Legislature:
Category:
Reset
Active:

SEC u MATSEC — Resits

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fir-resitstas-SEC u l-MATSEC ma jsirux il-listening comprehensionu l-orali għal dawk li jeħlu minn dawn is-suġġetti fl-eżamijiet li jkunu saru f'Mejju? Huwa minnu li għar-resitsjgħoddu l-marki li jkunu ġabu fl-eżamijiet oriġinali? Jekk iva, ma jaħsibx li dan jista' ikun ta' dannu għall-istudent?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fir-resits ta' l-ezamijiet tas-SEC u taċ-Ċertifikat tal-Matrikola, l-listening comprehension u l-orali ma jsirux minħabba l-ftit zmien li hemm bejn ir-reġistrazzjoni għar-resits u l-ħruġ tar-rizultati qabel l-aħħar ta' Settembru. F'dan iz-zmien iridu jsiru t-tħejjijiet u l-proċessi kollha meħtieġa biex isiru r-resits fl-ezamijiet tal-kitba f'sitt suġġetti fil-livell tas-SEC u mal-ħamsin suġġett taċ-Ċertifikat tal-Matrikola u fl-istess ħin issir ir-revizjoni tal-karti tas-suġġetti kollha. Dawn it-tħejjijiet u l-proċessi huma spjegati fid-dettal fir-Rapport dwar il-MATSEC maħruġ mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, Zgħazagħ u Impjiegi f'Ottubru 2005. Minflok ir-resits, il-Bord tal-MATSEC jgħodd il-marki tal-listening comprehension u ta' l-orali li l-kandidati jkunu ġabu f'Mejju. Dan jixbaħ il-proċess li jsir fir-resits tal-Fizika, tal-Kimika u tal-Bioloġija fil-livell tas-SEC fejn jgħoddu l-marki oriġinali tal-proġett.

Malta University Services — Bord

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24306 u jgħid minn min hu magħmul il-bord li jmexxi l-Malta University Services? Jista' jgħid ukoll jekk dawn jitħallsux jew għandhomx xi allowances? Jekk iva, x'inhuma?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minn Settembru 2006 il-Bord tal-Malta University Services hu kompost minn dawn il-membri: Professur Juanito Camilleri Professur Andrew Muscat Mr Peter Baldacchino Mr Ronnie Attard Mr Sonny Portelli Mr Winston Zahra Ing. Philip Micallef Informat ukoll li ħadd mill-membri tal-Bord ma jitħallas jew jieħu xi allowance. Hemm it-tradizzjoni li meta l-kumpanija tagħmel profitt, il-membri jitħallsu Lm500 kull wieħed, izda din ma tapplikax għar-rettur.

Skejjel — Rapporti ta' fastidju

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena skolastika s'issa kienx hemm rapporti ta' fastidju (harassment) minn staff fl-iskejjel? Jekk iva, jista' jagħti d-dettalji rilevanti u jgħid x'passi ttieħdu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li din is-sena kien hemm 6 rapporti ta' fastidju (harassment) minn staff. F'kull kas ittieħdu l-passi meħtieġa. Mhux prudenti li wieħed jagħti d-dettalji.

Raħal Ġdid — Tiswija ta' triq

Question

Jista' l-Ministru jara li t-triq li hemm fejn il-ground tal-football tal-Hibs u li tibqa' sejra fejn il-hockey groundtingħata ftit tal-manutenzjoni peress li hija fi stat ħażin?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Isla — Għalliem tad-drama

Question

Jikkonferma l-Ministru li ġie mpjegat għalliem tad-dramafl-iskola ta' l-Isla li m'għandux warrant biex jgħallem? Kien hemm xi talbiex mill-MUT biex jitneħħa dan l-għalliem? X'passi se jittieħdu peress li jidher li qed tinkiser il-liġi?

Response (GALEA, LOUIS)

Ma ġie impjegat ebda għalliem tad-drama fl-iskola ta' l-Isla. Il-persuna konċernata kienet tqabbdet minn bank kummerċjali wara ftehim ma' l-iskola biex fil-prezenza ta' l-għalliem tal-klassi tizviluppa proġett dwar self-esteem. Il-fond soċjali tal-bank intuza għal dan il-proġett.

