Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #18993 Sitting 383 2006-05-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Organizzaturi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw flus lill-organizzaturi li ġabu xi kantant jew grupp matul is-sena 2005 minn xi struttura jew oħra li taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru, taħt xi nefqa jew oħra, b'isem jew ieħor?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Pulizija — Persuni miżmuma milli jidħlu Malta

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il persuna twaqqfet milli tidħol f'Malta bil-baħar u bl-ajru separatament, fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena? Għal liema raġunijiet prinċipali u ta' liema nazzjonalita' kienu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena kien hemm 98 persuna ta' nazzjonalita' barranija li ma tħallietx tidħol wara li waslet Malta. Minn dawn 4 waslu bil-baħar filwaqt li 94 waslu bl-ajru. Dawn kienu minn dawn il-pajjiżi: Algeria Equador Morocco Syria Australia Iraq Nepal Tunisia Bulgaria India Nigeria Turkey Colombia Libya Romania Ukrania Egypt Moldovia Russia Fost ir-raġunijiet li għalihom persuni ma jitħallewx jidħlu Malta prinċipalment jinkludu li: Ma jkollhomx id-dokumenti kollha neċessarji Ikollhom dokumenti falsifikati Ma jkollhomx mezzi biżżejjed biex imantnu lilhom infushom f'Malta Jiġi stabbilit li ma jkunux ġew Malta għal skop genwin ta' turiżmu Ma jkollhomx biljett għar-ritorn Ikunu suġġetti ta' xi struzzjonijiet biex ma jitħallewx jidħlu Malta minħabba xi każ preċedenti jew xi raġuni oħra.

Eżami tas-SEC

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-eżami tas-SEC u tat-Technical Design paper 2 ġie propost nhar l-Erbgħa 3 ta' Mejju, 2006? X'se jiġri wara li dan l-eżami ġie pospost?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser inpoġġi kopja ta' stqarrija li l-Bord tal-MATSEC ippubblika dwar il-każ.

Wied il-Għajn — Studenti universitarji - servizz ta' trasport

Question

Jista' il-MInistru jara li tiġi rranġata s-sitwazzjoni tat-trasport li jiġi provdut lill-istudenti li jattendu l-Universita' ta' Malta u li joqogħdu Wied il-Għajn, minħabba li dawn għandhom karozza waħda biss li tinżel għalihom Wied il-Għajn u li hija l-ewwel waħda, u lura mill-Universita' it-trasport provdut qed iwaqqafhom f'Ħaż-Żabbar?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Skrivani ma' l-ADT

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi s-sitwazzjoni ta' l-iskrivani li jinsabu jaħdmu ma' l-ADT fil-preżent u li sa ftit żmien ilu kienu jaħdmu mad-dipartiment tal-liċenzji? Jista' jgħid kemm huma dawn il-ħaddiema u meta se tiġi rranġata s-sitwazzjoni tagħhom minħabba li issa ilha pendenti għal żmien twil?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-iskrivani li jinsabu jaħdmu ma' l-ADT fil-preżent u li sa ftit żmien ilu kienu jaħdmu mad-dipartiment tal-liċenzji huma l-istess impjegati tal-gvern kif kienu qabel mad-dipartiment tal-liċenzji. Dawn jammontaw għal 44. Is-sitwazzjoni tagħhom qegħda tkun indirizzata mall-Ftehim Kollettiv.

Wied il-Għajn — Fun park

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jinbeda x-xogħol fuq il-fun park li tħabbar fil-ġimgħa ta' l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali tal-11 ta' Marzu 2006 u li ntqal li se jsir ġewwa Wied il-Għajn bejn ir-razzett tal-ħbiberija u l-impjant tar-riċiklaġġ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ix-xogħol fuq il-Park ta' Wied il-Għajn, bejn ir-Razzett tal-Ħbiberija u l-Impjant tar-Riċiklaġġ, miexi kif ippjanat. Il-fondi biex tinxtara l-art meħtieġa ġew ipprovduti u ntbagħtu lid-Dipartiment ta' l-Artijiet biex isir il-proċess meħtieġ biex din l-art tkun tista' tintuża għal skop pubbliku. Dwar dak li huwa żvilupp, bħalissa qiegħed jiġi ppreparat il-Project Description Statement (PDS) biex jiġi sottomess lill- Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) biex jinħarġu t-Terms of Reference għall-istudju ambjentali, speċjalment fejn hemm il-miżbla li kienet intużat bejn il-1974 u 1979, hekk kif kienet waslet biex tagħlaq dik ta' Ħal Luqa. L-ebda waħda minn dawn il-miżbliet ma kienet ġiet irriabilitata, u għalhekk ittieħdet din id-deċiżjoni biex din il-miżbla tkun irriabilitata ukoll.

