Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 23579 u jgħid kemm ingħatat għajnuna matul is-sena 2006 lil għaqdiet sportivi biex jagħmlu testijiet kontra d-doping? Liema kienu dawn l-għaqdiet? X'għajnuna ngħatat u kemm swiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat hekk :
Malta Triathlon Association Lm 284.73
Malta Football Association Lm3,507.97
Malta Dancesport Association Lm 150.00
Malta Tennis Federation Lm1,000.00
Malta Weightlifting Federation Lm 570.00
Lm5,512.70
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22929 u jgħid kemm tħallsu flus lill-iskejjel tal-Knisja għas-snin 2005 u 2006 separatament? Kemm kienet is-somma vvotata fil-budget għal kul sena u jekk kienx hemm xi varjazzjoni? Jekk fl-affermattiv, ta' kemm kienet f'kull każ? Jista' jgħid ukoll meta tħallsu u kemm kien il-ħlas f'kull każ?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ammont li ġew mgħoddija lill-iskejjel tal-Knisja fl-2004 kien ta' Lm10,250,000, fl-2005 ta' 11,500,000 u Lm12,750,000 fl-2006.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm nies li qegħdin il-ħabs u li qegħdin hemm għaliex ma ngħatawx pleġġ? Kemm hemm nisa? Kemm minnhom huma taħt il-25 sena? Waqt li qed jistennew deċiżjoni tal-Qorti, jingħataw x'jagħmlu fil-ħabs?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fil-preżent hemm mija u seba' (107) persuni li qegħdin taħt arrest preventiv.
Priġunieri nisa hemm sbatax (17). Minn dawn hemm erbgħa (4) li huma taħt il-ħamsa u għoxrin sena.
Il-priġunieri nisa waqt li jkunu jiskontaw sentenza jew taħt arrest jagħmlu xogħol ta' tindif, tisjir, jipproduċu envelopes u jagħmlu xogħol ta' knitting, ganċ u tpinġija. Jingħataw ukoll lezzjonijiet fil-franċiż, taljan, ingliż, filosofija u arti.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li talba li saret mill-iskola Primarja tax-Xgħajra sabiex nurse tmur u tara lit-tfal, ma ġietx milqugħa? Huwa minnu li ma nstabitx nurse oħra ħalli tpatti għall-assenza ta' nurse oħra li mid-dehra tinsab fuq sick leave?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li qatt ma kien hemm talba mill-iskola Primarja tax-Xgħajra biex nurse tmur tara lit-tfal li ma ġietx milqugħa.
Informat ukoll li n-nurse presenti bħalissa tinsab fuq retirement leave u ħarġet sejħa għal nurse oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu jagħti l-Istat lill-Knisja fl-erbgħa snin li għaddew sas-sena kurrenti għall-iskejjel tagħha? Kemm tħallsu attwalment kull sena flus lill-Knisja? X'inhuma l-pendenzi, jekk jeżistu, fil-ħlasijiet li l-Knisja għandha tirċievi mill-Istat sad-data tal-lum?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 22930 u 23413 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u li issa ġew riferuti lill-Prim Ministru, jista' jekk jogħġbu l-Prim Ministru jgħid min huwa inkarigat mil-lista tal-protokoll? Min japprova l-lista tal-protokoll? Meta ġie emendat l-aħħar il-protokoll?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 23430, jista' l-Ministru jgħid jekk għandux il-ħsieb li jwieġeb fi stadju ulterjuri? Jekk fl-affermattiv, jista' jindika meta? U jekk mhux il-ħsieb li jagħti t-tweġiba kif mitluba fl-istess mistoqsija parlamentari 23430, jista' ġentilment jgħid x'inhi r-raġuni?