Skejjel — Bejgħ ta' ikel u xorb

Question

Jista' l-Ministru jelenka liema huma dawk l-iskejjel li ttieħdet azzjoni kontrihom għaliex kienu qed ibiegħu ikel u xorb li mhux meqjus bħala tajjab għas-saħħa tat-tfal u dan matul din is-sena skolastika? Japprezza l-Ministru li għandhom isiru spezzjonijiet regolari fl-iskejjel kollha liċenzjati anke dawk indipendenti u tal-knisja biex it-tfal jiġu protetti minn ikel u xorb li jikkontribwixxi għal ħxuna?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul din is-sena skolastika ma kien hemm l-ebda rapport minn skejjel ta' l-Istat li kienu qed jinbiegħu ikel u xorb li mhux meqjusa bħala tajbin għas-saħħa tat-tfal.

Divizjoni ta' l-Edukazzjoni — Tagħlim dwar l-ikel u x-xorb

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni biex igħallem l-istudenti dwar il-ħsara li ssir minn ċertu ikel u xorb? Isiru laqgħat għall-ġenituri b'mod regolari?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-tagħlim dwar il-ħarsien tas-saħħa u l-'ħsara li ssir minn ċertu ikel u xorb' isir fil-firxa wiesa' tas-suġġetti, bl-izjed mod partikolari waqt it-tagħlim tal-Physical Education, PSD u l-Home Economics. Kull sforz isir sabiex l-istudenti tagħna jakkwistaw tagħrif kif ukoll ħiliet u attitudnijiet biex ikunu kapaċi jagħmlu l-aħjar għazliet. It-tagħlim tal-Home Economics jiffoka prinċipalment fuq is-Saħħa, l-Ikel u n-Nutriment. It-tagħlim jinkludi wkoll esperjenzi prattiċi fil-Laboratorji ta' l-Ikel billi l-istudenti jħejju ikliet marbuta mal-Linji Gwida tad-Dieta u Ikel, hekk kif imfissra mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO), inkluz is-CINDI FOOD PYRAMID. Fi ħdan id-Dipartiment tal-Kurrikulu, hemm ukoll il-Home Economics Seminar Centre (HESC) li jmexxi seminars għat-tfal ta' l-iskejjel primarji u sekondarji (ta' l-Istat, Knisja u Indipendenti). Il-ġenituri tat-tfal ikunu mistiedna mat-tfal sabiex jipparteċipaw fi programmi separati fuq is-Saħħa, l-Ikel u n-Nutriment. Minbarra hekk, l-għalliema ta' dan iċ-Ċentru jzuru l-iskejjel u jagħtu taħditiet lit-tfal, lill-għalliema u lill-ġenituri. Jagħtu wkoll gwida u sapport professjonali fit-tfassil u fl-organizzazzjoni ta' attivitajiet fl-iskejjel li huma marbuta ma' l-istess tema. Jezisti wkoll ko-ordinament mad-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa fi ħdan il-Ministeru tas-Saħħa sabiex Uffiċjali minn dan id-Dipartiment jagħtu wkoll taħditiet lill-ġenituri. Informat ukoll fil-futur qrib id-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni ser toħroġ dokument fejn jitlob l-impenn serju ta' kull skola għat-tfassil u tħaddim ta' Food & Beverage Policy. Il-mira ta' dan għandu jolqot bl-izjed mod effettiv u effikaċi l-klima u l-prattika f'kull skola li tħares saħħet l-istudenti. Saħansitra jinkludi wkoll bl-izjed mod komprensiv parametri ċari rigward l-ikel u x-xorb li jgħin iħares is-saħħa tat-tfal u l-istudenti tagħna.

Skejjel — Ħxuna fl-istudenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix statistika li turi kemm hemm tfal tal-eta' skolastika li huma ħoxnin aktar milli suppost? Jekk iva, jista' jgħid kemm mill-popolazzjoni skolastika għandhom din il-problema u ta' liema etajiet huma?

Response (GALEA, LOUIS)

Ma jirrizultalix li hu kompitu ta' l-iskejjel jiġbru l-informazzjoni mitluba.

