Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22663 u jgħid matul dawn l-aħħar ħames snin, kemm kien hemm studenti bi bżonnijiet speċjali fl-Universita'? Jistgħu jingħataw dettalji dwar x'tip ta' għajnuna qed tingħatalhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat hekk :
Sena Skolastika Numru ta' studenti b'disabilita'
2002/03 19
2003/04 9
2004/05 11
2005/06 7
2006/07 12
Informat ukoll li fl-Universita' hemm 'Special Needs Unit' li tieħu ħsieb il-bżonnijiet individwali ta' l-istudenti kollha b'disabilita' li jattendu xi kors li toffri l-Universita'. L-għajnuna tingħata għal studenti kemm full-time kif ukoll part-time. Il-ħtiġijiet ta' dawn l-istudenti tvarja skond id-diżabilita' individwali ta' kull student. Fl-Universita' nsibu żewġ uffiċini , wieħed għall-facilitators u l-ieħor għal-istudenti b'diżabilita' biex tiprova tgħin kemm jista' jkun lil dawn l-istudenti.
Informat li l-Universita' qed tinvesti u tagħmel arranġamenti biex tiffaċilita' lil dawn l-istudenti.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22674 u jgħid kemm huwa n-numru ta' full-time lecturers, part-time lecturers u visiting lecturers impjegati ma' l-universita'? Kemm minnhom huma barranin u ta' liema nazzjonalita' huma?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat hekk :
Full-time Part-time
Universita' 71 89
Junior College 26 0
Informat li dawn il-Lecturers huma kollha ta' nazzjonalita' Maltija. L-Universita' m'għandha l-ebda impjegat barrani f'dan il-grad.
Wara l-ewwel term tas-sena skolastika, jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li telqu mill-iskejjel tal-gvern, tal-knisja u dawk indipendenti separatament li kienu bdew l-iskola iżda telqu għax għalqu s-16-il sena? Kemm kienu subien u kemm bniet?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat hekk :
Għalqu s-16-il sena
Skejjel Spiċċaw il-kors Ma spiċċawx il-
Skolastiku kors Skolastiku
Subien Bniet Subien Bniet
Stat 8 13 3 4
Knisja 3 1 0 0
Indipendenti 1 0 0 0
Totali 12 14 3 4
Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla — Segretarju
Question
Jista' il-Ministru jgħid min ġie magħżul bħala Segretarju tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla? Kemm kienu l-persuni li applikaw għal dan il-post? Minn min kien kompost il-bord ta' l-għażla?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-proċess ta' l-għazla ġie ffinalizzat u s-Sur Jacques Sciberras ġie maħtur bħala CEO tas-segretarjat. Informat ukoll li 13-il persuna applikaw.
Il-Bord ta' l-għazla kien kompost minn:
Joseph F.X. Zahra - NCHE Chairman
Alex Manche' - NCHE Deputy Chairman
Micheline Sciberras - NCHE Commissioner
Frances Albani - MPO representative
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus lill-iskejjel tal-Knisja għas-snin 2005 u 2006 separatament? Kemm kienet is-somma vvotata fil-budget għal kul sena u jekk kienx hemm xi varjazzjoni? Jekk fl-affermattiv, ta' kemm kienet f'kull każ? Jista' jgħid ukoll meta tħallsu u kemm kien il-ħlas f'kull każ?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress it-tagħrif mitlub għadu ma wasallix fl-uffiċju tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kif ġie deċiż li numru ta' studenti li qed jattendu l-MCAST mhux qed jieħdu l-istipendju minħabba li qed jingħad li kienu f'xi istituzzjoni post-sekondarja oħra qabel ma daħlu l-MCAST? Kemm huwa n-numru ta' studenti full-time li qed jattendu l-MCAST u mhux qed jieħdu l-istipendju?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi l-Onor. Membru għad-dokument imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra in konnessjoni mat-tweġiba għall-Mistoqsija Numru 22909.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk wara t-terminazzjoni ta' l-impjieg ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament minn segretarju ta' l-Awtorita' ta' Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar ġietx maħtura persuna oħra bħala tali minn floku? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid min ġie maħtur? Minn meta saret il-ħatra u jista' jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-ittra tal-ħatra?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għadha ma nħatret l-ebda persuna bħala segretarju ta' l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA).
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm imwiet direttament jew indirettament mit-tipjip matul is-sena 2006? F'din is-sena l-ġdida, x'se jagħmel id-dipartiment tas-saħħa biex ikompli jħajjar nies jaqtgħu t-tipjip? X'se jsir fl-iskejjel b'koperazzjoni mad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni biex juru l-istudenti l-periklu tat-tipjip?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li n-numru ta' mwiet irreġistrati fir-Reġistru Nazzjonali ta' l-Imwiet matul ix-xhur ta' Jannar sa Novembru tas-sena 2006 li huma meqjusa bħala li kienu kkaġunati minħabba t-tipjip fiż-żewġ sessi huwa ta' 339 mewt f'residenti ta' Malta u Għawdex. Minn dawn kien hemm 239 rġiel u 100 nisa.
