Legislature:
Category:
Reset
Active:

Higher Secondary — Studenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu studenti fil-Higher Secondary u minn liema lokalita' ġejjin? Kemm jinsabu fl-ewwel sena u kemm fit-tieni sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti li daħlu fil-Higher Secondary huwa hekk :- L-ewwel sena :1,184 It-tieni sena :565 Total : 1,749 student Informazzjoni dwar minn liema lokalita' ġejjin dawn l-istudenti ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

CCF — Priġunieri li qed isegwu kors ta' studju

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm prinġunieri fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin li bħalissa qed isegwu xi tip ta' kors ta' studju? Hemm min qed jistudja għal xi suġġetti fil-livell ordinarju? Hemm min qed jattendi kors fl-Universita'? Jekk iva, liema huma dawn il-korsijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bħalissa fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin hemm 56 priġunier li qegħdin jattendu l-korsijiet kurrenti li jiġu mgħallma. (Persuna tista' tkun qegħda tattendi aktar minn kors wieħed) Infurmat ukoll illi hemm wieħed li qiegħed jagħmel kors Ordinarju fil-European Computer Driving Licence u tnejn jattendu l-Universita' fejn wieħed qed isegwi kors fil-Bachelor of Artsu ieħor fil-lingwa Għarbija.

Junior College — Studenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti fil-Junior College li kienu fit-tieni sena matul is-sena akkademika li għaddiet u li f'din is-sena se jirrepetu? Jista' jgħid ukoll kif dan jitqabbel mas-sentejn li għaddew?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat hekk: Studenti fit-tieni sena li qegħdin jirrepetu fil-Junior College: F'din is-sena 2006 194 Fis-sena 2005 178 Fis-sena 2004 187

Eżami intermedjarju tat-Taljan

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fir-resit ta' l-eżami intermedju tat-Taljan sar biss l-eżami tal-kitba u ma sarux l-orali u l-listening comprehension? X'effett kellu dan il-fatt, jekk inhu hekk, fuq ir-riżultat finali ta' dawk li rrepetew dan l-eżami?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li għar-resits ta' l-ezamijiet fil-lingwi tal-MATSEC, normalment ma jsirux orali u listening comprehension izda l-kandidati jingħataw il-marki li jkunu ġabu f'dawn il-komponimenti ta' l-ezami fis-sessjoni ta' Mejju. Informat li dan isir biex jitħaffef il-proċess tal-ħruġ tar-rizultati qabel il-bidu tas-sena akkademika. F'Settembru l-ezamijiet ta' orali u/jew tal-listening comprehension isiru biss għal dawk il-kandidati li jkunu tilfuhom f'Mejju minħabba mard jew xi raġuni valida.

MCAST — Foundation course in Mechanical Engineering

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jibdew l-istudenti li applikaw għall-foundation course fil-Mechanical Engineering li se jsir ġewwa l-MCAST tan-Naxxar?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li jekk l-Onor. Kollega qed jirreferi għall-kors fl-Inġinerija u Kostruzzjoni, dan il-kors beda nhar it-Tnejn 16 ta' Ottubru 2006. Dan ġara minħabba li fit-tieni sejħa għall-applikanti reġa' kien hemm 70 applikant li ġew milqugħa kollha.

Proġett EkoSkola

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'support qed jagħtu l-ministeru u d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni fil-proġett EkoSkola? Jista' jgħid ukoll x'riżorsi ġew u qed jiġu allokati għal dan il-għan? Jista' jgħid jekk hux qed jiġu allokati riżorsi umani kwalifikati f'dan il-qasam?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-proġett EkoSkola, d-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni allokat numru ta' għalliema biex ikunu fil-proġett EkoSkola. Għalliem kwalifikat li qiegħed fil-Paripatetic Service (Science) qed jiffoka fuq is-Settur Primarju. Ħames għalliema kienu identifikati għas-Settur Sekondarju. Wieħed minnhom, li rċieva t-taħriġ meħtieġ qiegħed jaħdem fuq dan is-settur. Tnejn oħra ġew identifikati biex jaħdmu f'dan il-qasam.

Uffiċjali edukattivi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali edukattivi nieqsa u f'liema suġġetti? Jista' jgħid ukoll kemm suppost għandu jkun in-numru ta' dawn l-uffiċjali edukattivi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hemm 39 post ta' Uffiċjali Edukattivi vakanti bħalissa. Tajjeb ngħid li għaddejja ristrutturazzjoni fid-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni skond kif stipulat fl-Att XIII (2006) dwar l-Edukazzjoni. Wieħed għadu ma jistax jgħid f'liema speċjalizzazzjonijiet ser ikun hemm vakanzi jew kemm ser ikun hemm f'din il-posizzjoni.

