Legislature:
Category:
Reset
Active:

MCAST — Electrical Installation Licence B

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-istudenti ta' l-electrical installation licence B tat-tieni sena ta' l-MCAST ġewwa Għawdex riċentement tneħħielhom l-istipendju? Jista' jgħid ukoll x'inhi r-raġuni li bagħtulhom karta mill-ETC li jekk ma jsibux sponsor sa l-aħħar ta' April dawn se jinqatgħu mill-isponsor scheme? Jista' jgħid x'soluzzjoni jew għajnuna se tingħata lil dawn l-istudenti li ma jsibux sponsor? Jista' il-Ministru jikkonferma li l-ismart card ta' dawn l-istess studenti ġiet magħluqa u li hemm studenti li tilfu l-flus għax ma laħqux użawha?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kors ta' l-Electrical Licence B huwa kors ta' apprendistat u f'dan il-kas ifisser li l-apprendist obligat jattendi l-MCAST biex jitgħallem it-teorija tas-sengħa u l-jumejn l-oħra fuq il-post tax-xogħol fuq is-sengħa. Dawk l-apprendisti li jattendu l-MCAST u l-post tax-xogħol għat-taħriġ għandhom dritt għall-istipendju. Informat ukoll li l-apprendisti msemmija ma jattendux għat-taħriġ fuq il-post tax-xogħol. L-iSmart Card ta' dawk li jattendu l-MCAST regolari ma ġietx magħluqa u jibqgħu intitolati għall-istipendju jekk jattendu regolarment. Informat ukoll li l-istudenti msemmija kienu applikaw biex isegwu l-Iskema ta' Taħriġ Estiż (Extended Skill Training Scheme) bħala 'Electricians'. Sforzi minn naħa tal-Korporazzjoni biex dawn jinstabilhom 'sponsor' ma kienux pożittivi u għaldaqstant l-Korporazzjoni bagħtet avviż li jekk l-affarijiet jibqgħu kif inhuma, l-applikazzjoni tagħhom biex isegwu apprendistat tigi kkanċellata.

Każ dwar studenta

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'għajnuna u x'passi ttieħdu mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni sabiex tifla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li tbati mid-dyslexia tingħata l-għajnuna li għandha bżonn? Jista' jgħid jekk il-ministeru u/jew id-diviżjoni rċevewx xi lmenti dwar dan il-każ? Jekk fl-affermattiv, x'passi ttieħdu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-tifla konċernata ġiet assessjata għall-ewwel darba mill-Special Learning Difficulties Unit fid-9 ta' April 2001. Ġiet ukoll assessjata mis-School Psychological Unit fit-30 ta' Novembru 2001. Fl-20 ta' Ġunju 2003 ġiet mgħotija għajnuna lill-ġenituri dwar kif jistgħu jgħinu lit-tifla tagħhom. Huwa maħsub li fil-futur qarib membri tal-Unit tad-Dyslexia jagħtu sensiela ta' lectures fejn il-ġenituri jiġu mogħtija aktar tagħrif dwar din il-kundizzjoni. Informat ukoll li d-Dipartiment konċernat ma' rċieva l-ebda lment dwar dan il-każ.

Servizz Pubbliku

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk skrivani li ġew impjegati mal-gvern madwar erba' snin ilu fuq bażi ta' full-time bil-kundizzjonijiet kollha ta' full-time imma mhumiex tal-post, tant li kull sena qed ikollhom iġeddu l-ingaġġ tagħhom, hemmx il-ħsieb li issa li se jgħaddu l-erba' snin hux se jsiru impjegati regolari tal-gvern b'impjieg permanenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nemmen li l-iskrivani li jidher li qiegħed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant huma dawk magħrufa bħala Casual Substitute Clerks. Jekk dan huwa l-każ, ninsab infurmat li Casual Substitutes ikunu abbinati ma’ impjegati li jkunu fuq Parental jew Study Leave. Dawn jibqgħu impjegati sakemm l-individwi li jkunu abbinati magħhom idumu barra mix-xogħol. Malli dawn jidħlu lura, il-kuntratt tal-Casual Substitutes jiġi terminat. Dawn il-kundizzjonijiet ikunu stipulati fil-kuntratt li kull Casual Substitute jiffirma qabel jibda x-xogħol.

