Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pulizija — Rapporti dwar serq

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' serq li ġew irrappurtati fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena? Kemm kienu ġew rappurtati fl-istess żmien is-sena li għaddiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena il-Pulizija kellha 4,473 rapport ta' serq, filwaqt li matul l-istess żmien tas-sena l-oħra kienu saru 5,131.

Pulizija — Sejba ta' droga

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali ta' droga li nqabdet mill-pulizija bejn Jannar u Ġunju ta' din is-sena? Ta' liema tip kienet? Kemm tressqu l-qorti persuni b'konnessjoni mad-droga fl-istess żmien? Kemm kienu nisa u kemm mit-total kienu barranin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena kien hemm 234 persuna li ġew imressqa l-Qorti fuq akkużi relatati ma’ droga, li minnhom 25 kienu nisa, filwaqt li 16 kienu barranin. Infurmat ukoll illi l-ammont ta’ droga maqbuda mill-Pulizija matul l-istess perijodu huwa kif ġej: Cocaine1kg 007.5grms Heroin1kg 765.81grms Cannabis resin44kg 334.88grms Cannabis grass1kg 974.5grms Ecstacy5,469 tablets Valium2 tablets DHC68 tablets BZP70.5 tablets

Manutenzjoni ta' Toroq

Question

Jista' il-Ministrui jelenka liema huma dawk it-toroq prinċipali fil-gżejjer Maltin li se ssir manutenzjoni estensiva fuqhom jew se jinbew mill-ġdid sa l-aħħar ta' din is-sena?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f'seduta oħra.

Dipartiment tat-Taxxi Interni

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid għaliex għadhom ma ntbagħtux mid-dipartiment tat-taxxi interni n-noti li l-formoli mimlija tat-taxxa jkunu ġew irċevuti, u dan kważi xahrejn wara li ntbagħtu? X'inhu jżomm milli dawn jintbagħtu fil-ħin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li peress illi il-kontijiet tat-taxxa rigward id-dikarazzjoni ġew proċessati, ma jintbagħatux riċevuti. Il-kont stess iservi bħala riċevuta. B’dan il-proċess id-dipartiment iffranka soma konsiderevoli f’posta. Ir-riċevuti ntbagħtu kienu rigward kontijiet li jispiċċaw f’rifuzjoni u s’issa il-kont għadu ma nħarigx. Ir-riċevuti rigward il-formola tat-taxxa qegħdin jiġu proċessati u mibgħuta.

Coeliac Disease

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huwa eliġibbli biex jieħu għajnuna għal-coeliac disease? Barra minn dan, jista' jgħid x'għajnuna huma intitolati għaliha dawn il-persuni? Meta dawn il-persuni jiġu mitluba jagħmlu test ħalli jaraw jekk jikkwalifikawx jew le għall-għajnuna, kemm huwa meħtieġ li jġibu punti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-pazjenti li jkollhom Coeliac Disease huma ntitolati għall-kwota kull xahar tal-prodotti ta' l-ikel gluten-free li jinħtieġu bħal ħobż,dqiq, eċċ. Hemm testijiet mediċi biex ikun aċċertat li pazjent ikun qed ibagħti minn din il-marda.

Eżamijiet tal-Junior Lyceum

Question

Minħabba li jidher li għall-eżami tal-junior lyceum li jmiss fis-sena 2007 is-sillabi tal-matematika u ta' l-istudji soċjali se jkun fihom xi tibdil, jista' il-Ministru jgħid x'se jagħmlu dawk l-istudenti li jirripetu s-sena biex jagħmlu l-eżami tal-junior lyceum is-sena d-dieħla? Jista' jiġi kkonsidrat li jkun hemm karta ta' l-eżami oħra li tkun fuq is-sillabi preżenti u dan għal darba waħda biss?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma jirriżultax li hemm tibdil sostanzjali fis-sillabi li jitlob karta differenti għat-tfal tal-Year 7. Informat li fil-każ tal-Matematika, għalkemm fis-sillabu l-ġdid daħlu metodi alternattivi ta' kalkulazzjoni, l-eżaminaturi se jaċċettaw minn tfal tal-Year 7 anke metodi oħra li tgħallmu fis-snin ta' qabel.

