Legislature:
Category:
Reset
Active:

Trejqa li twassal għaċ-Chadwick Lakes

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta ddaħħlet it-trejqa li twassal għaċ-Chadwick Lakes bħala parti mix-xogħlijiet tat-toroq finanzjati mill-Protokoll Taljan? Min iddeċieda li din it-trejqa għandha tinkesa bit-tarmac? Jista' jgħid kemm sewa dan ix-xogħol u kemm kien it-tul ta' tarmac li ngħata?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol fuq it-triq li tagħti għaċ-Chadwick Lakes waqt il-proġett tat-toroq finanzjati mill-Protokoll Taljan kien limitat għall-parti żgħira tat-triq li tmiss mat-triq prinċipali. Dan sar minħabba li l-livelli tat-triq prinċipali nbidlu u għalhekk kien neċessarju li jiġu pparreġġjati l-istess livelli. Dan ix-xogħol ma kienx wieħed ta’ dimenzjoni kbira u għalhekk l-ispejjeż konċernati kienu żgħar ħafna. Hija prassi illi meta tiġi rikostruwita t-triq jiġu anke kostruwiti partijiet żgħar minn toroq illi jinfdu għal mal-istess triq u dan minħabba r-raġuni relatata ma’ livelli hekk kif imsemmija fis-suespost. It-tul ta’ din it-tagħqida hija ta’ madwar sittin metru u l-ispejjeż ma jaqbżux Lm3,000.

Studenti tal-Higher Secondary

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li studenti li jkunu qed jagħmlu kors il-Higher Secondary u wara jmorru l-MCAST jew viċi versa, ma jingħatawx stipendju meta qed ikomplu bl-istudju post-sekondarju tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mhux l-istudenti kollha li jimxu minn istituzzjoni post-sekondarja għal oħra, ma jeħdux għotja ta' manteniment. Meta student jagħmel progress fl-istudji tiegħu, per ezempju minn Foundation Course fl-MCAST (fejn hemm kazi li studenti jkunu aċċettati imqar b'ċertifikat wieħed jew tnejn) imur jagħmel kors fil-Junior College jew il-Higher Secondary u allura jkun qed jagħmel progress, dan jingħata l-istipendju.

Teachers warrants appeals board

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jiġi mwaqqaf it-Teacher's warrants appeals board? Kemm hemm każi pendenti sabiex jinstema' l-appell tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

L-appelli dwar materja bħal din isiru lill-Qorti ta' l-Appell fil-ġurisdizzjoni inferjuri tagħha skond l-Artikolu 32 (i) ta' l-Att dwar l-Edukazzjoni kif emendat u li ser jidħol fis-seħħ fil-futur qarib meta jintagħzlu l-persuni li ser jifformaw il-kunsill ta' l-għalliema. Informat li n-numru ta' kazi pendenti huwa ta' 13.

Universita' — Senat

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm membri tas-senat ta' l-universita' li għandhom aktar minn 60 sena? Min huma? Kemm hemm li għandhom aktzr minn 65 sena? Min huma? Kemm hemm li għandhom aktar minn 70 sena? Min huma?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fuq is-Senat ta' l-Universita' hemm zewġ membri biss li għandhom aktar minn 60 sena, li huma l-Professur Daniel Darmanin, id-Dekan tal-Fakulta' ta' l-Ekonomija, Management u Accountancy, u r-Rev. Professur George Grima, d-Dekan tal-Fakulta' tat-Teoloġija.

