Contracts, Customs, NSO, IRD, Stock Exchange, MFSA, EPD u Commisioner for Revenue, ir-risposta hija fin-negattiv. L-informazzjoni mitluba ma tinkludix il-Bank Ċentrali.
Leg 12 PQ #9120 Sitting 146 2014-05-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Finanzi

Budget – kampanji pubbliċitarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm swew il-kampanji pubbliċitarji dwar il-budget bejn is-snin 2004 u 2012, sena b’sena b’mod separat ? Jista’ jagħti break down ta’ kif intefaq kull ammont u fuq xiex saret kull nefqa sena b’sena? Għal kull spiża li saret, jista’ jgħid jekk inħarġitx tender jew jekk ingħatatx b’direct order u lil min ingħata x-xogħol?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – ingaġġ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar l-ingaġġ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u jekk kenitx ħarġet sejħa pubblika skont il-proċeduri statutorji tal-ingaġġ, taħt l-amministrazzjoni preċedenti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — xogħlijiet lil individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-1998 u Marzu 2013, sena b’sena (inkluż ħatriet f’bordijiet)? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — xogħlijiet lill-individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-1998 u Marzu 2013, sena b’sena (inkluż ħatriet f’bordijiet)? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi ma ngħatax l-ebda xogħol lill-individwu indikat.