Tfal ma jagħmlux sports

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew aċċettati ċertifikati fit-tul ta' tobba biex tfal li jattendu l-iskejjel ta' l-Istat ma jagħmlux sports fl-iskejjel? Kemm kienu minħabba mard kroniku? Kemm kienu fil-primarji u kemm fis-sekondarji?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat hekk: Ċertifikati fit-tul ta' tobba Kemm minnhom biex tfal ma jagħmlux sports minħabba mard kroniku Skejjel Primarji 5 4 Skejjel Sekondarji 30 7 Total 35 11

Skejjel — Proġetti ta' taħwil ta' siġar/pjanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid flimkien mal-Ministeru ta' l-Ambjent x'inhu jsir fl-iskejjel f'din is-sena skolastika biex it-tfal jiġu nkoraġġiti jibżgħu għall-ambjent? Jista' jgħid jekk l-iskejjel individwali għandhomx proġetti ta' tħawwil ta' siġar, kura ta' pjanti, eċċ? Jekk iva, liema huma dawn l-iskejjel?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tfal kollha fl-iskejjel huma dejjem imħarrġa mill-għalliema tagħhom biex jagħtu prijorita' lill-ħarsien ta' l-ambjent. Dan isir sew bil-proġett EKOSKOLA kif ukoll billi t-tfal jitgħallmu l-parti tagħhom għall-ħarsien u tisħiħ ta' l-ambjent, kemm b'mod formali kif ukoll informali. Isiru kampanji ta' riċiklaġġ u ħarġiet fil-kampanja filwaqt li jsir tagħlim fuq il-ħlejjaq li jagħmlu parti mill-ambjent naturali u l-ekosistemi li għandna madwarna. L-skejjel individwali huma mħeġġa biex jieħdu ħsieb l-ambjent tagħhom u jaraw li jkollhom siġar maltin imħawwla fil-ġonna ħalli b'hekk it-tfal ikunu jistgħu jaraw ezemplari ta' siġar indiġeni ta' pajjizna. Fejn jidħlu siġar, il-Kumitat Siġar fl-iSkejjel ilu għal dawn l-aħħar snin iħeġġeġ lill-iskejjel biex iħawwlu s-siġar nazzjonali ta' Malta, l-Għargħar, kif ukoll ix-xitla nazzjonali, Widnet il-Baħar, fil-ġonna tagħhom. Barra minn hekk, f'Jannar tiġi ċelebrata l-Ġimgħa Masġara u Jum is-Siġar (16 ta' Jannar). Jiġu organizzati mixjiet fl-imsaġar tagħna ħalli t-tfal jitgħallmu japprezzaw aħjar il-wirt masġar Malti u l-bzonn li jitħawwlu ħafna aktar siġar f'pajjizna ħalli jkun hemm msaġar mill-ġdid. Bħalissa għaddejjin taħditiet bejn il-Kumitat Siġar fl-iSkejjel, il-Birdlife, il-Parks u Din l-Art Ħelwa. ħalli l-iskejjel ikollhom opportunita' jzuru l-Proġett tal-Foresta 2000 fil-Mellieħa. L-iskejjel ġew imħeġġa wkoll biex jisponsorjaw siġar fil-Kampanja Siġra Għalik (Tree 4U). Dan kollu qiegħed isir barra kull attivita' oħra li qiegħdha titwettaq minn skejjel u għalliema individwali biex it-tfal jipparteċipaw fil-ħidma favur l-ambjent.

Persuni li jistudjaw Malta — Ħruġ ta' visa

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid minn Settembru 2006 sa Frar 2007 kemm ħarġu visas għal persuni li ġew biex jistudjaw Malta? Minn liema pajjiżi kienu? Jista' jgħid ukoll jekk tinżammx statistika ta' kemm ġew biex jistudjaw l-Ingliż f'pajjiżna?

Response (BORG, TONIO)

Il-visas għal persuni sabiex jiġu jistudjaw f'Malta jinħarġu minn l'Ambaxxati ta' Malta kif ukoll mill-Pulizija ta' l-Immigrazzjoni fil-fruntieri ġewwa l-ajruport u x-xatt. Ninsab infurmat illi fil-perijodu ta' bejn Settembru 2006 u Frar 2007, inħarġu 298 visa mill-Pulizija ta' l-Immigrazzjoni fil-fruntiera għal persuni li ġew biex jistudjaw. F'dan l-istess perijodu, mill-Ambaxxati ta' Malta, inħarġu ukoll 224 visa għal l-istess raġuni. In-nazzjonalitajiet ta' dawk li nħarġitilhom il-visa huwa kif muri fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ma tinżammx statistika b'mod elettroniku ta' kemm ġew barranin biex jistudjaw l-Ingliż f'pajjiżna.

Rakkmandazzjonijiet fil-konfront tal-MEPA

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rakkmandazzjonijiet li saru mill-Ombudsman fil-konfront tal-MEPA u dawn ġew milqugħa jew implimentati mill-istess MEPA mis-sena 1999 sa Frar 2007?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba dwar rakkomandazzjonijiet li saru mill-Ombudsman fil-konfront ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) tinsab fir-rapporti annwali ppubblikati mill-uffiċċju ta' l-Ombudsman.