Universita' — Lecturers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' full-time lecturers, part-time lecturers u visiting lecturers impjegati ma' l-universita'? Kemm minnhom huma barranin u ta' liema nazzjonalita' huma?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif għadu ma wasallix fl-uffiċju tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Universita' — Staff Akkademiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff akkademiku u staff ieħor fl-universita' li llum għandhom aktar minn 60 sena? Kemm għandhom aktar minn 65 sena? F'liema fakulta' qed jaħdmu?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif għadu ma wasallix fl-uffiċju tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Universita' — Professuri

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx professuri fl-universita' li minbarra s-salarju għandhom allowances oħra? Jista' jgħid min huma u x'allowances għandhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif għadu ma wasallix fl-uffiċju tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 10 PQ #22542 Sitting 478 2007-01-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Riklamar u promozzjoni marbut mat-turiżmu

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kien l-ammont li l-ministeru u l-awtorita' Maltija għat-turiżmu matul din is-sena nefqu separatament f'riklamar u promozzjoni f'pajjiżna stess? Jista' jgħid ukoll liema kienu dawk l-aġenziji li ngħataw dan ix-xogħol, xi proċedura ntużat u x'kien l-ammont li ħadet kull aġenzija?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li mhux possibbli tingħata iċ-ċifra eżatta qabel ma tintemm is-sena, anki għall-fatt li ċerti inizjattivi għadhom għaddejjin. Fejn jirrigwarda l-informazzjoni dwar l-aġenziji, nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Numru 22541.

ADT — Chief Executive

Question

Jaħseb il-Ministru li ċ-Chief Executive ta' l-awtorita' dwar it-trasport għandu konflitt ta' interess billi barra dan l-impjieg għandu wkoll aġenzija ta' l-ivjaġġar, fejn juża s-servizz ta' garaxx tal-coaches partikolari, biddel sinjali tat-toroq fix-Xemxija biex jakkomoda lil dan l-istess persuna u wasal ukoll biex biegħlu b'irħis l-aktar żewġ char-a-bancs antiki li kien hawn f'Malta u li kienu fil-pussess ta' l-awtorita' biex dan ikun jista' jinnegozjahom barra minn Malta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Dwar l-ewwel parti tad-domanda nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 19878. Dwar it-tibdil ta’ sinjali tat-toroq fix-Xemxija, dawn saru biex jitjieb is-servizz għall-dawk kollha li jipprovdu servizz fil-qasam tat-turiżmu, b’mod partikolari l-aspett li jirrigwarda s-sigurta’ fit-toroq. Dwar il-bejgħ tax-char-a-bancs nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 21140.

Eżamijiet tal-Matsec — Għajnuna lil studenti b'diżabilita'

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul dawn l-aħħar ħames snin kemm studenti li jsofru minn diżabilita' ingħataw għajnuna speċjali fl-eżami tal-Matsec? Jista' jispjega kemm minn dawn l-istudenti ngħataw għajnuna fil-forma ta' "reader u scribe" jew it-tnejn flimkien u f'liema suġġetti? Jista' jgħid jekk hemmx xi regolamenti ppubblikati mill-ministeru li jistabilixxu kriterju perentorju f'dan ir-rigward?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f'dawn laħħar ħames snin in-numru ta' studenti li jsofru minn dizabilita' u li ngħataw għajnuna speċjali fl-ezamijiet tas-SEC u taċ-Ċertifikat tal-Matrikola (Ċ.M.) huma kif jidhru: Sena 2002 2003 2004 2005 2006 Numru (SEC) 90 118 125 170 215 Numru (C.M.) 10 17 50 45 27 F'Mejju 2006, kien hemm 56 student li ngħataw 'reader' fis-suġġetti kollha minbarra l-lingwi, u 7 studenti ingħataw 'scribe' fis-suġġetti kollha minbarra fl-Arti u fil-Graphical Communication. Hemm regolamenti ppublikati mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni f'Settembru 2002 bit-titlu 'Guidelines for Special Examination Arrangements for Candidates with Particular Requirements'.

Universita' — Studenti bi bżonnijiet speċjali

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul dawn l-aħħar ħames snin, kemm kien hemm studenti bi bżonnijiet speċjali fl-Universita'? Jistgħu jingħataw dettalji dwar x'tip ta' għajnuna qed tingħatalhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasalx fl-uffiċċju tiegħi, tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.

