Jista’ il-Ministru jgħid l-iskejjel privati tad-drama humiex regolati jew le? Jekk iva, taħt liema liġi, kif u fiex huma regolati? Min huwa responsabbli minnhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-iskejjel privati tad-Drama jingħataw liċenzja ta' Private Tuition Centre li tiġġedded kull sena. Meta japplikaw għal-liċenzji simili l-applikanti jagħtu tagħrif li jinkludi hekk :-
- l-isem u dettalji tas-sid, l-isem ta' l-iskola, l-isem tal-kap ta' l-iskola, x'ser jiġi mgħallem u l-livell, il-ħlas li jsir mill-istudenti, l-istaff, u l-permess tal-MEPA għall-użu tal-post. Il-Liġi ta' l-Edukazzjoni tal-1988 tagħti lill-Istat id-dritt li jirregola l-edukazzjoni.
- Ir-responsabbilta tal-Private Tuition Centres qiegħda fuq is-sezzjoni ta' l-iskejjel mhux statali fi ħdan id-Dipartiment ta' Studji Ogħla u Edukazzjoni għall-Adulti.
Jista' il-Ministru jgħid kemm mis-somma dovuta lill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma hija dovuta minn azjendi parastatali? Kemm hija s-somma dovuta minn kull azjenda? Meta kien tħallas l-aħħar kont?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Gvern Malti, kuntrarju għall-gvernijiet oħra ta' pajjiżi membri, ippropona li l-Malti jkun it-tielet lingwa u mhux il-mother tongue għal dawk l-istudenti ta' ċittadini Maltin li qed jaħdmu fi Brussel? Ma jaħsibx li dan imur direttament kontra l-prinċipju li l-Ilsien Malti jkun wieħed mill-ilsna uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, kif fil-fatt ġie rikonoxxut mill-istess Unjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
F'din il-materja l-Gvern mhu qed imur kontra l-ebda prinċipju filwaqt li jħares ukoll l-interess tat-tfal.
Informat li l-istudenti fl-iskejjel primarji Ewropej għandhom id-dritt li jitgħallmu żewġ lingwi, l-lingwa nazzjonali u lingwa oħra, magħrufa bħala l-vehicular Language, minn fost l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż. Il-ġenituri tat-tfal Maltin talbu biex uliedhom jitgħallmu l-Malti u l-Ingliż bħala l-lingwi uffċċjali ta’ Malta u lingwa oħra minn fost il-Ġermaniz u l-Franċiż. Din t-talba qiegħda tiġi kkunsidrata mill-Bord tal-Gvernaturi ta’l-Iskejjel Ewropej.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15216 u jgħid kemm idaħħal flus il-gvern mit-taxxi li jiġbor mill-fishfarms li hawn joperaw f'Malta? Jista' jgħid ukoll kemm ħallsu VAT fis-snin 2003 u 2004 u sa Settembru, 2005 separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi t-tweġiba għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk investigax il-każ imsemmi f'mistoqsija parlamentari 15218 u cioe' li fl-iskejjel sekondarji mhux qed jitħalla li jintuża l-workbook ta' l-istudji soċjali u minħabba f'hekk qed jagħmlu fotokopji tiegħu bi spiża żejda? Min qed iħallas għall-fotokopji li qed isiru? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'irriżulta?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress illi għadni qiegħed nivverifika l-fatti, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista’ il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16548 u jgħid fl-ewwel term kien hemm xi rapporti ta’pussess u/jew teħid ta’ droga u/jew alkoħol fl-iskejjel? Jekk iva, jista’ jagħti dettalji dwar x’kienet id-droga? Kemm kellhom żmien l-istudenti nvoluti? X’passi ttieħdu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat hekk :
Eta' Numru ta' studenti Tehid Suspett Settur
14 4 Marijuana 2-Skejjel ta' l-Istat
2-Skejjel tal-Knisja
15 9 5-Marijuana 3-suspett ta' 8-Skejjel ta' l-Istat
1-Ecstasy sustanzi 1-Skola tal-Knisja
16 11 5-Marijuana 5-suspett ta' 10-Skejjel ta' l-Istat
1-Ecstasy u marijuana 1-Skejjel tal-Knisja
marijuana
17 3 3-Marijuana 3-Skejjel ta' l-Istat
23-Skejjel ta' l-Istat
Total 27 4-Skejjel tal-Knisja
Informat li f'dawn il-każijiet kollha saret ħidma mis-Substance Abuse Policy Team fi ħdan is-Safe Schools Programme. Dan huwa Unit fi ħdan it-Taqsima ta' Student Services fid-Diviżjoni ta' l-Eukazzjoni.
