Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' ħaddiema tal-gvern u/jew li kienu jaħdmu ma' azjendi parastatali li bħalissa qed jaħdmu mal-kunsilli lokali? Jista' jgħid ukoll kemm minnhom huma mislufa u kemm għandhom impjieg permanenti? Jista' jelenka kif dawn il-ħaddiema huma mpjegati ma' kull kunsill u liema hu x-xogħol li qegħdin jagħmlu?
Response (BORG, TONIO)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni dwar placements li qed isiru ta' studenti ta' l-MCAST li qed isegwu kors tal-BTEC National Diploma in Sport (Sports Development and Fitness), speċjalment fid-dawl tal-punti li tqajjmu mill-Universita'?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Tista' il-Ministru tgħid mill-bidu li bdiet topera l-Aġenzija Sapport kemm kien hemm impjegati li rriżenjaw minn din l-aġenzija? Xi grad kienu dawn l-impjegati? Kien hemm minn dawn l-impjegati li tkeċċew mix-xogħol u għaliex tkeċċew? Kemm hemm impjegati full-time u part-time ma' l-Aġenzija Sapport? X'inhi r-raġuni li din l-Aġenzija tħaddem ħafna part-timers milli full-timers?
Billi jidher li ttieħdet id-deċiżjoni li l-ATC s sejrin mal-fondazzjoni għall-ħarsien soċjali, meta sejra din il-fondazzjoni tikkonsulta mal-ġenituri tal-persuni b'diżabilita' li qed jattendu fl-ATCs?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant fl-ewwel ħames partijiet tal-Mistoqsija hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
It-trasferiment tar-responsabbilta’ taċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum għal taħt il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali hu proċess amministrattiv li m’għandux ikollu xi impatt negattiv fuq il-klijenti. Fil-fatt dan it-trasferiment hu ntenzjonat biex ikompli jġib il-quddiem is-servizz li jingħata lil dawn il-klijenti. F’dan ir-rigward, ninsab infurmata li konsultazzjonijiet informali mall-ġenituri tal-klijenti bdew xhur ilu.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex mhux l-istudenti kollha ta' l-MCAST qed jingħataw l-opportunita' li jieħdu l-kors ta' l-ECDL mingħajr ħlas?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-korsijiet ta' l-ECDL li jaqgħu taħt il-programm ta' l-ESF huma mogħtija bla ħlas.
Informat ukoll li l-programmi l-oħra kollha ta' l-ECDL huma mħallsa mill-istudenti li jattendu għalihom. Il-Kulleġġ jamministra dawn il-ħlasijiet.
B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 18560, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm huma il-persuni li għandhom dħul ta' 60% tal-median tan-NEI u allura li huma at risk of poverty skond it-threshold u d-definizzjoni ta' l-Eurostat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nassumi li l-Onor Interpellant ried jgħid persuni minflok permessi fit-tieni vers. Għaldaqstant, in-numru ta’ persuni li għandhom dħul ta’ 60% tal-median tan-NEI kien ġie stmat għal 57,390 persuni minn total ta’ 385,630 persuni li jgħixu f’households. Dan it-taghrif ġie meħud mill-Household Budgetary Survey li sar fis-sena 2000.
Jista' il-Ministru jgħid x'servizzi jingħataw fl-isptar Monte Carmeli għal persuni li għandhom diżabilita' mentali u li mhumiex residenti f'dan l-isptar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizzi tal-Komunita' li huma mmexxija mill-isptar joffru għajnuna lill-pazjenti li għandhom diżabilita' mentali.
Dan is-servizz qed jingħata minn day centres u ċentri tas-saħħa f'Ħal Qormi u Cospicua. Hemm ukoll Outreach Team li jmur fid-djar ta' pazjenti ma' Malta kollha.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma x-xogħlijiet li fil-preżent u matul dan is-sajf il-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada qed taħdem fuqhom u dan skond l-istrategic plan imfassal? Jista' jgħid ukoll kemm se jiġi jiswa dan ix-xogħol separatament għal kull proġett? Fl-aħħarnett, jista' il-Ministru jpoġġi kopja ta' l-istrategic masterplan ta' l-FTS fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-pjan ta' bini ta' skejjel ġodda jiddependi mid-deċiżjoni dwar kif ser ikunu komposti l-Kulleġġi.
Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni — Diretturi u Assistenti Diretturi
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18989, jista' il-Ministru jaġġorna l-informazzjoni wara l-bidliet li tħabbru riċentement? Jista' jagħti l-informazzjoni bl-istess mod li ġiet mogħtija fil-mistoqsija msemmija hawn fuq?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-vakanti li mtlew dan l-aħħar huma:
- Direttriċi, Policy Development & Project Implementation, Ms Micheline Sciberras DIP.Y.S., B.ED(Hons), M.A.(Durham),
- Direttur, Europe and International Affairs, Mr Mario Buttiġieġ DBA, Dip. in Dip. Stud,
- Direttur, Corporate Services, Mr Leonard Sacco MBA, BA.(Hons.), Business Management.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18645 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'tip ta' medical services qed jiġu offruti l-istudenti fl-iskejjel primarji tal-gvern? Jista' il-Ministru jagħti wkoll il-job description ta' school nurse u school doctoru kif dawn qed jgħinu lit-tfal?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa d-Dipartiment tal-Kura Primarja taħt id-Diviżżjoni tas-Saħħa, jimpjega seba' tobba (full time) u żewġ tobba (part time) kif ukoll seba' nfermiera. Dawn jipprovdu servizz ta' Sorveljanza tas-Saħħa, tal-vista u smiegħ fl-iskejjel Primarji ta' l-Istat u tal-Knisja kif ukoll servizz fl-iskejjel Speċjali. Jingħata servizz tat-tilqim ukoll f'dawn l-iskejjel waqt li fis-sekondarji kollha tingħata t-tilqima kontra t-Tuberkulożi.
It-tobba u l-infermiera jżuru l-iskejjel kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa fuq bażi ta' roster minbarra fil-festi pubbliċi. Saru 8016 medical examinations, fl-iskejjel Primarji ta' l-Istat u tal-Knisja. Waqt dawn iż-żjarat it-tfal jiġu eżaminati għall-iżvilupp, jiġu mkejla għat-tul u l-piż u jsir eżami mediku. Jsir ukoll screening għall-vista u għas-smiegħ fit-tfal iżgħar.
Ingħataw 1550 tilqima kontra t-Tuberkulożi fl-iskejjel tal-Knisja u Indipendenti f'dawn ix-xhur u ngħataw 2913 tilqima kontra t-Tuberkulożi fl-iskejjel ta' l-Istat.
Dan is-servizz jingħata fl-iskejjel tal-Knisja fil-livell Primarju waqt li fl-iskejjel Indipendenti Sekondarji jingħata t-tilqim kontra t-Tuberkulożi.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra aktar informazzjoni dettaljata.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 16953 u 17270 u jgħid kemm kienet is-somma totali dovuta lill-Enemalta għas-servizz ta' l-elettriku fl-aħħar ta' l-2005 minn familji?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fl-aħħar tas-sena 2005, is-somma dovuta lill-Korporazzjoni Enemalta għas-servizz ta' l-Elettriku fuq accounts domestiċi kienet ta' Lm3.5 miljuni.
Dan l-ammont pero' huwa mnaqqas bi ħlasijiet fuq provisional bills.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-liġi u l-pulizija jagħmlux distinzjoni bejn bar jew stabiliment non-alcaholic u dawk alcaholic? Jista' jgħid ukoll kemm huwa n-numru ta' non-alcaholic bars jew stabilimenti f'pajjiżna li huma reġistrati mal-pulizija?
Response (BORG, TONIO)
Kif diġa' kelli l-okkażżjoni ninforma lill-Kamra, il-liċenzji tan-negozju m'għadhomx jinħarġu mill-Pulizija. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru rapporti mill-ministeru jew mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni mis-sena 2000 sal-lum li huma marbuta mal-qasam edukattiv? X'kienu dawn ir-rapporti u kemm ġie jqum kull rapport?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jara kemm huwa possibbli li jitwaħħlu numru ta' bus shelters f''Żabbar Road, Fgura b'mod partikolari ħdejn l-HSBC u faċċata kif ukoll aktar 'il fuq lejn Ħaż-Żabbar fejn il-Bibas u faċċata?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li twaħħil tal-Bus Shelters ġew delegati lill-Kunsilli Lokali rispettivi.
Għaldaqstant, hija responsabbilta tal-Kunsill Lokali tal-Fgura li tinstalla Bus Shelters ġodda. L-ADT minnaħa tagħha kienet bagħtet ittra lill-Kunsill fejn infurmathom li l-Awtorita lesta tieħu ħsieb hi dawn il-bus shelters iżda l-Kunsill Lokali tal-Fgura irrispondiet li billi responsabbilta hija tal-kunsill ser jieħdu ħsiebhom huma.
Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta’ l-ittra li l-Kunsill Lokali tal-Fgura bagħat lill-ADT.
Wara li rċevejt bosta lmenti minn numru ta' ġenituri dwar tliet klassijiet li hemm fl-iskola primarja "B" tal-Fgura, jista' il-Ministru jara li ssir il-manutenzjoni tant meħtieġ?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bi ftehim mal-Kap ta' l-iskola, ix-xogħol imsemmi diġa' kien ippjanat li jsir dan is-sajf mill-ħaddiema tat-Technical Services Branch.
Jista' il-Ministru jgħid xi skop għandu d-dipartiment tat-turiżmu meta għal dawn l-aħħar snin għandna l-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu? Jista' jgħid ukoll min huwa d-direttur tad-dipartiment tat-turiżmu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu ġiet imwaqqfa bl-iskop li tippromovi lil Malta, ttejjeb il-prodott turistiku, u tinforza l-istandards fi stabbilimenti ta’ akkomodazzjoni, ikel u divertiment.