Pensjonijiet

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhu n-numru ta' pensjonanti bħalissa li qed jirċievu pensjoni mill-Istat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi n-numru ta’ persuni li jirċievu xi tip ta’ pensjoni mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali. Għal informazzjoni dwar pensjonijiet oħra mħallsa mill-Istat, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Skejjel — Arja kkondizzjonata

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi policy dwar stallar ta' arja kkondizzjonata fl-iskejjel statali? F'liema skejjel statali hemm arja kkondizzjonata stallata? Kien meħtieġ li jingħata xi permess? Jekk fl-affermttiv, mingħand min?

Response (GALEA, LOUIS)

Mhix il-policy li b'mod ġenerali ikun hemm stallazzjoni ta' arja kondizzjonata fl-iskejjel statali. Hemm skejjel fejn f'xi parti tagħhom ikun hemm arja kondizzjonata (p.e. laboratorji tal-kompjuters).

Ħamrun — Skola speċjali - Vettura

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'użu għandha l-karozza tal-kiri li n-numru tagħha qed jintbagħat separatament, li qed tagħmel ħin twil ipparkjata fi skola speċjali l-Hamrun? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-log books kollha ta' din il-vettura mis-sena 2004 sal-lum? Jista' jikkonferma jekk din il-vettura tiġix misjuqa minn xi membru tal-korp tal-pulizija?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-karozza tal-kiri, tintuża minn supervisor tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, u tinsaq minnu. Dan is-supervisor huwa inkarigat mix-xufiera tal-vannijiet li jwasslu t-tfal bi ħtiġijiet speċjali fl-iskejjel. Is-supervisor jikkoordina x-xogħol mill-iskola 'Guardian Angel' tal-Ħamrun, imma jżur skejjel speċjali oħra, iqassam ir-rotot, u jara li t-tfal jaslu l-iskola, u lura d-dar fil-ħin. Is-supervisor jieħu ħsieb ukoll il-minor staff fl-iskejjel speċjali, jesegwixxi struzzjonijiet ta' l-assistent direttur, u jwassal tfal li jinzertaw ma jifilħux fil-ħin tal-lezzjonijiet lura d-dar, flimkien ma' min ikun qed jakkumpanjahom. Informat ukoll li l-log books tal-vetturi jistgħu ikunu suġġetti għall-verifika ta' l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika u/jew tad-Direttorat Intern tal-Verifika u Investigazzjonijiet (IAID), għaldaqstant, id-Dipartiment ma jkunx jista' jitlaqhom minn idejħ. L-Onor. Membru japprezza li dawn id-dokumenti huma wisq voluminużi biex isiru fotokopji tagħhom. Dawn il-log books jinsabu d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.

Impjant ta' Sant'Antnin

Question

Jista' il-Ministru jgħid: Kemm kienet l-ispiża totali maħruġa mill-gvern u/jew mill- enti kollha konċernati biex l-iskart kollu jinġarr lejn l-impjant ta' Sant'Antnin matul il-perijodu 2002-2005; Kemm kienet l-ispiża mill-istess gvern u/jew enti biex il-fdalijiet (rejects) ta' l-istess skart jinġarr mill-impjant ta' Sant'Antnin lejn bnadi oħra tul l-istess perijodu; It-tip ta' skart li nġarr lejn u mill-impjant ta' Sant'Antin matul l-istess perijodu; Il-volum ta' kull xorta ta' skart; Jekk l-iskart ta' Għawdex tul dan l-istess perijodu kienx qed jinġarr lejn l-impjant ta' Sant'Antin u l-ispiża involuta, inkluż tar-rejects mill-impjant lejn bnadi oħra?