Response (GALEA, LOUIS)
Kif diġa informajt lill-Onor. Membru, l-Gvern permezz tal-KMS, fis-sena 2006 investa Lm600,000 kif infisser fil-PQ22059. Bħal ma jiġri fil-proġetti kollha, pubbliċi u privati, il-pagamenti ma jsirux kollha fis-sena finanzjarja li fiha l-fondi jkunu ġew konnessi b'tender u kuntratti skond il-proċeduri finanzjarja tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' il-kunsill Malti għall-kultura u l-arti f'dawn l-aħħar tlett snin? Jista' jagħti d-dati ta' kull laqgħa u x'kienu s-suġġetti li ġew diskussi? Jista' ġentilment jagħti din l-informazzjoni skond min kien iċ-chairman ta' l-istess kunsill f'dak iż-żmien partikolari?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant hija kif tidher fit-tabelli li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali — Servizz ta' nurse
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta l-fondazzjoni għall-ħarsien soċjali se jimpjega s-servizz ta' nurse biex tieħu post in-nurse li rtirat is-sena l-oħra mill-adult training centre ta' Fleur-de-Lys? Għaliex fl-ATCs kollha m'hemmx is-servizz ta' nurse? Kemm hemm klijenti fl-ATCs li jieħdu mediċina waqt li huma jattendu l-ATCs u kemm hemm klijenti li għandhom bżonn is-servizz ta' nurse anke jekk dawn ma jieħdux mediċina?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Dwar l-Ewwel u t-Tieni Parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmata li bħalissa qed isir eżerċizzju dwar il-bżonnijiet ta’ kull Ċentru nkluż is-servizz ta’ nurse, iżda f’każijiet ta’ emerġenza ċ-Ċentru ta’ Fleur-de-Lys jkun moqdi minn nurse f’Ċentri oħra.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninsab infurmata li b’kollox hemm 92 klijent li jingħataw il-mediċina waqt li jattendu ċ-Ċentru rispettiv tagħhom. L-Onor. Interpellant żġur li jifhem li l-bżonn ta’ nurse għall-klijenti li ma jieħdux mediċina jvarja minn jum għal jum skond il-kundizzjoni tal-klijent u għalhekk hu diffiċli li wieħed jgħid kemm hu n-numru ta’ dawn il-klijenti.
Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar tlett snin kemm kien hemm studenti statemented bl-autism, li jinkludi aspergers syndrome and pervasive developmental disorder, li kienu qed jattendu fl-iskejjel sekondarji, kemm fil-Junior Lyceums kif ukoll fl-area secondaries?
Kemm minn dawn l-istess studenti komplew l-iskola sal-form 5 u kemm minnhom irnexxielhom iġibu xi ċertifikat? F'dawn l-aħħar tlett snin kemm kien hemm studenti bl-autism li bdew jattendu fl-iskejjel speċjali wara li spiċċaw il-year 6?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li f'dawn l-aħħar tlett snin kien hemm 6 studenti bl-autism li attendew skejjel speċjali wara li spiċċaw il-year 6.
Informazzjoni li turi n-numru ta' studenti statemented bl-autism li jinkludi aspergers syndrome and pervasive development disorder li kienu jattendu kemm fil-Junior Lyceums kif ukoll fl-area secondaries u kemm minnhom irnexxielhom iġibu xi ċertifikat fl-aħħar tlett snin ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jikkonferma l-Ministru li student fil-Form 5 ta' skola tal-Knisja li isimha qed jingħata separatament, tkeċċa mill-iskola din il-ġimgħa minħabba każ ta' bullying li nġibed ukoll fuq il-video tal-mobile ta' l-istess tifel?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ebda student ma ngħatalu 'expulsion' mill-iskola msemmija. Din il-problema għadha qiegħda tiġi kkunsidrata u nvestigata. Ser isir laqgħa mal-ġenituri ta' l-istudenti konċernati.
Informat ukoll li dan ma kienx każ ta' 'bullying' u l-video ma ttiħidx la min mobile phone u lanqas mill-istudent innifsu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħatat għajnuna matul is-sena 2006 lil għaqdiet sportivi biex jagħmlu testijiet kontra d-doping? Liema kienu dawn l-għaqdiet? X'għajnuna ngħatat u kemm swiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasalx fl-uffiċċju, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm vakanzi fir-rank ta' spettur fil-Korp tal-Pulizija? Meta hemm il-ħsieb li jsir l-eżami biex dawn jimtlew? Jista' jgħid kemm spiċċaw spetturi mill-korp matul is-sena li għaddiet u x'kienet ir-raġuni?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-futur ser tkun ippublikata sejħa għall-applikazzjonijiet għar-reklutaġġ ta' Spetturi fil-Korp tal-Pulizija. Infurmat ukoll illi matul is-sena l-oħra ma kienx hemm Spetturi li spiċċaw mill-Korp.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm residenti fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin fil-preżent? Kemm minnhom qed iservu sentenza? Kemm minn dawn huma taħt-il 25 sena? Kemm minn dawk issentenzjati qegħdin fit-taqsima taż-żgħażagħ tal-ħabs? Dawn ta' l-aħħar jista' jgħid x'xogħol jingħataw jagħmlu? Għandhom faċilita' li jistudjaw?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' residenti fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin fl-4 ta' Frar 2007 kienet ta' tlett mija u tnejn u tmenin (382), li minnhom, mitejn u ħamsa u sebgħin (275), qed jiskontaw sentenza.