Universita' — Mature students

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu "mature students" fl-Universita' f'dawn l-aħħar tlett snin u xi kwalifiki kellhom? F'liema korsijiet daħlu? Jista' jgħid fost dawn in-nies kemm kien hemm min għandu bżonnijiet speċjali u x'għajnuna qed jingħataw?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

TIMSS

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 21701, jista' il-Ministru jgħid x'ħareġ mill-pilot field test għallanqas? Jista' ipoġġi dan l-istess dokument fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-field test sar biex jittestja l-instrumenti li ser jintuzaw fil-main study. Din l-analizi li saret mill-IEA tindika l-validita' u r-reliability tal-mistoqsijiet. Permezz ta' din l-analizi mistoqsijiet ġew imwarrba jew mibdula. Ir-rizultati ta' l-analiżi jiġi pubblikat meta jsir u jkun lest l-istudju propju.

Awtorita' dwar it-trasport pubbliku — Impjegati

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 22176, jista' il-Ministru jgħid x'salarju, allowances u perks oħra għandhom kull wieħed mill-uffiċjali msemmija?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onorevoli Interpellant li għal raġunijiet ta’ privatezza ma nħossx li għandhom jingħataw id-dettalji mitluba skond l-individwu. Madankollu ninfurmah li s-salarji, inkluż l-allowances, tal-uffiċjali msemmija huma marbuta man-natura tad-Direttorat jew il-kariga li jokkupaw. Dawn is-salarji jvarjaw bejn Lm 14,117 u Lm 16,617. Il-perks jinkludu car allowance jew użu ta’ karozza tal-kumpanija, mobile telefon u telefon tad-dar / internet. Fuq is-salarju taċ- chief executive officer nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari numru 12687.

ADT — Planning manager

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 22175, jista' il-Ministru jgħid jekk il-Planning Manager fid-direttorat għat-trasport pubbliku għadux fl-impjieg ta' l-awtorita' dwar it-trasport? F'każ li m'għadux, jista' jgħid jekk dan irriżenjax jew intalab jitlaq? F'każ li rriżenja jew intalab jitlaq, jista' jgħid taħt liema kondizzjonijiet? Kemm-il sena kien fadallu biex jispiċċa bl-eta'? Jista' jgħid x'somma ta' flus ingħata dan l-uffiċjal u jekk hux minnu li tħalla jibqa' juża karozza tal-kiri minn ta' l-awtorita' u l-mobile imħallas mill-awtorita'? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid għal kemm tul ta' żmien?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-Planning Manager fid-Direttorat għat-Trasport Pubbliku għadu mpjegat mall-Awtorita dwar it-Trasport sat-3 ta’ Jannar, 2007. Huwa kien talab lill-Kap Eżekuttiv biex jiġi kkunsidrat għal early retirement minħbba raġunijiet personali, liema talba ġiet milqugħa fuq deċiżjoni tal-Bord. Il-Planning Manager kien fadallu sa Ottubru 2007 biex jispicca bl-eta’. Wara li l-ADT ħadet inkonsiderazzjoni l-pendenzi kollha li kellu l-Planning Manager sad-data li jirtira, waslet għall-settlement ta' Lm10,000 ma' l-istess impjegat.

ADT — Vettura bin-nru. BBK 969

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kien il-konsum ta' fuel, petrol jew diesel, tal-vettura bin-numru BBK 969 li qed isir użu minnha mill-awtorita' dwar it-trasport kull xahar mill-bidu tas-sena 'il hawn, kemm f'dak li hu konsum ta' fuel u spiża?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li din il-vetturi ilha f’idejn l-ADT mill-5 t’April ta' din is-sena. Il-konsum ta’ fuel kien kif muri hawn taħt: April Lm33.02 Mejju Lm20.60 Ġunju Lm22.60 Lulju Lm60.56 Awissu Lm67.82 Settembru Lm60.64 Ottubru Lm94.48 Total Lm359.72 Fir-rigward ta' spiżi oħra, l-uniku spiża marbuta ma’ l-imsemmija vettura kienet dik tal- leasing li ammontat għall-Lm1,207.50 (mill-5 t’April sa l-aħħar t’Ottubru bil-Lm 5.75 kuljum).

