Ministeru għall-Finanzi — xogħlijiet lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ingħata mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bejn l-2004 u Marzu 2013? Jista’ jgħid għal kull każ, jekk ix-xogħol ingħatax b’direct order jew tender u kemm kienet l-ispiża għal kull każ?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-informazzjoni mitluba ma tinkludix il-Bank Ċentrali.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — xogħlijiet lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ingħata mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bejn l-2004 u Marzu 2013? Jista’ jgħid għal kull każ, jekk ix-xogħol ingħatax b’direct order jew tender u kemm kienet l-ispiża għal kull każ?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma tawx xogħlijiet lill-Kumpanija msemmija.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — xogħlijiet lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ingħata mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bejn l-2004 u Marzu 2013? Jista’ jgħid għal kull każ, jekk ix-xogħol ingħatax b’direct order jew tender u kemm kienet l-ispiża għal kull każ?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu 2004/2013, il-Korporazzjoni Enemalta xtrat mingħand il-kumpanija msemmija total ta’ €18,592 (tmintax-il elf, ħames mija, tnejn u disgħin Ewro) f’għodda u consumables. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma xtrat b’kemm jiswew €7679 (sebat elef, sitt mija, disgħa u sebgħin Ewro) f’xiri varju ta’ ironmongery u l-MRA nefqet €40 (erbgħin Ewro). Il-Ministeru ta’ l-Enerġija u ARMS LTD ma taw l-ebda xogħlijiet lill-kumpanija kkonċernata.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — xogħlijiet lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ingħata mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bejn l-2004 u Marzu 2013? Jista’ jgħid għal kull każ, jekk ix-xogħol ingħatax b’direct order jew tender u kemm kienet l-ispiża għal kull każ?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ingħata mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bejn l-2004 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid għal kull każ, x’kien ix-xoghol, jekk ix-xogħol ingħatax b’direct order jew tender u kemm kienet l-ispiża għal kull każ?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Bejn l-2004 u Marzu 2013, l-msemmija kumpanija tħallset €2,776.60 c mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u dan ingħata kollhu b’direct order.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — xogħlijiet lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ingħata mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bejn l-2004 u Marzu 2013? Jista’ jgħid għal kull każ, jekk ix-xogħol ingħatax b’direct order jew tender u kemm kienet l-ispiża għal kull każ?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija li id-dettalji tagħha ingħataw separatament ingħatat b’ kemm jiswew €2301.84 minn Transport Malta kif ukoll minn ex-ADT u ex-MMA bejn is-sena 2004 u 2013. Għall-istess perjodu ingħata xogħol ukoll b’kemm jiswew €14,038.53 mill-Ministeru tiegħi u dipartimenti li jaqgħu taħtu. F’ kull każ ma jidhirx li sar ħruġ ta’ tenders. L-informazzjoni kollha mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — xogħlijiet lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ingħata mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bejn l-2004 u Marzu 2013? Jista’ jgħid għal kull każ, jekk ix-xogħol ingħatax b’direct order jew tender u kemm kienet l-ispiża għal kull każ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — xogħlijiet lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ingħata mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bejn l-2004 u Marzu 2013? Jista’ jgħid għal kull każ, jekk ix-xogħol ingħatax b’direct order jew tender u kemm kienet l-ispiża għal kull każ?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għada qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — xogħlijiet lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ingħata mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bejn l-2004 u Marzu 2013? Jista’ jgħid għal kull każ, jekk ix-xogħol ingħatax b’direct order jew tender u kemm kienet l-ispiża għal kull każ?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — xogħlijiet lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ingħata mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bejn l-2004 u Marzu 2013? Jista’ jgħid għal kull każ, jekk ix-xogħol ingħatax b’direct order jew tender u kemm kienet l-ispiża għal kull każ?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li jien infurmat illi l-kumpanija msemmija fil-Mistoqsija ingħatat 43 direct order bejn l-2004 u Marzu 2013, li ammontaw għat-total ta €7,412.72, kif muri fit-Tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ingħata mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bejn l-2004 u Marzu 2013? Jista’ jgħid għal kull każ, jekk ix-xogħol ingħatax b’direct order jew tender u kemm kienet l-ispiża għal kull każ?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħol lill-kumpanija msemmija fil-perjodu msemmi, mill-Ministeru għal Għawdex u mill-Gozo Channel Company Limited.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari W192, jista' l-Ministru jgħid jekk is-sitwazzjoni ġietx analizzata? Jista' jgħid jekk ġiex investigat għalfejn fil-leġiżlatura li għaddiet dawn il-persuni ngħataw dawn ir-responsabilitajiet meta ma kellhomx il-ħiliet li jagħmlu dan ix-xogħol?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara analiżi li għamel l-operatur tat-trasport pubbliku, ikkonfermawli li l-persuni li fil-preżent jokkupaw il-kariga ta’ Supervisors għandhom ir-rekwiżiti meħtieġa sabiex iwettqu d-dmirijiet tagħhom.
Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – xogħlijiet lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ingħata mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bejn l-2004 u Marzu 2013? Jista’ jgħid għal kull każ, jekk ix-xogħol ingħatax b’direct order jew tender u kemm kienet l-ispiża għal kull każ?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija lid-dettalji dwarha ingħataw separatament ma ngħatatx xogħolijiet minn dan il-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – xogħlijiet lill-kumpanija
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħol ingħata mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha lill-kumpanija lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bejn l-2004 u Marzu 2013? Tista’ tgħid għal kull każ, jekk ix-xogħol ingħatax b’direct order jew tender u kemm kienet l-ispiża għal kull każ?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma taw ebda xogħlijiet lill-kumpanija msemmija
Uffiċċju tal-Prim Ministru — xogħlijiet lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’xogħol ingħata mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bejn l-2004 u Marzu 2013? Jista’ jgħid għal kull każ, jekk ix-xogħol ingħatax b’direct order jew tender u kemm kienet l-ispiża għal kull każ?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Bejn l-2004 u Marzu 2013, l-msemmija kumpanija tħallset €3,901,02 c mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u dan ingħata kollhu b’direct order.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — xogħlijiet lill-kumpanija
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid x’xogħol ingħata mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bejn l-2004 u Marzu 2013? Jista’ jgħid għal kull każ, jekk ix-xogħol ingħatax b’direct order jew tender u kemm kienet l-ispiża għal kull każ?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħol fil-perjodu msemmi lill-kumpanija konċernata
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — xogħlijiet lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ingħata mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bejn l-2004 u Marzu 2013? Jista’ jgħid għal kull każ, jekk ix-xogħol ingħatax b’direct order jew tender u kemm kienet l-ispiża għal kull każ?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u d-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu ma taw l-ebda xogħol lill-kumpanija msemmija.
Ministeru għat-Turiżmu — xogħlijiet lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ingħata mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bejn l-2004 u Marzu 2013? Jista’ jgħid għal kull każ, jekk ix-xogħol ingħatax b’direct order jew tender u kemm kienet l-ispiża għal kull każ?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa quddiem il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — xogħlijiet lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ingħata mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bejn l-2004 u Marzu 2013? Jista’ jgħid għal kull każ, jekk ix-xogħol ingħatax b’direct order jew tender u kemm kienet l-ispiża għal kull każ?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħol lill-kumpanija msemmija mill-Ministeru, dipartimenti u awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ tiegħi.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima — xogħlijiet lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ingħata mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bejn l-2004 u Marzu 2013? Jista’ jgħid għal kull każ, jekk ix-xogħol ingħatax b’direct order jew tender u kemm kienet l-ispiża għal kull każ?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi ma ngħata’ l-ebda xogħol lill-kumpanija indikata.