Uffiċjali Edukattivi — Allowance ta' l-ikel

Question

Jikkonferma l-MInistru li l-uffiċjali edukattivi twaqqfilhom l-allowance ta' l-ikel għal meta jmorru Għawdex? Jikkonferma li issa qed jingħatalhom packed lunch minflok? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid jekk dan hux qed jiġi mogħti minn xi kuntrattur privat? Jekk iva, min huwa dan il-kuntrattur, kemm hu l-valur ta' dan l-istess kuntratt u għalkemm żmien? Jista' jgħid jekk saritx sejħa pubblika għal dan?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-tagħrif mitlub fil-Mistoqsija huwa kollu fin-negattiv.

Kunsill Malti għall-Isport

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew mgħejjuna għaqdiet sportivi, assoċjazzjonijiet u federazzjonijiet mill-Kunsill Malti għall-isport matul din is-sena meta dawn organizzaw xi kompetizzjoni kemm nazzjonali jew internazzjonali? Kemm u kif kienet l-għajnuna li ngħatat? Jista' jgħid ukoll xi kriterji jintużaw sabiex tingħata din l-għajnuna? Jista' jgħid ukoll kemm kienu u min dawk li talbu l-għajnuna?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Facilitator

Question

Jista' il-Ministru jinvestiga x'inhi r-raġuni li minkejja li l-istudent li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, ġie approvat u rrakkmandat li jkollu facilitator full-time, l-iskola għadha ma ħaditx il-passi biex dan isir?

Response (GALEA, LOUIS)

Nitlob l-Onor. Membru jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru W234, f'Seduta 373.

Prezzijiet tal-mediċini

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux il-ħsieb jikkontrolla l-profitti li qed isiru fuq il-mediċini? Jaf li per eżempju Lescol 80mg li jinbiegħu Lm15.75c mill-ispiżeriji jiġu lill-aġent Lm13.13c? Ma jaħsibx li dan huwa qliegħ esaġerat?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-profit fuq Lescol 80mg kif indikat mill-Onor. Interpellant ma jeċċedix il-marġni ta' profitti kif stabiliti bil-liġi bħalissa.

Freedom of Information Act

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid fiex waslu l-pjani tal-gvern biex jintroduċi l-Att dwar il-Ħelsien ta' l-Informazzjoni (Freedom of Information Act)?

Response (GONZI, LAWRENCE)

M’għandi xejn x’inzid mar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14978.

Qrati — Kawżi ta' natura ċivili

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jelenka kemm hemm kawżi ta' natura ċivili quddiem kull imħallef li ilhom mill-anqas għaxar snin għaddejjin? Kemm hemm li huma appuntati għas-sentenza?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant għadu qed jinġabar u t-tweġiba ser tingħata f'xi Seduta oħra.

Qrati — Kawżi ta' separazzjoni

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid bħalissa kemm hemm kawżi ta' separazzjoni miż-żwieġ pendenti quddiem il-qorti tal-familja? Kemm minnhom tressqu mill-1 ta' Jannar 2006? F'dawn il-każi ġodda kemm minnhom huma bejn ċittadini Maltin, kemm bejn koppja Maltija u sieħeb/a barrani u kemm fejn il-koppja huma t-tnejn barranin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li f'Malta hemm 488 kawża ta' separazzjoni pendenti quddiem il-Qorti tal-Familja li minnhom 44 ġew preżentati mill-bidu ta' din is-sena mentri quddiem il-Qorti tal-Familja f'Għawdex hemm 27 każ pendenti ta' separazzjoni miż-żwieġ u mill-1 ta' Jannar 2006 tressqu tlieta minnhom. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, ma tinżammx statistika ta' kemm minn dawn is-separazzjonijiet ikunu bejn ċittadini Maltin, jew bejn Maltin u barranin jew bejn barranin.