Id-Dipartiment tat-Turiżmu u Servizzi Korporattivi, għandu l-funzjonijiet kif ġej:
- li jagħti parir u jirrikmanda modi ta’ żvilupp u titjib fl-industrija lill-Ministru u lis-Segretarju Permanenti,
- li jżomm relazzjoni tajba ma għaqdiet li jgħinu lil Malta tiżviluppa t-turiżmu u jokkupa l-kariga ta' Deputy Permanent Representative għall- UNWTO
- li jmexxi l-proċess ta’ preparamenti ta’ business plans tad-dipartiment, kif ukoll tal-entitajiet kollha li jaqgħu fid-dikasterju u li jara’ li l-miri finanzjarji jintlaħqu,
- proċessar ta’ pagamenti,
- li jmexxi l-implimentazzjoni ta’ riformi relevanti tas-servizz pubbliku, fil-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura,
- li jassigura li l-inizjattivi u d-direttivi tal-Management and Personnel Office jiġu esegwiti fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt ir-risponsabbilta’ tal-Ministeru,
- jimmaniġġa r-Risorsi Umani tal-Ministeru,
- li jwessa’ l-ħiliet ta’ l-impjegati permezz ta’ taħriġ,
- biex jiffaċilita’ l-funzjonijiet ta’ Internal Audit Unit,
- tindif tax-xtut,
- organizzar ta’ avvenimenti.
Id-Direttur tad-Dipartiment għat-Turiżmu u Servizzi Korporattivi huwa s-Sur Francis Albani.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19354 dwar in-nefqa marbuta mal-parteċipazzjoni ta' pajjiżna fil-Eurovision Song Festival?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li n-nefqa marbuta mal-parteċipazzjoni ta' Malta fil-Eurovision Song Festival kienet kif ġej:
Promozzjoni tad-diska barra 9,484.56
Materjal promozzjonali 1,942.57
Parteċipazzjoni fil-Eurovison f'Ateni 11,892.50
Żeffiena, korjografista u artisti barranin 12,212.54
Laqgħa tal-kapitajiet tad-delegazzjoni 1,044.19
Video 2,025.00
Spejjeż oħra 1,054.36
Total 39,655.72
Id-delegazzjoni Maltija li telgħet Ateni u li ġiet magħżula mill-Maltasong Bord kienet komposta minn 12-il persuna, inklużi l-kantant u l-kompozitur.
Ir-rwoll ta’ dawn l-ufficcjali kien kif gej :
1. Fabrizio Faniello – kantant
2. Aldo Spiteri – Kompożitur (tħallsu flight u taxxa)
3. Robert Abela – Head of Delegation (parti mill- flight u taxxa imħallsa minnu personali)
4. John Demanuele – Assistant Head of Delegation u ko-ordinatur tekniku mad-DiretturArtistiku Alex Panya
5. Nadette Bugeja – Head of Press
6. Anton Miceli – Executive Secretary Malta Song Board u ko-ordinatur għall-affarijiet kollha amministrattivi konessi
7. Martin Gauci – Executive Officer Malta Council for Culture and the Arts u ko-ordinatur għall-affarijiet kollha amministrattivi konessi
8. Joseph Dalmas – Delegation u ko-ordinatur għall-attivitajiet kollha konessi mal-kantant
9. Frans Fenech – Delegat u konsulent
10. Marbeck Spiteri – Delegation u ko-ordinatur għall-attivitajiet kollha konnessi mal-korjografista u ż-żeffiena
11. Mike Spiteri – Delegation u ko-ordinatur għall-attivitajiet kollha konessi mal-kantant
12. Moyra Felice – TV Director (tħallsu biss spejjeż tat-taxxi fuq il-flight) ko-ordinatriċi konnessa mal-aspett viżiv u l-produzzjoni viżiiva ma’ l-istazzjon televiżiv responsabbli ERT.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienu fin-numru l-istudenti bniet u subien fit-tieni sena tas-sekondarja u tal-junior lyceum li għażlu s-suġġetti tal-bioloġija u l-kimika mis-sena 1995 sas-sena 2005?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li 4086 u 3641 studenti fit-tieni sena tas-sekondarja u tal-Junior Lyceum għażlu s-suġġetti tal-bijoloġija u kimika rispettivament fis-snin imsemmija. Dettalji ser jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-possibbilta' li t-team tal-football ta' Ta' Xbiex jingħata jew jiġi allokat biċċa art sabiex ikollhom post fejn jirrikreaw irwieħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li sal-lum il-Kunsill Malti għall-Isport m'għandu l-ebda talba mill-klabb imsemmi b'dettalji dwar indikazzjoni ta' post jew art tal-Gvern li l-klabb iħoss li jista' jkun adatt għall-iskop tagħhom biex id-Dipartiment ta' l-Artijiet ikun jista' jibda jikkonsidra l-proposta.