Għalliema tad-Drama

Question

Peress li f'mistoqsija preċedenti l-Ministru wiegeb li se jkun hemm żieda fl-għalliema tad-drama, jista' jgħid jekk din iż-żieda hux se tkun fid-drama unit jew inkella fin-numru ta' l-activity teachers jew inkella żieda taħt xort'oħra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ż-żieda fl-għalliema tad-Drama ser tkun fid-Drama Unit.

ETC — EDCL

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma t-training schools awtorizzati li l-ETC qed taħdem magħhom fuq l-ECDL u taħriġ ieħor marbut ma' l-IT?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ torganizza diversi programmi ta’ taħriġ li għandhom x’jaqsmu ma’ l-użu tal-kompjuters. Il-biċċa l-kbira tal-programmi ta' l-ECDL qed jiġu organizzati f’ċentri ta’ taħriġ li l-ETC għandha f’Ħal Far, il-Belt Valletta, kif ukoll fil-Blata l-Bajda. Numru zgħir ta’ programmi oħra, jiġu organizzati f’ċentri awtorizzati kif jidhru hawn taħt: Centru Tip ta Programm Organizzat Learnkey ECDL Equal Skills Computer Domain Advanced Computer Courses Swatar Training Centre NCC Diploma NCC Advanced Diploma in Computer Studies

ETC — Learn Key

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-ministeru u/jew l-ETC irċevewx xi ilmenti, taħt forma jew oħra, dwar il-kumpannija Learn Key li qed tipprovdi taħriġ marbut mat-TEES, fejn qed jipprovdu taħriġ marbut ma' l-IT? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid fiex kienu jikkonsistu dawn l-ilmenti u x'passi ttieħdu?

Response (GALEA, LOUIS)

Napprezza jekk l-Onor. Membru jippreċiża u jelenka x'tip ta' ilmenti qed jirreferi għalihom biex ikun jista' jsir l-istħarriġ meħtieġ.

Logħob tal-Commonwealth — PBS

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-logħob tal-Commonwealth li qed isiru ġewwa Melbourne l-Awstralja ma ġietx imxandra mill-PBS? Jista' jgħid ukoll x'wassal sabiex ġurnalista tal-PBS li suppost kellu jmur mal-kontinġent Malti, dan fl-aħħar ma marx?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li r-raġuni għaliex il-PBS ma xandrietx iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-logħob tal-Commonwealth hija għax ma kienx kummerċjalment vijabbli li jsir dan. L-istess jista' jingħad għaliex ma ntbgħatx il-ġurnalista biex jirraporta dwar il-logħob tal-Commonwealth mill-Awstralja.

MCAST — Quantity Surveying

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk l-istudenti li lestew diploma course part-time mifrux fuq tliet snin fil-quantity surveying ġewwa l-MCAST hux se jingħataw ċertifikat li jindika li huma għaddew minn dan l-istess kors? Meta se jsir dan? Jista' jgħid ukoll jekk dan hux rikonoxxut minn xi istituzzjoni edukattiva oħra, kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid min huma?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istudenti li spiċċaw il-kors u għaddew fl-eżamijiet finali (li jsiru fl-aħħar tat-tielet sena) li jwasslu għad-Diploma in Quantity Surveying jingħataw ċertifikat. Informat ukoll li dan il-kors hu rikonoxxut mill-College of Estate Management - UK.

Marsascala — Triq in-Nadur

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17413 u jgħid meta se jibda jew jitkompla x-xogħol fi Triq in-Nadur ġewwa Marsaskala minħabba li tinsab fi stat diżastruż? Japprezza li kien hemm commitment li din it-triq issir snin ilu u għalhekk huwa ġust li issa titlesta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f'dawn il-ġranet qed isiru xogħlijiet fi Triq l-Isfar, Triq il-Vjola, Triq Parti Wistin Born u Triq il-Kavallieri ta' Malta. Fil-ġranet li ġejjin ser jinbeda' x-xogħol fi Triq il-Granmastri wkoll. Mill-informazzjoni li għandna, x-xogħlijiet fi Triq in-Nadur M'scala nbdew mill-Kunsill Lokali ta' M'scala li għalhekk għandu l-obbligu li jlestihom.

