Skejjel tal-Knisja/skejjel indipendenti — Għalliema barranin
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm għalliema barranin li qed jgħallmu fl-iskejjel tal-knisja u dawk indipendenti u x'suġġett qed jgħallmu? F'liema skejjel jinsabu? Jista' jgħid ukoll minn liema pajjiż ġejjin u jekk jafux bil-Malti? Jekk le, kif jistgħu jimxu skond il-Kurrikulu Minimu Nazzjonali li jfiehmu bil-lingwa Maltija meta studenti ma jifhmux bl-Ingliż, jekk jirriżulta li dan huwa l-każ?
Response (GALEA, LOUIS)
Tagħrif dwar in-numru ta' għalliema barranin li qed jgħallmu fl-iskejjel tal-Knisja u Indipendenti, l-iskola fejn qegħdin u in-nazzjonalita' tagħhom ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Informat li l-biċċa l-kbira ta' dawn l-għalliema li qegħdin jgħallmu fi skejjel fejn hemm l-aktar studenti Maltin qed jgħallmu l-lingwa nattiva tagħhom stess. Dan huwa ikkonsidrat bħala vantaġġ fit-tagħlim tal-lingwi barranin. Għalliema oħra qed jgħallmu suġġetti prattiċi bħal sport fejn il-lingwa użata mhiex wisq ta' mportanza.
Jista' il-Ministru jgħid mis-sena 2003 sal-lum, separatament, kemm ġiet mogħtija għajnuna addizzjonali barra l-allokazzjoni annwali fil-budget tal-gvern, lill-Junior College mill-Universita' ta' Malta u/jew mill-gvern ċentrali?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal fl-uffiċju, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Giovanni Curmi Higher Secondary — Għalliem tal-Marketing
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk instabx għalliem tal-marketing għall-Giovanni Curmi Higher Secondary tan-Naxxar minħabba li hemm numru ta' studenti li għal dawn ix-xahrejn għadhom mingħajr għalliem?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li saret l-intervista għal Supply Teacher biex jgħallem il-Marketing. Intgħażlet persuna, liema persuna m'aċċettatx għax kellha impjieg ieħor u ma setgħetx tirranġa l-ħinijiet. L-iskola ħadet il-prekawzjoni biex l-istudenti jkunu jistgħu jagħżlu suġġett ieħor jekk jixtiequ.
Informat ukoll li xorta li jibqgħu jsiru tentattivi biex jinstab għalliem/a għall-Marketing.
Jista' il-Ministru jinvestiga rapporti li waslu għandi minn numru ta' ġenituri li t-tfal tagħhom li jattendu l-iskola primarja ta' Ħal Kirkop b'mod regolari qed jitolbu lit-tfal Lm1 għal photocopies, prattika li kienet issir ftit taż-żmien ilu u kienet twaqqfet wara rapporti li kienu saru?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-amminstrazzjoni ta' l-iskola ta' Ħal Kirkop fil-bidu tas-sena skolastika kienet talbet Lm1 (lira) għal photocopies biex jingħata materjal addizzjonali lit-tfal biex jgħinhom fix-xogħol li l-għalliema jkunu qed jagħmlu magħhom.
Jista' il-Ministru jgħid kemm telqu persuni mill-Awtorita' dwar it-Trasport matul is-sena 2005 u s-sena 2006? Meta telqu għal kull każ u x'kienet ir-raġuni? Jista' jgħid ukoll jekk dawk li telqu ngħatawx xi flus jew le?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ħarġu offerti għax-xiri ta' kotba għall-istudenti għal din is-sena skolastika? Kemm-il kumpannija tefgħet l-offerta għal kull ktieb? Kemm kienet kull offerta? Lil min ingħatat?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li għas-sena skolastika 2006/2007, is-sezzjoni tal-Procurement tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, ħarġet 21 offerta u 6 offerti oħra permezz tad-Dipartiment tal-Kuntratti, biex jinxtraw kotba għall-iskejjel ta' l-istat.
Ser ngħaddi kopja tal-lista li tinkludi d-dettalji ta' l-ismijiet tal-kotba, min tefa' l-offerta, kemm kienet kull offerta u min rebaħ kull offerta lill-Onor. Membru.