Huwa ppjanat li d-Dipartiment ħa jniedi dawn l-attivitajiet:
1. għall-Jum Nazzjonali taż-Żgħażagħ ħa ssir ġimgħa ta' attivitajiet qrib iż-żgħażagħ li ħa jinkludu fost l-oħrajn testijiet tal-carbon monoxide,
2. partiċipazzjoni attiva għall-Jum Dinji Kontra t-Tabakk,
3. programmi għal fuq il-postijiet tax-xogħol immirati biex wieħed jaqta` t-tipjip,
4. il-programm Ewropew HELP ser ikompli għaddej matul din is-sena bit-testijiet tal-CO fejn applikabbli,
5. klassijiet tas-Smoking Cessation fiċ-Ċentri tas-Saħħa u counselling fuq livelli personali meta tinħass il-ħtieġa,
6. artikli u intervisti fuq stazzjonijiet tar-radju u l-istampa biex jedukaw il-poplu fuq il-ħsara li jġib miegħu t-tabakk, ma jonqsux,
7. ktejjeb ta' informazzjoni utili dwar it-tabakk ser jiġi ppubblikat.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm facilitators li bħalissa huma impjegati mad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni? Kemm hemm talbiet minn ġenituri biex uliedhom ikollhom facilitator? F'liema livell ta' skola jinsabu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bħalissa hemm 1076 persuni Learning Support Assistants impjegati mad-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni u li huma mqassmin hekk:
Facilitators 293
Kindergarten Assistants (KA) 37
KA (Special Education) 59
Supply KA (Special Education) 684
Part-time KA (Special Education) 3
Informat ukoll li rigward in-numru ta' talbiet minn ġenituri biex uliedhom ikollhom support, huwa ta' 333, li huma mqassmin hekk:
Livell Sekondarju 29
Livell Primarju 304
Dawn it-talbiet jinsabu fi stadju differenti tal-proċess ta' evalwazzjoni.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il persuna talbet l-għajnuna tad-Detox fl-2006? Kemmm kienu rġiel u kemm kienu nisa? Tista' tagħti breakdown ta' l-etajiet u tgħid ukoll ta' liema nazzjonalita' kienu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid fl-iskejjel tal-knisja u dawk indipendenti kemm hemm facilitators impjegati biex jgħinu lill-istudenti? Kemm hemm talbiet għal facilitators f'dawn l-iskejjel? Jista' jagħti din l-informazzjoni separatament għall-iskejjel tal-knisja u dawk indipendenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' persuni li qed jaqdu dmirijiet ta' Facilitatorsli huma impjegati fl-iskejjel tal-Knisja huwa 403.
Talbiet għal appoġġ speċjali jsiru direttament mill-ġenituri lill-iStatementing Board. Wara li tkun approvata t-talba mill-istess Bord, l-iskejjel tal-Knisja jitolbu għall-approvazzjoni tal-persuni li jkunu se jimpjegaw lid-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni. Fil-kaz ta' l-iskejjel Indipendenti, il-persuna li tintagħzel tiġi mħallsa mill-istess ġenituri tat-tfal.
Informat ukoll li fl-iskejjel Indipendenti hemm 12 il-persuna jaqdu dmirijiet ta' facilitators.
Tista' l-Ministru tgħid kemm twieldu tfal lil single mothers fl-2006? Kemm minn dawn l-ommijiet kienu għadhom jattendu l-iskola, inkluż is-sixth form? X'kienu l-etajiet ta' dawn li għadhom imorru l-iskola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li ebda Dipartiment jew entita` li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħi ma żżomm l-istatistika mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jieħu passi sabiex Triq l-Għaxra ta' Settembru 1797, Żabbar tiġi rranġata minħabba li kull meta tagħmel ftit xita qed tispiċċa mgħarrqa u dan minbarra l-fatt li hemm bosta ħofor kbar li huma ta' periklu?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li ADT qed tagħmel xogħol ta’ maintenance f’din it-triq biex jitnaddfu l-culverts. L-ADT qed tagħmel il-pjanti neċessarji biex din il-problema tissolva.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22504, li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi u li issa ġiet riferuta lilu u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li l-gvern laħaq ma' erba' skejjel privati fil-qasam ta' l-IT sabiex jgħallmu studenti li applikaw għall-kors ta' l-IT fl-MCAST u ma ġewx magħżula fl-ewwel intake? Liema huma dawn l-iskejjel u kemm se jieħdu studenti kull wieħed?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 22506, jista' l-Ministru jgħid jekk ħarġitx sejħa għal uffiċjali edukattivi tal-PSD matul din is-sena li ninsabu fiha?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ma' ħarġet l-ebda sejħa għall-uffiċjali edukattivi tal-PSD f'din is-sena li ninsabu fiha.
Jista' il-Ministru jgħid fl-ewwel term tas-sena skolastika kemm kien l-assenteiżmu fl-iskejjel ta' l-istat imqassma fi skejjel primarji u sekondarji? Jista' jgħid ukoll kontra kemm-il ġenitur ittieħdu passi bil-Qorti?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid fl-ewwel term tas-sena skolastika kemm kien hemm assenteiżmu fl-iskejjel tal-knisja u f'dawk indipendenti separatament? Ittieħdu passi bil-qorti kontra xi ġenituri?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li ngħataw permess jitilqu mill-iskola qabel ma għalqu s-16-il sena fl-ewwel term tas-sena skolastiku? Kemm kienu bniet u kemm subien? X'kienu r-raġunijiet prinċipali għaliex ingħata dan il-permess? Kemm kienu mill-iskejjel ta' l-istat, kemm minn dawk tal-knisja u minn skejjel indipendenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat hekk :
Skejjel Taħt is-16-il sena
Spiċċaw il-kors Ma spiċċawx il-kors
skolastiku kors skolastku *
Subien Bniet Subien Bniet
Stat 8 9 8 3
Knisja 0 1 0 0
indipendenti 0 0 0 0
Totali 8 10 8 3
*Dawn l-istudenti għalqu s-16-il sena fl-istess term li nħarġu u għalhekk setgħu jiġu eżentati għalkemm ma spiċċawx il-kors skolastiku.
Informat li r-raġuni prinċipali kienet biex jaħdmu. Kien hemm każ ukoll li kien hemm raġunijiet umanitarji.