Ħaż-Żabbar — Triq ġdida fi Triq Villa Abate

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 24125 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq u li issa ġiet riferuta lilu, jista' l-Ministru jgħid meta triq ġdida fi Triq Villa Abate ġewwa Ħaż-Żabbar se tingħata isem minħabba li ilha żmien twil li ġie suġġerit isem għaliha li aktarx huwa Triq Dun Gwann Debono?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Skolasport

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 24128 u, bħala ministru responsabbli mill-isport, jgħid kemm hemm tfal li qed jieħdu sehem fi Skolasport u f'liema dixxiplini?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hemm 1152 tfal. It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kottonera — Kumpless sportiv

Question

Jikkonferma l-Ministru li fil-kumpless sportiv tal-Kottonera bejn il-Ħamis 8 u l-Ġimgħa 9 ta' Marzu ta' din is-sena daħal l-ilma, tant li dan il-kumpless sportiv ġie flooded? Jista' jgħid x'passi ttieħdu jew se jittieħdu minħabba li jirriżulta li mhux l-ewwel darba li ġara dan il-fatt? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm xi attivitajiet li kellhom jitħassru minħabba li daħal l-ilma? Jekk fl-affermattiv, liema kienu dawn l-affarijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-fatt ġie rapportat fi stqarrija pubblika tat-8 ta' Marzu 2007. Tlesta rapport tekniku għall-konsiderazzjoni tal-periti tad-Dipartiment tax-Xogħolijiet. Dawn diġa taw ir-reazzjoni tagħhom. Ser isir xogħol biex jiġi rimedjat l-inkonvenjent. Għajr l-avveniment imsemmi aktar il' fuq li xorta nżamm f’kumpless ieħor, ebda attivita’ ma ġiet mħassra.

Qasam Edukattiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu t-taħditiet ma' l-MUT dwar it-tibdil fil-qasam edukattiv? Jista' jgħid ukoll x'se jiġri mill-fondazzjoni għas-servizzi edukattivi?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-proċess għadu għaddej. F'dan l-istadju l-FES ser tkompli tagħti s-servizzi tagħha.

Direttorju tat-telefon ġdid

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24127 u 24004 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferuta lilek, u cioe' peress li sar ħafna tibdil fin-numru ta' bibien f'diversi bliet u rħula, tista' tgħid meta huwa maħsub li joħroġ id-direttorju tat-telefon il-ġdid?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi ggħar-risposta mgħotija f'Mistoqsija Parlamentari Nru.24322.

Floriana — Sala Robert Sammut

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'użu qed isir mis-sala Robert Sammut fil-Floriana u minn liema enti qed tiġi wżata? Jista' jgħid ukoll xi pjani hemm għal dan il-post fil-futur qarib?

Response (GALEA, LOUIS)

Is-Sala Robert Samut fil-Floriana isservi bħala ċentru ta' konferenzi, seminars, laqgħat u wirjiet. Tista' tintuza minn kull ente jew organizzazzjoni, pubblika jew privata, wara li tipprenota l-attivita' ma' l-uffiċjali tad-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni responsabbli. Il-pjani għal dan il-post tfasslu fil-bidu ta' l-2000 biex din il-Knisja Metodista li waqgħet f'idejn il-Gvern Malti tiġi restawrata u konvertita f'Ċentru Nazzjonali għall-Konferenzi. Il-pjani twettqu u l-post qed jilħaq l-iskop tiegħu.

Edukazzjoni, Zgħażagħ u Impjiegi — Lista' tal-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-ismijiet kollha tal-persuni li jinsabu jaħdmu fis-segretarjat u fil-ministeru? X'inhu x-xogħol ta' kull persuna u minn meta bdew jagħmlu dan ix-xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub dwar il-persuni tas-Segretarjat kien diġa' tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi Seduta preċedenti.

Kulleġġi — Precincts Officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk dan l-aħħar ġewx maħtura xi persuni bħala precincts officers fil-kulleġġi? Jekk fl-affermattiv, min ġie magħżul u kif u għal liema kulleġġi? Jista' jgħid x'inhu l-ħlas u l-allowances tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-proċess għall-ħatra ta' Precincts Officers tal-Kulleġġi għadu qed jieħu l-kors tiegħu.