Response (PULLICINO, GEORGE)

It-tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

Żweġijiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru żweġijiet s'issa din is-sena? Kemm minnhom kienu żweġijiet ċivili? Miż-żweġijiet ċivili li saru s'issa din is-sena, jista' jgħid kemm kien hemm bejn Maltin, bejn Maltin u barranin u bejn koppji barranin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta’ Jannar u t-30 ta’ Ġunju 2006, fir-Reġistru Pubbliku ta’ Malta u dak ta’ Għawdex ġew reġistrati dawn iż-żweġijiet:- Malta Għawdex Total 1,016 68 Dawk minnhom biċ-Ċivil 314 20 Dawk Ċivili bejn Maltin 37 4 Dawk Ċivili bejn Maltin u Barranin 78 3 Dawk Ċivili bejn Barranin 199 13

Żbir tas-Siġar

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huwa responsabbli miż-żbir ta' siġar fit-triqat ewlenin? Għaliex ħafna siġar qed jitħallew jikbru b'mod li qed ukoll jgħattu sinjali tat-traffiku? Kemm hemm nies li huma assenjati għal dan ix-xogħol? Jista' jara li bowsers tad-dipartiment tal-biedja ma jagħtux ilma lill-fjuri fl-aktar ħinijiet tat-traffiku biex b'hekk jikkawżaw konfużjoni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-responsabilitá ta’ żbir tas-siġar fit-triqat ewlenin hija f'idejn is-sezzjoni tal-Pruning tal-Environmental Landscaping Consortium (ELC). Din is-sezzjoni hija komposta minn 13-il membru organizzati f'erba’ (4) gangs ta' tliet (3) ħaddiema kull wieħed u foreman. Meta però n-natura tax-xogħol tkun tirrikjedi, l-komponenti tal-gangs jistgħu jiżdiedu biex il-biċċa xogħol partikolari tkun tista’ titlesta aktar malajr. Ix-xogħol ta' żbir huwa wieħed ipprogrammat iżda meta jkun hemm bżonn li jsir żbir b'ċerta urġenza dan dejjem jingħata’ priorità. Dwar tisqija, l-Environment Landscaping Consortium (ELC) tikkopera kompletament ma’ l-Awtorità Dwar it-Trasport (ADT) u dejjem għamlet l-almu tagħha biex tevita kemm jista’ jkun il-peak hours. Għalkemm il-lum, bil-volum ta' traffiku li hemm fit-toroq tagħna, aktar ma jgħaddi ż-żmien dan dejjem qed isir aktar diffiċli. F'dan ir-rigward, f'ħafna okkażjonijiet, l- Environment Landscaping Consortium (ELC) qiegħda ssaqqi fil-ħinijiet bikrin ta' fil-għodu (mill-04.30/05.00 a.m. ‘il quddiem) u tard fil-għaxija (mis-7.00 p.m. ‘il quddiem) meta l-kundizzjonijiet jippermettu.

Dipartiment tat-Taxxi Interni

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid għaliex għadhom ma ntbagħtux mid-dipartiment tat-taxxi interni n-noti li l-formoli mimlija tat-taxxa jkunu ġew irċevuti, u dan kważi xahrejn wara li ntbagħtu? X'inhu jżomm milli dawn jintbagħtu fil-ħin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u għaldaqstant ser tingħataf’xi seduta oħra.

Korp tal-Pulizija

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jibda l-kors ta' rekluti ġodda fil-korp tal-pulizija? Kemm kien hemm applikazzjonijiet għal dan il-kors? Kemm iridu jintgħażlu? F'liema stadju waslet l-għażla?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-kors għal mitt rekluti ġodda fil-Korp tal-Pulizija, li għalih kien hemm 346 applikant huwa mistenni li jibda aktar tard matul dan is-sajf, wara li jkun lest il-proċess ta' għażla.