Jista' il-Ministru jgħid kemm applikaw persuni għal supply learning support assistant għall-avviż li deher fil-gazzetta tal-gvern u li l-applikazzjonijiet kienu jaħalqu fil-31 ta' Mejju, 2006? Kemm minnhom ġew impjegati?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' persuni li applikaw għal Supply Learning Support Assistant għall-avviz li deher fil-gazzetta tal-Gvern u li l-applikazzjonijiet kienu jagħlqu fil-31 ta' Mejju 2006, kienu 371. Minn dawn għaddew 215. S'issa ġew impjegati 3.
Jista' il-Prim Ministru jelenka dawk l-għaqdiet sportivi li bbenefikaw minn għotjiet tal-gvern matul din is-sena? Kemm ħadet kull għaqda? Kif ġew deċiżi dawn l-għotjiet u x'kienu l-għanijiet li dawn il-fondi se jiġu wżati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Matul din is-sena l-uffiċċju tal-Prim Ministru m'għamel l-ebda għotja lil xi għaqdiet sportivi filwaqt li l-ministeru tal-Finanzi għamel dawn id-donazzjonijiet li jidhru fil-lista li qed tiġi mpoġġija fuq il-mejda tal-Kamra.
N.B. (Ara risposta għall-mistoqsija parlamentari 22054 f'Seduta nru. 473 ta' nhar it-Tnejn 4 ta' Diċembru, 2006).
Dokument dwar Appropriate School Nutrition Environment
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19410, jista' il-Ministru jgħid jekk it-task force imsemmija ressqitx id-dokument komprensiv dwar l-appropriate school nutrition environment li kellu jinkludi draft food policy?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-dokument li l-Onor. Membru qed jagħmel referenza għalih ġie pprezentat lill-Kunsill Nazzjonali tal-Kurrikulu nhar it-2 ta' Awissu 2006.
Membri tal-korp tal-pulizija — Ħlas ta' extra duty
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jelenka kemm għandhom jieħdu membri tal-korp tal-pulizija minn kull għaqda sportiva li magħhom għamlu l-extra duty din is-sena? Jista' jgħid meta sar l-aħħar ħlas?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi għad trid tinġabar is-somma ta' Lm12,738.65 għal servizz ta' extra duty maħdum matul din is-sena minn membri tal-Korp tal-Pulizija waqt attivitajiet sportivi, kif ġej:
Għaqda sportiva
Ammont dovut
Meta sar l-aħħar ħlas
Marsa Racing Club
Lm2,274.97
Ottubru
Malta Football Association
Lm9,354.51
Mejju
Gozo Football Association
Lm1,051.81
Mejju
Gozo Football Club
Lm57.36
Settembru
Jista' il-Ministru jispjega l-ħtieġa tat-Lm360,000 aktar f'allowance taħt Vot 16 li ġew approprjati għas-sena li ninsabu fiha?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni talbet għal Lm360,000 aktar f'allowance taħt Vot 16 minħabba żieda meħtieġa biex tkopri l-ammont totali ta' allowances li ser jitħallsu mid-Divizjoni fl-2006.
Maltin f'universitajiet barranin — Kors fil-Mediċina Veterinarja
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm studenti qegħdin f'universitajiet barranin li qed jagħmlu kors fil-mediċina veterinarja? Dawn jibbenefikaw minn xi għajnuna mill-Gvern Malti? Hemm xi ħseib li dan is-suġġett jibda jiġi mgħallem fl-Universita' ta' Malta?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li għadni qed nistenna tagħrif jasal fl-uffiċju tiegħi konness ma' din il-Mistoqsija, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm bring-in sites imferrxa ma' Malta u Għawdex? Jista' jgħid xi jsir mill-plastik, ħġieġ, karti u metall li jinġabar? Kemm minnu jiġi riċiklat u fejn?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sal-lum f’Malta u Għawdex hawn 116-il bring-in site. Il-materjal kollu li jinġabar jidħol fl-Impjant ta’ Sant’Antnin fejn jiġi magħżul u wara jintbagħat għar-riċiklaġġ għand kuntratturi li jieħdu ħsieb li jipproċessaw il-materjal u jesportawh għar-riċiklaġġ. Parti mill-karta qed tiġi mqattgħa għal taħt l-annimali u l-karta bajda tmur għand kumpanija lokali li tirriċiklaha hi stess. Kartun u karta coated jiġu esportati għar-riċiklaġġ. Il-ħġieġ jiġi magħżul biex jitneħħa materjal li mhux tajjeb għar-riċiklaġġ. Parti minn dan il-materjal jintuża fl-industrija tal-kostruzzjoni u parti oħra qed tiġi maħżuna fl-impjant tar-riċiklaġġ ta’ Sant’Antnin sakemm jinstab suq għaliha.