Universita' — Post Graduate Studies

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu jew le li fl-Universita' ta' Malta se jiftħu numru ta' post graduate studies fis-sentejn li ġejjien? Huwa minnu li fl-istess perijodu se jiftħu numru ta' PH.Ds u anke DBA fil-fakulta' tal-FEMA? F'każ li dan huwa minnu, jista' jgħid meta se jiftħu, kemm se jkun il-ħlas għalihom u x'inhuma l-entry requirements?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 17863 f'Seduta 368.

Pubblikazzjonijet f'journals minn professuri

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista ta' dawk il-professuri, lecturers u akkademiċi oħra, kemm full-time kif ukoll part-time li kellhom pubblikazzjonijiet f'journals akkademiċi xi darba jew oħra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li uħud mill-istaff akkademiku għandhom il-pubblikazzjonijiet tagħhom fuq il-website ta' l-Universita'. Dawn jinsabu fuq www.um.edu.mt/pub/uompub.html. Oħrajn għandhom il-web page tagħhom u fiha jinsabu l-pubblikazzjonijiet tagħhom.

Ħaż-Żabbar — Kindergarten

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm suppost ikun fiha klassi tal-kindergarten? Jista' jgħid kemm fiha tfal kull klassi tal-kindergarten li hemm f'Ħaż-Żabbar ġewwa l-iskola primarja?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-klassijiet tal-Kindergarten li hemm f'Żabbar 'A' fihom dawn it-tfal: Kinder 2 (Fejn in-numru jista' jkun ta' mhux aktar minn 20 tifel u tifla) Kinder 2.1 - 19 Kinder 2.2 - 17 Kinder 2.3 - 15 Kinder 2.4 - 17 Kinder 2.5 - 17 Kinder 2.6 - 15 Kinder 2.7 - 19 Kinder 2.8 - 18 Kinder 2.9 - 17 Total - 154 Kinder 1 (fejn in-numru jista' jkun ta' mhux aktar minn 15-il tifel u tifla) Intake ta' Ottubru Kinder 1.1 - 13 Kinder 1.2 - 13 Kinder 1.3 - 14 Kinder 1.4 - 14 Kinder 1.5 - 14 Intake ta' Jannar Kinder 1.6 - 15 Kinder 1.7 - 15 Total - 98
Leg 10 PQ #18055 Sitting 375 2006-04-05 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Kunċert ta' Sting

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'se jkun is-sehem tal-gvern, permezz tal-ministeru jew inkella ta' xi ente li taqa' taħt il-ministeru tiegħu, fil-kunċert li Sting ser jagħti hawn Malta? Kemm se joħroġ flus il-gvern u minn liema budget?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

F'dan l-istadju ma hemm ebda ftehim għall-kunċert imsemmi mill-Onor. interpellant bejn l-Awtorita' tat-Turiżmu u l-organizzaturi. Madankollu qed isiru diskussjonijiet f'dan ir-rigward.

Marsacala — Fun Park

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-fun park li ntqal li se jsir f'ġurnal bl-Ingliż bejn ir-Razzett tal-Ħbiberija u l-impjant tar-riċiklaġġ ġewwa Marsascala hux se jkun hemm xi spazji rikreattivi oħra li se jitneħħew, bħal ngħidu aħna l-bandli li hemm fejn ix-xatt faċċata tal-bus terminus?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li dan l-iżvilupp jirrigwarda biss l-akwati bejn ir-Razzett tal-Ħbiberija u l-Impjant ta' Sant'Antnin.

