B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19975 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi u li issa ġiet riferuta lill-Prim Ministru, jista' il-Prim Ministru jgħid meta sar l-aħħar studju dwar l-illitteriżmu f'pajjiżna? Kemm hu stmat li hawn nies illitterati? Kemm minnhom huma ta' l-eta' ta' l-iskola? Jista' jgħid ukoll x'inhi t-tifsira uffiċjali ta' persuna illitterata f'pajjiżna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tweġiba ghal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u għaldaqstant ser tingħata f’xi seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19737, jista' il-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess u ma' min saru/qed isiru konsultazzjonijiet? Meta hu maħsub li jintemmu dawn il-konsultazzjonijiet?
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19533 u jgħid kemm saru rapporti mill-ministeru jew mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni mis-sena 2000 sal-lum li huma marbuta mal-qasam edukattiv? X'kienu dawn ir-rapporti u kemm ġie jqum kull rapport?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li mhux it-tagħrif kollu wasal fl-uffiċju tiegħi u tagħrif ieħor qed jiġi verifikat, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk għadx hemm il-ħsieb li l-kumpannija Hompesch Steel li tinsab fil-viċinanzi tal-housing estate ta' Bulebel iż-Żgħir ġewwa Ħaż-Żabbar tiġi rilokata għal xi post ieħor? Jekk fl-affermattiv, fejn u meta se jsir dan? Jekk fin-negattiv, x'inhi r-raġuni li kien hemm bidla fil-ħsieb u kif se jitnaqqas l-inkonvenjent għar-residenti tal-madwar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-propjeta' msemmija mill-Onor. Membru ma taqax fiż-żona amministrata mill-Malta Industrial Parks Ltd. (MIP).
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm inġabret taxxa tal-VAT fl-ewwel sitt xhur tas-sena? Jista' jagħti l-figuri xahar b'xahar? Kemm kien l-ammont totali li nġabar fl-istess xhur is-sena li għaddiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tweġiba ghal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u għaldaqstant ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm sidien li ma ħallsux il-kontribuzzjoni tagħhom tal-VAT fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena? Kemm kien l-ammont totali dovut? Kemm hemm li ilhom aktar minn dawn is-sitt xhur ma jħallsu din it-taxxa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tweġiba ghal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u għaldaqstant ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti, subien u bniet, li qagħdu għas-suġġetti kollha għad-dħul fil-junior lyceum? Jista' jgħid kemm kien hemm li għażlu li ma joqogħdux għar-reliġjon? Kemm weħlu minn kull suġġett?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' studenti li applikaw għall-eżami tal-Junior Lyceum huwa hekk :-
Subien - 2183 Bniet - 1785 Total - 3968
In-numru ta' studenti li qagħdu għall-eżami li qagħdu għall-eżami skond is-suġġetti huwa kif ġej :-
Ingliż Matematika Malti Studju Soċjali Reliġjon
Subien 2149 2146 2127 2131 2091
Bniet 1764 1760 1746 1749 1712
Total 3913 3906 3873 3880 3803
In-numru ta' studenti eżentati mir-Reliġjon huwa 108.
Informat ukoll li n-numru ta' studenti li weħlu f'kull suġġett kien hekk :-
Ingliż Matematika Malti Studju Soċjali Reliġjon
Weħlu 1374 997 488 625 208
35.1% 25.5% 12.6% 16.1% 5.5%
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti li qagħdu għall-eżamijiet għad-dħul ta' l-iskejjel tal-knisja? Kemm minn dawk li għaddew daħlu f'xi skola tal-knisja?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li 1,381 student qagħdu għall-eżamijiet għad-dħul ta' l-iskejjel tal-Knisja u li l-proċess ta' l-għażla għadu qed isir.
Jista' il-Ministru jgħid il-familji li jospitaw lil studenti barranin kemm iħallsu għal-liċenzja tagħhom? Kemm kien hemm liċenzjati fit-30 ta' Ġunju? Kien hemm familji li applikaw u li ġew rifjutati?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-ħlasijiet għall-liċenzji ta' host family huma ta' Lm 20 jekk il-liċenzja tkun biex tospita żewġ studenti u ta' Lm 40 jekk il-liċenzja tkun biex tospita minn tlieta sa erba studenti. F'kull każ hemm ukoll kontribuzzjoni ta' Lm 25 pagabbli lill-Awtorita' tat-Turiżmu. Din il-kontibuzzjoni tiġi ridotta għall-Lm 20 jekk titħallas fi żmien tlett xhur.
Sat-30 ta' Ġunju 2006 l-Awtorita' tat-Turiżmu ħarġet 1102 -il liċenzja. Din is-sena kien hemm applikazzjoni waħda għall-host family li ġiet rifjutata mill-Awtorita'.