Tobba

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk inbidlitx il-policy li tobba li jkunu għadhom kemm iggradwaw iridu jagħmlu sentejn jaħdmu mal-gvern qabel jirċievu l-warrant? Jekk din il-policy ma tbiddlitx, jista' il-Ministru jgħid jekk f'din l-aħħar sena kienx hemm tobba li tħallew jitilqu minkejja li kienu għadhom ma tawx is-sentejn servizz? Jekk kien hemm , min approvalhom il-permess biex jitilqu u abbażi ta' liema proċedura ingħatat din l-awtorizzazzjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar, Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Trejqa li twassal għaċ-Chadwick Lakes

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta ddaħħlet it-trejqa li twassal għaċ-Chadwick Lakes bħala parti mix-xogħlijiet tat-toroq finanzjati mill-Protokoll Taljan? Min iddeċieda li din it-trejqa għandha tinkesa bit-tarmac? Jista' jgħid kemm sewa dan ix-xogħol u kemm kien it-tul ta' tarmac li ngħata?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-twegiba ghal din il-mistoqsija tinghata f'seduta ohra
Leg 10 PQ #22541 Sitting 477 2006-12-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Brand Malta

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ivvutat għall-kampanja Brand Malta? Meta bdiet din il-kampanja u kemm mistennija ddum għaddejja? Jista' jgħid ukoll liema aġenzija lokali ħadet ħsieb din il-kampanja u kif saret l-għażla ta' din l-aġenzija?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Għas-sena 2006, il-Gvern alloka Lm500,000 (Ħames mitt elf Lira) għall-proċess tal-Branding. Dan jinkludi l-Branding Lokali (Intern) u dak Internazzjonali (Estern). Għal dak li huwa il-Branding Intern, dan inbeda fil-bidu ta’ din is-sena, b’kampanji edukattivi fost l-istakeholders fil-qasam tat-turiżmu, u tkompla b’kampanji edukattivi u pubbliċitarji madwar il-pajjiż u fil-media minn Ġunju ‘l hawn. Għal dak li huwa l-Branding estern, inbeda proċess sabiex titqabbad aġenzija internazzjonali tal-Branding u r-reklamar, liema proċess issa wasal fl-aħħar fażijiet. Kien hemm ukoll numru ta’ inizjattivi internazzjonali fejn il-Branding ta’ Malta beda jidaħħal fil-kommunikazzjoni u l-pubbliċita'. Il-proċess tal-Branding inbeda s-sena l-oħra, u għandu jdum bejn 3 u 4 snin. S’issa kien hemm 2 aġenziji lokali li ħadmu fuq il-kampanji tal-Branding intern. Dawn huma SWITCH u PEAK OGILVY. Dawn intgħazlu wara li saru Requests for Proposals fost aġenziji lokali u wara li saru numru ta’ preżentazzjonijiet mid-diversi aġenziji li kienu ġew short-listed.

Żejtun — Triq Anton Buttigieg

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-ADT ma tridx tagħmel speed limit fi Triq Anton Buttigieg, fiż-Żejtun hekk kif kien intalab mill-kunsill lokali ta' l-istess lokalita'? Japprezzaw is-sinjuri ta' l-ADT li dan l-aħħar ġimgħat kien hemm numru ta' inċidenti f'din l-istess triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn spezzjoni li saret fi Triq Anton Buttigieg minn ufficjali ta’ l-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta irrizulta li hemm speed limit road markings izda li ghandhom bzonn ta’ refreshing u li ghandhom bzonn ikunu kumplimentati minn road signs ta’ tali speed limit. Dan l-ahhar l-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta ghamlet studju ta’ l- 85th Percentile Speed Limit bhala parti mit-talba ghal speed camera f’tali triq li ntbaghtet mill-Kumitat Kongunt tal-Kunsilli Lokali tar-Regjun.