Marsaxlokk — Skola Primarja

Question

Jikkonferma l-Ministru li l-perit li ismu qed jintbagħat separatament kien imqabbad xi żmien ilu sabiex jagħmel id-disinji tas-sala ta' l-iskola primarja ta' Marsaxlokk? Jista' jgħid kemm ġew iqumu dawn id-disinji u kemm tħallas dan l-istess perit?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Perit imsemmi huwa l-istess wieħed li tqabbad jagħmel id-disinji ta' sala ta' l-iskola primarja ta' Marsaxlokk. Peress li d-disinji ta' din is-sala qed jiġu rikonsidrati m'inix f'pożizzjoni f'dan l-istadju ngħid kemm ser iqumu dawn id-disinji skond it-Tariffa legali għal dan ix-xogħol. Meta jiġi definit id-disinn tas-sala wieħed ikun jista' jagħti stima ta' kemm ikun dovut lill-Perit konċernat.

Matsec/Sec — Studenti bid-Dyslexia

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti li talbu ħin żejjed minħabba dyslexia waqt l-eżamijiet tal-Matsec u s-Sec li se jsiru fi ftit ġimgħat oħra? Kien hemm xi talbiet minn studenti biex ikollhom reader? Jekk fl-affermattiv, kemm kien dan l-ammont?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li għall-eżami tal-MATSEC u SEC ta' l-2006, kien hemm 101 applikazzjoni għal ħin żejjed minħabba dyslexia. Minn dawn 64 għamlu talba għal 'Reader' waqt l-eżami.

Eżamijiet tal-Matsec/Sec

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-ħlas totali li sar mill-istudenti għall-eżamijiet tal-Matsec u s-Sec separatament, li se jsiru dalwaqt?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ħlas li sar mill-istudenti jammonta hekk: SEC 'O' Level Lm319,258 Matriculation Certificate Lm165,205.

Ilmenti dwar kulleġġ

Question

Jista' il-Ministru jindaqa dwar ilmenti li rċevejt li fil-break fil-kulleġġ li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, qed ikun hemm ġenn sħiħ billi studenti ta' ċerta eta' qed jitfgħu ġebel u jkissru ħġieġ u purtelli b'periklu għal studenti oħra, u mhux qed jittieħdu l-passi dixxiplinarji li hemm bżonn?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ħġieġ li nkiser fil-kulleġġ konċernat kien riżultat ta' logħob ta' football u basketball. L-istudenti konċernati tqabbdu jħallsu għat-tiswijiet filwaqt li kien hemm żewġ każi fejn studenti ġew ikkastigati minħabba negliġenza waqt il-logħob. Informat ukoll li din is-sena ma kienx hemm ksur ta' ebda purtella u l-imġieba fil-grounds kienet waħda normali.

Pulizija — Rimi ta' Skart barra

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena, jew aħjar sal-21 ta' Marzu 2006, kemm kien hemm nies li nqabdu jitfgħu żibel jew skart ieħor barra kontra l-liġi? F'liema lokalita'?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta' Jannar u l-21 ta' Marzu ta' din is-sena il-Pulizija qabdet 10 persuni bi ksur ta' l-Att dwar Żibel u Skart. Dawn kienu fil-Belt, Dwejra, Salini, Msida, Qormi, Żejtun u Ħal Għaxaq. Għal dak li jirrigwardja l-Kunsilli Lokali ninsab infurmat illi din is-sena, sal-21 ta' Marzu, ingħataw 460 ċitazzjonijiet lin-nies li nqabdu jitfgħu żibel jew skart ieħor barra kontra l-liġi. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi il-lokalitajiet fejn dawn iċ-ċitazzjonijiet ingħataw.

VAT — Dħul mit-turiżmu

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm tħallset f'VAT fl-ewwel xahrejn ta' din is-sena? Kemm minnha kien dħul mit-turiżmu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li matul l-ewwel xahrejn ta’ din is-sena l-ammont li tħallas f’VAT kien ta’ Lm27,441,414. Minn din is-somma, id-dħul mit-turiżmu kien jammonta għal Lm2,410,964 kif jidher hawn taħt: Hotels Lm1,259,578 Restaurants Lm 767,174 Activities of Travel agencies Lm 384,212 And Tourist Assistance Agencies