Skejjel ta' l-Istat — Għalliema li waslu biex jirtiraw

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm għalliema fl-iskejjel ta' l-istat li mistennija jirtiraw bl-eta' f'din is-sena skolastika? X'suġġett jgħallmu u f'liema skejjel qegħdin, jiġifieri, primarji, sekondarji, eċċ.?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f'din is-sena skolastika 2006/2007, 54 għalliem/a ser jagħlqu 60 sena. Minn dawn 10 diġa' rtiraw jew infurmaw li ser jirtiraw malli jilħqu s-60 sena. Filwaqt li 40 għalliem mistennija jilħqu l-eta' ta' 61 sena matul din is-sena skolastika. Dawn l-għalliema mqassmin hekk: Primarja Sekondarja Sezzjonijiet TOTAL Oħra 60 sena 2 6 2 10 61 sena 15 19 6 40 Is-suġġetti li jgħallmu l-għalliema li jinsabu fl-iskejjel sekondarji huma dawn: Matematika, Franċiz, Arti, Craft, Ingliz, Xjenza, Malti, Għarbi, Storja, Fizika, Komunikazzjoni Grafika, Teknoloġija ta' l-Informatika, Needlework, Business Studies u Edukazzjoni Fizika.

Skejjel — Kapijiet u assistenti kapijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul din is-sena skolastika kemm hemm kapijiet u assistenti kapijiet li se jirtiraw minħabba l-eta'? F'liema skejjel qegħdin?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li żewġ Kapijiet ta' skola primarja ser jagħlqu sittin sena u ser jirtiraw u sebgħa Kapijiet ta' skola -5 primarja u 2 sekondarja- mistennija jagħlqu wieħed u sittin sena. Informat ukoll żewġ Assistenti kapijiet ta' skola -waħda primarja u oħra sekondarja- ser jirtiraw wara li jagħlqu s-60 sena, filwaqt li 14 l-Assistent kap ta' skola - 9 primarji u 5 sekondarji - mistennija jagħlqu 61 sena.

Vapuri

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu t-tunnellaġġ ta' vapuri minbarra jottijiet li huma reġistrati taħt il-bandiera Maltija? Jista' jgħid ukoll kemm kien hemm inċidenti li kienu nvoluti fihom matul din is-sena? Fejn u x'tip ta' inċidenti kienu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta ta' pq 14273, ninfuramħ li l-kumplament tar-risposta għadha qed tinġabar u tingħata aktar 'l quddiem.

Jottijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' jottijiet reġistrati taħt il-bandiera Maltija? Kemm minnhom jorbtu fil-marinas Maltin?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta' jottijiet taħt il-bandiera Maltija hu ta madwar 1900, li minnhom 933 għandhom berth fil-faċilitajiet ta' l-MMA.

Bini ta' marinas

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-gvern dwar il-bini ta' marinas għal jottijiet? Hemm xi studji li qed isiru għal postijiet partikolari?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-politika tal-Gvern hija favur iżvilupp sostenibbli fil-qasam tal-yachting - l-ewwel permezz ta' yacht marinas żviluppati w imexxija mill-MMA u aktar tard permezz ta' żvilupp li sar f'dan il-qasam mis-settur privat. Għal dan il-għan, fl-1996, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, flimkien ma l-Awtorita' Marittima, kienu nedew l-Yachting Subject Study li permezz tiegħu ġew identifikati numru ta' siti li possibilment setgħu jiġu żviluppati bħala yacht marinas. Bħala riżultat qegħdin jiġu nvestigati, aktar fil-fond permezz ta' studji tekniċi, żewġ siti partikolari ġewwa x-Xemxija u Marsaskala. L-Awtorita' taqbel ukoll li għandha ssir yacht marina oħra f'Għawdex. Barra min dan qegħda tiġi mistħarġa l-possibilita li tiġi ntrodotta sistema ta' rmiġġi temporanji għall-yachts f'lokalitajiet differenti sabiex tilqa għad-domanda minn visiting yachts barranin. Minbarra dan l-MMA tintalab tgħaddi l-kummenti tagħha meta jkun hemm talbiet ta' żvilupp ta' marinas mis-settur privat.