In-numru ta' dawk taħt il-25 sena hu ta' tnejn u għoxrin (22), li minnhom, sittax (16) qed jiskontaw sentenza u sitta (6) qegħdin taħt arrest preventiv.
Dawk li huma taħt il-ħamsa u għoxrin sena irrispettivament humiex sentenzjati jew arrestati jinżammu fit-taqsima taż-żagħżagħ.
Fis-sezzjoni taż-żgħażagħ il-priġunieri jagħmlu xogħol ta' manutenzjoni fil-bini tal-blokka tagħhom kemm internament u ukoll fuq barra. Jieħdu ukoll ħsieb l-indafa tas-sezzjoni kollha. Kultant jingħataw ukoll xi xogħol li jinġieb mill-fabbrika tal-Playmobile.
F'din is-sezzjoni jingħata tagħlim fil-malti, ingliż, computer u artiġjanat. Isiru ukoll laqgħqat bejn il-priġunieri fejn jiġu mgħallma lifeskills.
Kunsill Malti għall-Isport — National Sports Strategy
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tan-National Sports Strategy għat-tliet snin li ġejjin li ħadem fuqha l-Kunsill Malti għall-Isport?
Response (GALEA, LOUIS)
Id-dokument mitlub qiegħed f'idejja għall-konsiderazzjoni tal-Ministeru. Nittama li ma ndumx ma nkun f'pożizzjoni biex nippubblikah.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 23044, jista' l-Ministru jgħid min jokkupa l-karigi msemmija fit-tweġiba? Jista' jindika eżattament f'kull każ x'inhuma l-allowances mogħtija u jekk humiex parti minn ftehim kollettiv jew ftehim ta' xorta oħra?
Response (GALEA, LOUIS)
Mhix policy li niżvela fil-pubbliku dħul ta' individwi f'ċirkostanzi kif previst mill-Mistoqsija. L-allowances huma ġeneralment mifthema fil-Ftehim Kollettiv u kif imfisser fit-tweġiba diġa mogħtija.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 23043, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi kapijiet ta' l-iskejjel ta' l-Istat li tbiddlu? Jekk fl-affermattiv, meta u minn fejn ġew trasferiti u fejn jinsabu fil-preżent?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' kapijiet li tbiddlu mill-bidu ta' din is-sena skolastika huwa ta' erbgħa. Id-data tat-trasferiment ta' kap minnhom hi fl-20 ta' Lulju 2006 li mill-iskola ta' l-Għarb ġie trasferit għall-Post-Sekondarja tar-Rabat, Għawdex. It-tlieta l-oħra ġew trasferiti fit-18 ta' Settembru 2006 u l-iskejjel li ġew trasferiti minnhom kienu Sekondarja Subien tan-Naxxar, Baħrija u Qormi SS 'A', u l-iskejjel li jinsabu fihom huma Primarja Sta. Venera, Marsaskala u Rabat 'A' rispettivament.
B'riferenza għat-tweġiba mogħtija lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tista' l-Ministru tgħid għaliex persuni oħra li rtiraw fl-istess sena u grad tiegħu qed jieħdu madwar Lm14 fix-xahar aktar minnu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra kemm-il environmental permit ħareġ mill-MEPA sal-lum? Lil min ħarġu u għal xiex ħarġu? Taħt liema liġi u xi proċedura tiġi adottata?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-environmental permits għall-forom ta' operat li nħarġu s' issa huma prinċiparjament dawk il-permessi li nħarġu taħt Avviż Legali 337/01. Dettalji dwar dawn il-permessi qed jingħataw fir-risposta għal Mistoqsija Parlamentari 23472. L-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ħarġet żewġ IPPC permits: lill-WasteServ (Malta) Ltd għal-landfill ta' Zwejra u lill-Medichem Manufacturing Malta Ltd. Dawn inħarġu taħt Avviż Legali 118/04 u avviżi legali relatati.
Environmental permits oħrajn jinkludu permessi għal attivitajiet, importazzjoni u esportazzjoni ta' speċi, kimiċi u skart, fejn l Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għandha tagħti l-kunsens tagħha. Statistika dwar dawn il-permessi għadha trid tinġabar.