Jista' il-Ministru jgħid sa l-aħħar ta' din is-sena finanzjarja kemm se tkun is-somma totali li se tingħata lill-iskejjel tal-Knisja, skond il-ftehim bejn l-Istat u l-Knisja dwar l-iskejjel? Kien hemm żidiet li ntalbu aktar minn dak li kien hemm fil-budget? Jekk fl-affermattiv, x'kienu dawn ir-raġunijiet li ngħataw għal dan?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ammont mgħoddi lill-iskejjel tal-Knisja għas-sena 2006 huwa ta' Lm12.75 miljun, wara li ġiet approvata żieda ta' Lm1 miljun lira mill-Ministeru tal-Finanzi b'ittra datata 28 ta' Novembru 2005.
Informat ukoll li din iż-żieda ġiet approvata wara talba mill-Iskejjel tal-Knisja, b'ittra datata 8 ta' Novembru 2006, fejn ġie sostnut li l-ammont allokat għas-sena 2006, li oriġinalment kien ta' Lm11.75 miljun, kien baxx wisq met atqis li kien hemm arretrat li l-Knisja kellha tiehu ta' Lm1.762 miljun.
Skejjel sekondarji — Tagħrif dwar abbuż ta' alkoħol u droga
Question
Jista' il-Ministru jgħid minbarra l-lezzjonijiet normali, x'hemm ippjanat matul l-ewwel term ta' din is-sena skolastika biex l-istudenti fl-iskejjel sekondarji jingħataw tagħrif dwar l-abbuż ta' l-alkoħol u d-droga?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li minbarra l-lezzjonijiet normali li fihom jingħata tagħrif dwar l-abbuz ta' l-alkoħol u d-droga hemm programm li jismu Alcohol and Drugs Prevention li jsir minn grupp ta' għalliema peripatetiċi. Il-programm isir f'diversi skejjel ta' l-istat.
Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għall-użu ta' l-istudenti f'din is-sena skolastika? Kemm swew lill-gvern? Jista' jgħid liema kienu dawn il-kotba u f'liema livell qed jiġu wżati?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal bini ta' skejjel ġodda? Minn min saret kull applikazzjoni u meta saret? F'liema lokalita' saret l-applikazzjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21848 dwar il-kors fil-Heritage Skills?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għandha bizzejjed sponsorships biex apprendisti li qed jagħmlu apprendistat f'Heritage Skills' ikunu jistgħu jieħdu t-taħriġ tagħhom.
Jista' il-Ministru jagħti tagħrif dwar l-ischolarships li kienu ngħataw u x'inhuma l-kondizzjonijiet għal dawk li ġew magħżula, kemm għal dawk li huma mpjegati maċ-ċivil kif ukoll għal persuni oħra? Jista' jgħid ukoll jekk il-kuntratti ġewx iffirmati jew le? Fil-każ ta' l-impjegati taċ-ċivil matul il-perijodu ta' l-istudju tagħhom se jkomplu jitħallsu? L-ischolarship li ngħataw dawk kollha li ġew magħżula fiex jikkonsisti u x'se jiġi mħallas bih?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ammont li se jirċievi kull awardee huwa differenti skond il-miżati tal-kors u/jew skond l-allowances li huma eliġibbli għalihom. Fir-regolamenti ta' din l-iskema dan hu spjegat ċar. L-iskema ma tagħmel ebda distinzjoni bejn impjegati taċ-ċivil jew oħrajn.
Il-kuntratti se jiġu ffirmati fil-futur qarib. Il-Malta Government Scholarship Scheme tittratta biss boroż ta' studju u ma tidħolx f'issues bħal paid jew unpaid leave. L-arranġamenti li jagħmel awardee ma' min iħaddmu huma responsabilta' ta' l-awardee u mhux ta' l-iskema. Ir-regolamenti ppubblikati ma' din l-iskema jispjegaw ċar x'se jitħallsu u fiex jikkonsisti dan l-ischolarship.