Skejjel — Droga/Alkahol

Question

Jista' il-Ministru jgħid issa li ntemmet is-sena skolastika, kemm kien hemm studenti rrapportati fl-iskejjel tal-gvern minħabba suspett ta' tehid ta' droga u/jew ta' alkaħol? Kemm-il każ kien ikkonfermat? Kien hemm każi rrapportati fl-iskejjel indipendenti u tal-knisja? Jekk fl-affermattiv, kemm? kienu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li skond ir-rapport li kellha t-Taqsima ta' Abbuż minn Sustanzi l-każijiet kienu : Sena Skolastika 05/06 Statali Tal-Knisja Indipendenti Sejbien ta' droga li jista jindika mhux għal użu personali 3 1 0 Droga għal użu personali 39 13 1 Informat ukoll li f'kull każ sar xi tip ta' intervent li kien hemm bżonn.
Leg 10 PQ #19972 Sitting 413 2006-07-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Familji li jżommu studenti barranin

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm familji li llum għandhom liċenzja biex iżommu studenti barranin? Jista' jgħid minn liema lokalitajiet ġejjin?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta' familji li sa llum għandhom il-liċenzja li jżommu studenti barranin hu ta 1,136. Dawn il-familji ġejjin minn tmienja u tletin (38)-il lokalita' kif jidher hawn: Attard, Balzan, Birkirkara, Buġibba, Fgura, Għarb, Gwardamangia, Gżira, Ħamrun, Iklin, Kerċem, Lija, Marsascala, Mellieħa, Mosta, Msida, Mtarfa, Munxar, Nadur, Naxxar, Pembroke, Pieta', Qawra, Qormi, Rabat (Malta), Rabat (Għawdex), San Ġwann, Siġġiewi, Sliema, San Ġiljan, San Pawl il-Baħar, Swieqi, Ta' Xbiex, Tarxien, Valletta, Xlendi u Żebbuġ (Malta).
Leg 10 PQ #19973 Sitting 413 2006-07-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Familji li jżommu studenti barranin

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk kull familja li tapplika għal liċenzja biex iżżomm studenti barranin tiġix spezzjonata minn uffiċjali tad-dipartiment? X'rekwiżiti jrid ikollhom? Kemm kien hemm familji li ma ġewx aċċettati din is-sena?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li kull familja li tapplika tkun diġa ġiet spezzjonata mill-iskola li se tagħtiha l-istudenti. Minn naħa l-oħra l-Ispettorat ta' l-Awtorita' tat-Turiżmu jagħmel diversi spezzjonijiet mingħajr avviż. Ir-rekwiżiti tal-familji huma dawk imsemmija fil-liġi tal- Malta Travel & Tourism Services Act (Cap 409). Sa llum ma ġietx aċċettata applikazzjoni waħda.
Leg 10 PQ #19974 Sitting 413 2006-07-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Familji li jżommu studenti barranin

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk teżistix xi tariffa minima dwar kemm għandhom jitħallsu l-familji għal kull student barrani li jżommu, jew kull skola tista' tinnegozja hi mal-familja konċernata?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li ma teżisti l-ebda tariffa ta' kemm jitħallsu l-familji li jżommu studenti barranin. Kull skola tinnegozja mal-familja konċernata.

Illitteriżmu f'pajjiżna

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta sar l-aħħar studju dwar l-illitteriżmu f'pajjiżna? Kemm hu stmat li hawn nies illitterati? Kemm minnhom huma ta' l-eta' ta' l-iskola? Jista' jgħid ukoll x'inhi t-tifsira uffiċjali ta' persuna illitterata f'pajjiżna?

Response (GALEA, LOUIS)

Filwaqt li t-tagħrif mitlub hu responsabbli għalih l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika (NSO), u allura l-mistoqsija għandha ssir lill-Ministru konċernat, l-indikazzjonijiet huma li r-rata ta' illitteriżmu ta' nies f'Malta fiċ-ċensiment tal-2005 tirriżulta li hi ta' 7.3% filwaqt li fl-1995 kienet ta' 11.7%.