Informat ukoll li l-passi li ttieħdu huma skond il-proċeduri fil-policy Tackling Substance Abuse (Min. Of Educ. 2001). 17-il student ġew riferuti lis-servizzi fi ħdan l-iStudent Services, 4 studenti ġew riferuti lill-Aġenzija Sedqa, 6 studenti attendew servizzi ta' counselling privati jew aġenziji oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm idaħħal flus il-gvern mit-taxxi li jiġbor mill-fishfarms li hawn joperaw f'Malta? Jista' jgħid ukoll kemm ħallsu VAT fis-snin 2003 u 2004 u sa Settembru, 2005 separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi fil-każ ta’ ħafna mill-kumpaniji li joperaw fishfarms japplikaw ċerti inċentivi taħt il-Business Promotions Act, u għaldaqstant it-taxxa li titħallas minn kumpaniji bħal dawn hija waħda mnaqqsa. It-total ta’ taxxa dovuta minn dawn il-kumpaniji għal dawn l-aħħar 7 snin kien Lm289, 979.
Għar-rigward ta’ taxxa tal-VAT, ngħarraf lill-Onor Membru illi fuq bejgh ta’ ħut ma jitħallasx VAT.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm għalliema gradwati li qed jirreġistraw għax-xogħol u kemm minnhom għandhom l-Ingliż bħala suġġett?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li sa l-aħħar ta’ Diċembru 2005 kien hemm sitt persuni gradwati għalliema (PGCE/B.Educ) ifittxu xogħol u li kienu qed jirreġistraw mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ.
Jista' il-Ministru jagħti dettalji dwar kemm-il familja nqatgħalha t-telefon fl-2005? Kemm minnhom reġa' ingħatalhom is-servizz wara li ħallsu l-kontijiet pendenti? Jista' jgħid kemm huwa t-total fi flus li tħallsu u kemm hemm ħlasijiet pendenti?
Jista' il-Ministru jgħid mis-somma totali dovuta għas-servizz ta' l-elettriku lill-Enemalta, kemm hija dovuta minn azjendi parastatali? Jista' jgħid kull azjenda kemm għandha tagħti? Meta kien tħallas l-aħħar kont?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16725 u jikkonferma li madwar 35,000 ċilindru tal-gass mill-Enemalta, uħud minnhom ġodda, se jinqerdu? Għaliex?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ il-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru fil-Kavallieri ta’ San Ġakbu fis-sena 2005? Kemm ġew jiswew dawn l-istess xogħlijiet? Jista’ jgħid ukoll x’hemm ippjanat għal matul din is-sena u kemm huwa maħsub li ser jintefaq?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2005 ma sar l-ebda xogħol strutturali fil-Kavallier ta' San Ġakbu Ċentru għall-Kreattività. Bħalissa qed jitwettqu xogħlijiet fis-sistema ta’ l-arja kundizzjonata u dawn se jiswew madwar Lm 18,000.