Qrati — Ġurijiet pendenti

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm ġurijiet pendenti bħalissa quddiem il-qorti kriminali? Jista' jgħid kemm huma dwar omiċidju, traffikar ta' droga u serq? F'kemm-il każ hemm barranin involuti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm tlieta u tletin (33) ġuri pendenti quddiem il-Qrati Kriminali. Hemm 9 ġurijiet li huma dwar omiċidju; 11 dwar traffikar ta' droga u wieħed dwar serq. Infurmat ukoll li hemm barranin involuti f'erba' każijiet.

Għajnuna lill-għaqdiet sportivii

Question

Jista' il-Ministru jgħid, minbarra l-għajnuna finanzjarja mogħtija lill-Kumitat Olimpiku Malti għas-sehem ta' Malta fil-logħob tal-Commonwealth ġewwa l-Awstralja, x'għajnun ngħatat lill-isport s'issa din is-sena? Jista' elenka l-għaqdiet u kemm ingħataw separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sskejjel — Medical Services

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'tip ta' medical services qed jiġu offruti l-istudenti fl-iskejjel primarji tal-gvern? Jista' il-Ministru jagħti wkoll il-job description ta' school nurse u school doctoru kif dawn qed jgħinu lit-tfal?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Medical Services jiġu offruti lill-istudenti mill-iSchool Medical Service li jaqa' taħt id-Diviżjoni tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-komunita'. Il-Job Description ta' School Nurse u School Doctor jinkisbu wkoll mill-istess Diviżjoni.

Servizzi tal-Psikologi lill-istudenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti li qed jistennew sabiex jieħdu s-servizzi tal-psikologi? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx persuna li tieħu ħsieb tfal li għandhom id-dyslexia? Kemm hemm psikologi edukattivi u x'waiting list għandhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti li qegħdin fi proċess ta' assessment u ta' servizz psikoloġiku huwa ta' 436 student/a. Ma' dawn wieħed irid iżid l-assessment ta' 209 talba għal arranġamenti speċjali għal waqt l-eżamijiet ta' din is-sena skolastika. Hemm 6 persuni jagħmlu ix-xogħol ta' psikologi f'dan il-qasam. Qed jittieħdu miżuri biex jissaħħaħ is-servizz tal-psikoloġija fil-qasam edukattiv billi ser jiġu ingaġġati 'trainee psychologists' u ser isir aktar investiment fit-taħriġ ta' psikologi edukattivi. Informat ukoll li hemm l-iSpecific Learning Difficulties Unit li jieħu ħsieb tfal bid-Dyslexia. F'dan il-Unit hemm persuna li tmexxi kif ukoll seba' għalliema.

School Councillors

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm school councillors fl-iskejjel primarji u b'liema frekwenza jmorru f'kull skola? Jista' jgħid ukoll jekk l-għalliema tal-guidance li jagħtu s-servizz tagħhom fl-iskejjel sekondarji jmorrux fl-iskejjel primarji wkoll?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħalissa hemm 5 School Counsellors fl-iskejjel primarji li jżuru l-iskejjel skond il-bżonn. Informat ukoll li l-għalliema tal-Guidance li jagħtu s-servizz tagħhom fl-iskejjel sekondarji jmorru fl-iskejjel primarji biex ikellmu kemm lill-ġenituri, kif ukoll lit-tfal tal-Year 6 dwar l-għażla ta' lingwa u ta' suġġetti fil-Form I ta' l-iskejjel sekondarji. Matul is-sena, jgħinu wkoll bit-Transition Exercise, biex it-tfal tal-Year 6 ikunu preparati għall-Form I ta' l-iskejjel sekondarji.

Studji Turistiċi — Għawdex

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17855, li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li parti minnha ġiet riferuta lilu u cioe': Meta se jibda x-xogħol infrastrutturali għall-proġett ta' faċilita' ġdida għal taħriġ fl-istudji turistiċi f'Għawdex u preċiżament fil-Qala? Min rebaħ il-kuntratt għal dan ix-xogħol? Meta hu stmat li se jitlesta x-xogħol? Kemm intefgħu offerti għall-bini ta' din l-istess faċilita' ġdida għall-istudji turistiċi fil-Qala? Min kienu? Kemm kienet kull offerta?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor.Membru għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 18288.