Jista' il-Ministru jgħid jekk assistent kap ta' skola li jkun ġej minn dawk li qabel kienu t-trade schools jistax japplika sabiex isir kap ta' skola f'livell sekondarju ġenerali? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid meta se tiġi rranġata din l-anomalija, l-aktar fid-dawl li l-iskejjel tas-snajja' issa ilhom snin li ġew magħluqa mill-istess gvern?
Response (GALEA, LOUIS)
Id-diskussjonijiet mal-Unions dwar din il-materja għadhom għaddejjin.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx skejjel indipendenti li nformaw lid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni li mis-sena skolastika li jmiss se jgħollu l-miżati? Liema skejjel huma u kif kienu l-miżati sal-lum?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li sa l-20 ta' Lulju 2006 kien hemm 3 skejjel Indipendenti li nformaw lill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni kif titlob il-liġi fir-rigward ta' żieda fil-miżati għas-sena skolastika 2006/2007.
Dawn huma Little Angels, St Cecilia Kindergarten u Oranges and Lemons Kindergarten.
Informat ukoll li l-miżati għas-sena skolastika 2005/2006 ser tkun hekk :-
Skejjel Miżati
Sena Skolastika
2005/2006
Little Angles
Kindergarten Lm115
Year 1 Lm175
Year 2 Lm185
Year 3 to Year 6 Lm190
St Cecilia Kindergarten
Kindergarten Lm110
Oranges and Lemons
Kindergarten Lm105
Jista' il-Ministru jgħid kemm qed jitħallsu l-persuni li qed jiffurmaw parti mill-kummissjoni nazzjonali għall-edukazzjoni ogħla?
Response (GALEA, LOUIS)
S'issa l-membri tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla ma tħallsu l-ebda remunerazzjoni. Il-materja ser tiġi stabbilita meta l-Kummissjoni titwaqqaf skond il-liġi l-ġdida.
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk student ta' 16-il sena li jaħdem xogħol part-time għal xahrejn tas-sajf huwiex soġġett li jħallas it-taxxa u li din titnaqqaslu mill-paga? Kemm huwa intitolat li jaqla' studenti f'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-taxxi li wieħed obbligat iħallas mhijiex marbuta la ma’ l-eta’ u lanqas mat-tul taż-żmien li fih jaħdem imma mal-ammont ta’ l-income li jaqla f’sena. Kull persuna tkun obbligata tħallas taxxa biss meta taqbeż it-threshold relattiv tat-taxxa (jiġifieri Lm3,100 f’każ ta’ persuna waħedha; Lm4,300 f’każ ta’persuna miżżewġa).
Jista' il-Ministru jikkonsidra li minħabba s-sħana tremenda li tagħmel fil-pajjiż matul ix-xhur tas-sajf, jingħata skont lil dawk l-għaqdiet sportivi li jorganizzaw attivitajiet sportivi filgħaxijiet taħt id-dawl artifiċjali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-tariffi tal-konsum tad-dawl ma jsirux mill-Enemalta iżda mill-Malta Resources Authority.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid bħalissa kemm hemm kawżi ta' separazzjoni pendenti quddiem il-qorti? Kemm daħlu kawżi ġodda fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena? Kemm-il kawża ġiet irtirata fl-istess żmien u kemm ġew deċiżi?
Response (BORG, TONIO)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u tweġiba ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid il-kawżi ta' separazzjoni li hemm pendenti quddiem il-qorti, huma bejn koppji Maltin, koppji barranin, jew fejn il-koppja hija magħmula minn Malti/ija u barrani/ija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika dwar in-nazzjonalita' tal-partijiet f'kawżi ta' separazzjoni.
Jista' il-Ministru jgħid: a) kemm kienet l-ispiża totali maħruġa mill-gvern u/jew mill-enti kollha konċernati, biex l-iskart kollu jinġarr lejn l-impjant ta' Sant'Antnin matul il-perijodu 2002-2005; b) kemm kienet ukoll l-ispiża mill-istess gvern u/jew enti biex il-fdalijiet (rejects) ta' l-istess skart jinġarr mill-impjant ta' Sant'Antnin lejn bnadi oħra tul l-istess perijodu; c) it-tip ta' skart li nġarr lejn u mill-impjant ta' Sant'Antnin matul l-istess perijodu; d) il-volum ta kull xorta ta' skart; e) jekk l-iskart t'Għawdex tul dan l-istess perijodu kienx qed jinġarr lejn l-impjant ta' Sant'Antnin u l-ispiża nvoluta, inkluż tar-rejects mill-impjant lejn bnadi oħra?