Il-proċeduri użati huma dawk deskritti fil-leġislazzjoni rispettiva.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il waste management permit ħareġ sal-lum mill-MEPA u minn meta bdew jinħarġu? Lil min ħarġu u għal xiex? Taħt liema liġi u xi proċedura tiġi adottata?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Waste Management Permits jinħarġu taħt l-Avviż Legali 337 ta’ l-2001, Regolamenti ta’ l-2001 dwar Permessi u Kontrolli fil-Maniġġar ta’ Skart taħt Artiklu 9 ta’ l-istess regolamenti. Dawn ir-regolamenti jimplementaw il-Framework Directive ta’ l-Unjoni Ewropea dwar l-immaniġġar ta’ l-iskart. Kull min jagħmel xi attività li b’xi mod jew ieħor għandha x’taqsam ma’ l-iskart għandu bżonn ta’ permess.
Dawk kollha li għandhom bżonn permess għandhom japplikaw ma’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA). Wara li jimlew il-formola apposta, l-applikanti jkunu ggwidati individwalment biex jissottomettu informazzjoni li jkollha bżonn ma’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) biex ikun jista’ jinħareġ il-permess.
Il-permessi li ħarġu taħt dan ir-regolament huma dawn:
Director General, Works Division
Infilling with Inert Waste
Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd
Infilling with Inert Waste
Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd
Infilling with Inert Waste
Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd
Infilling with Inert Waste
Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd
Infilling with Inert Waste
Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd
Infilling with Inert Waste
Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd
Infilling with Inert Waste
Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd
Infilling with Inert Waste
Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd
Infilling with Inert Waste
Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd
Infilling with Inert Waste
WasteServ Malta Ltd.
Temporary Non-Hazardous Waste Storage,Treatment and Transfer Facility
Jenine Korfan
Infilling with Inert Waste
Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd
Infilling with Inert Waste
Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd
Infilling with Inert Waste
Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd
Infilling with Inert Waste
Ing. Mario Schembri o.b.o GreenPak Ltd
Packaging Waste recovery scheme
Jimmy Gatt o.b.o Gatt Bros (Mosta) Ltd
Infilling with Inert Waste
Metalco Ltd
To Operate a Recycling Facility
WasteServ Malta Ltd.
Civic Amenity Site, Maghtab
WasteServ Malta Ltd.
Civic Amenity Site, Mriehel
Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd
Infilling with Inert Waste
Bezzina Maritime Services Limited
To Operate a Barge "BEZZ I" for dumping of inert material at sea
Bezzina Maritime Services Limited
To Operate a Barge "BEZZ II" for dumping of inert material at sea
Emarine Limited
To Operate a Barge "SAULUS" for dumping of inert material at sea
Emarine Limited
To Operate a Barge "PAULUS" for dumping of inert material at sea
Michael Attard o.b.o IMA Engineering Ltd
To operate an interim storage, pre-treatment and transfer facility for hazardous wastes
Ing. Mario Schembri o.b.o GreenPak Ltd
Renewal of WM 00021/04 Greenpak compliance scheme for packaging waste recovery
Qabel l-2001 kienu jinħarġu biss permessi ambjentali għall-barrieri taħt avviż legali 128 ta’ 1997, regolamenti ta’ l-1997 dwar id-drittijiet għad-depożitu ta’ kull skart u radam.
Il-permessi li ħarġu taħt dan ir-regolament huma dawn:
Emmanuel Aquilina o.b.o Debattista Schembri
Dumping of inert waste
Emmanuel Aquilina o.b.o Sand & Gravel Ltd
Dumping/Recycling of inert waste
Paul Vella o.b.o Ballut Blocks Ltd
Dumping/Recycling of inert waste
Emmanuel Vella o.b.o Julian Vella
Dumping/Recycling of inert waste
Mario Bonnici
Dumping/Recycling of inert waste
Carmel Spiteri & Michael Axiaq
Dumping of inert waste
Carmel Vella
Dumping/Recycling of inert waste
Carmel Vella
Dumping/Recycling of inert waste
Emmanuel Mifsud
Dumping of inert waste
Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd
Dumping/Recycling of inert waste
Emmanuel Camilleri
Dumping of inert waste
John Mizzi
Dumping of inert waste
Barra min dawn il-permessi msemmija hawn fuq, l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ħarġet ukoll 20 permess għall-esportazzjoni ta’ skart perikoluż taħt ir-Regolament Ewropew 259/93/EEC li jirregola t-trasport ta’ Skart Perikoluż minn pajjiz għal ieħor. L-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ħarġet ukoll 665 permess għat-trasport ta’ skart perikoluż f’Malta taħt l-Avviż Legali 337 ta’ l-2001 (
dawn ta’ l-aħħar inħarġu minn Ġ
unju
2004 sal-lum
).