Jista’ il-Ministru jgħid fuq fuq x’ħidma wetqet Heritage Malta matul is-sena 2005? Jista’ jgħid ukoll x’inhu maħsub u ppjanat li jsir matul din is-sena?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-ħidma li twetqet fl-2005 ser tikun pubblikata u preżentata mill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura sa nofs Frar 2006 fid-dettal permezz tal-‘Annual Report’ tal-aġenzija. Dan jitqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra. Ir-rapport ikun jinkludi il-proġetti kapitali, eżibizzjonijiet u ħidma ohra bejn Ottubru 2004 u Settembru 2005.
Ghal 2006 Heritage Malta għamlet pjan ta’ ħidma li jinkludi l-tisħiħ u konsolidazzjoni tal-aġenzija u l-organisation structure; pjan ta’ edukazzjoni fil-wirt kulturali għal kull eta’: tfal ta’ l-iskola; kunsilli lokali; studenti ta’ l-MCAST u l-Universita’; korsijiet qosra ta’ apprezzament ta’ oġġetti antiki fost ohrajn; tkabbir u iktar varjeta’ fil-program ta’ lectures, attivitajiet, esperjenza ta’ hands on għat-tfal; iktar parteċipazzjoni fil-proġetti tal-EU, proġetti ma l-iktar numru possibli ta’ stakeholders. Wieħed jista jara iktar dettalji ta’ dan il-pjan fl-uffiċju ta’ Heritage Malta. Dan minbarra proġetti ta' restawr u interpretazzjoni f'numru ta' siti importanti li se jitkompla jew jibda matul din is-sena fosthom il-proġett ta' Ħaġar Qim u l-Imġarr, Ġgantia u t-Tempji ta' Ħal Tarxien.
Jista’ il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16655 minħabba li ma nistax nifhem x’hemm ta’ natura kummerċjali fil-mistoqsija u cioe` li jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-pjan tal-perit dwar kif kienet se tintuża s-sala u partijiet oħra ta’ Dar il-Mediterran waqt il-party ta’ lejliet l-ewwel tas-sena u li kienet waħda mill-kundizzjonijiet imposti fuq l-organizzaturi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Dar il-Mediterran għal Konferenzi huwa post kummerċjali li jrid jikkompeti għax-xogħol ma’ entitajiet oħrajn. Kull informazzjoni li jitlob dan iċ-Ċentru mingħand ażjendi privati trid titqies li għandha valur kummerċjali.
Ikun ta’ ħsara għaċ-Ċentru jekk din l-informazzjoni tibda tiġi ppubblikata. L-effett ta’ dan jista’ jkun li kumpaniji jiddeċiedu li ma jersqux aktar lejn iċ-Ċentru.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm visiting professors fl-Universita' ta' Malta? Min huma? Minn liema pajjiż ġejjin? Fuq liema suġġett qed jagħtu lectures?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Universita' ta' Malta — International School of English
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru totali ta' studenti li fl-2005 inkitbu biex jattendu xi kors fl-International School of English ta' l-Universita' ta' Malta? Minn liema pajjiżi ġejjin? Dan in-numru kif kien jikkompara ma' ta' l-2004?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li kien hemm 430 studenti li fl-2005 inkitbu biex jattendu xi kors fl-ISE. Dawn kienu ġejjin mill-Belġjum, Brażil, Bulgarija, Franza, Turkija, Svizzera, Finlandja, Norveġja, Paragwaj, Poland, Spanja, Italja, Germanja, Marokk, Ungerija, Ġappun, Austrija u Slovakja.
Informat ukoll li meta tikkumpara n-numru ta' applikanti mas-sena ta' qabel, issib li qiegħed fl-istess livell.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jsir kors tat-TEFL fl-Universita' ta' Malta biex jieħu post dak li tħassar fl-aħħar mumenti xi ġimgħat ilu? Meta kien sar l-aħħar wieħed u kemm kienu attendew? Minn dawn, kemm kienu wżati mill-International School of English?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li dawn il-korsijiet ser isiru f'Marzu jew April 2006. Informat ukoll li l-aħħar wieħed kien beda fis-27 ta' April, 2004 u attendew 15-il persuna. Minnhom ħadem persuna waħda fis-sajf.