Pixxina Nazzjonali

Question

Issa li ġie deċiż li l-Pixxina Nazzjonali se tagħlaq għal żmien twil, jista' il-Ministru jgħid kif se jiġu kkumpensati l-membri? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm timijiet ibbukkjati biex jużaw il-Pixxina matul iż-żmien li se tinżamm magħluqa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-membership tal-Pixxina Nazzjonali hija ta' perjodu ta' zmien li jkun miftuħ il-kumpless. Bħalma sar fi snin oħra, il-perjodu ta' l-għeluq jiġi mizjud mal-perjodu tal-membership. Il-kumpless ma kien qed jaċċetta l-ebda booking ta' timijiet għal perjodu li kellu jkun magħluq il-Kumpless.

Pixxina — Fuel

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul din is-sena s'issa kemm intnefqu flus fuq il-fuel biex tissaħħan il-Pixxina? Kemm hu stmat li se jiġi ffrankat bl-għeluq tal-Pixxina matul ix-xhur tax-xitwa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-perjodu Jannar - Settembru 2006 il-KMS nefaq is-somma ta' Lm 60,498.34. Informat ukoll li fl-estemi tal-KMS diġa kien stabilit illi l-Pixxina Nazzjonali ma kinetx ser tiġi imsaħħna fil-perjodu Novembru '06 - l-ewwel ġimgha ta' Frar '07.

Bajjiet — Strutturi llegali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew identifikati strutturi llegali fil-bajjiet u madwar il-kosta f'Malta u Għawdex matul din is-sena? Jista' jgħid fejn, ta' min huma u x'passi ħadet il-MEPA f'kull każ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għal din is-sena kurrenti u sal- llum ġew identifikati erbatax (14) il-każ ta' żvilupp illegali fil-bajjiet u madwar il-kosta ta' Malta u Għawdex u li huma deskritti bħala boathouses fil-kategorija t' infurzar tal- Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA). Dawn jinkludu każ wieħed ġo Għawdex u tlettax (13) ġewwa Malta kif indikat hawn taħt. L-Awtorità tesiġi li kull żvillupp illegali jiġi rimoss u l-art tinġieb lura għal l-istat ta' kif kienet qabel sar l-iżvilupp u skond kif stipulat fl-Att Nru 1 ta' 1992.

Eżamijiet tas-SEC

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm qagħdu studenti għar-resits ta' l-eżamijiet tas-SEC? Kemm qagħdu għal kull suġġett u kemm għaddew? F'kull każ, kemm kienu mill-iskejjel ta' l-Istat, indipendenti u tal-Knisja?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kien hemm 2,441 student li qagħdu għall-eżamijiet supplementari fil-livell tas-SEC li saru f’Settembru 2006. In-numri tal-studenti suġġett suġġett mqassmin skond it-tip ta’ skola huma kif jidhru fit-tabelli li ser jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Ir-riżultati tagħhom jidhru f’żewġ kolonni: kemm ġabu gradi 4 u 5, u kemm ġabu gradi minn 4 sa’ 7.

Eżamijiet tal-MATSEC

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm qagħdu studenti għar-resits ta' l-eżamijiet tal-MATSEC? Kemm qagħdu għal kull suġġett u kemm għaddew? F'kull każ, kemm kienu minn skejjel ta' l-Istat, indipendenti u tal-Knisja?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numri ta' studenti li qagħdu għar-resits ta' l-ezamijiet tal-MATSEC suġġett suġġett fil-livell avvanzat u fil-livell intermedju flimkien mar-rizultati li ġabu huma kif jidhru fit-tabelli li ser jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Minħabba n-numru zgħir ta' skejjel li jressqu studenti għal dawn l-ezamijiet, il-policy tal-MATSEC hija li fil-kaz tal-livelli msemmija, ir-rizultati ma jingħatawx skond is-settur biex ma jkunux identifikati l-iskejjel individwali.

Eżamijiet SEC u MATSEC

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibdew l-eżamijiet tas-SEC u MATSEC is-sena d-dieħla? Fiex waslu l-pjani proposti li l-eżamijiet jibdew aktar tard milli kienu s'issa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-timetable għall-eżamijiet SEC/MATSEC għas-sena 2007 tkun tixbaħ lil dik ta' din is-sena. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija nirreferi l-Onor. Membru għal tweġiba diġa mogħtija fuq is-suġġett.