Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ dawk il-persuni li joqogħdu Wied il-Għajn li qed jirreġistraw għax-xogħol? Jista’ jgħid x’inhi l-eta` tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
In-numru ta’ dawk il-persuni li joqogħdu Wied il-Għajn u li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar ta’ Frar 2007, fuq l-Ewwel u t-Tieni Parti tar-Reġistru kien ta’ 163.
Eta’
Numru ta’ persuni
Taħt il-25 sena
37
Minn 25 sa 39 sena
58
Minn 40 sena `l fuq
68
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kapijiet u assistenti kapijiet nieqsa u f’liema skejjel? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm acting heads u acting assistant heads u f’liema skejjel?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-iskejjel Primarji s'issa irtiraw jew waslu biex jirtiraw 11-il Kap ta' Skola u 7 Assistenti Kapijiet f'dawn l-iskejjel :
Kapijiet : B'Kara, Baħrija, Mqabba, Naxxar, Paola 'A', Rabat 'B', Tarxien, Għarb, San Lawrenz, Xagħra u Żebbuġ (Għawdex).
Assistenti Kapijiet : Mellieħa, Mġarr, Żejtun 'B', Gżira, Dingli, St Venera u Victoria.
Informat ukoll li fl-iskejjel Sekondarji irtiraw jew se jirtiraw 5 Kapijiet ta' Skola u 4 Assistenti Kapijiet f'dawn l-iskejjel :
Kapijiet : Fortini BSS, Żebbuġ BSS, Ħandaq BJL, Verdala BJL u Corradino.
Assistenti Kapijiet : Corradino BJL, Verdala BJL, Giovanni Curmi H.S.S. u Sir Refalo Post Secondary.
Tista’ l-Ministru tara jekk il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għandhiex applikazzjoni pendenti għal akkomodazzjoni alternattiva minħabba li l-istess persuna qed tgħid li ilha li applikat madwar sitt snin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant għandha applikazzjoni pendenti mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali li qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' oħrajn simili.
Skejjel ta' l-istat. — Abbuż ta' droga jew alkoħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk fit-tieni term tas-sena skolastika fl-iskejjel ta' l-istat kienx hemm rapporti dwar abbuż ta' droga u/jew alkoħol? Jista' jgħid ukoll kemm kien hemm studenti nvoluti u ta' liema etajiet kienu?
Response (GALEA, LOUIS)
F’din il-materja l-iskejjel Statali kif ukoll tal-Knisja huma gwidati mill-proċeduri stipulati fil-Politika Nazzjonali Tackling Substance Abuse (Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, 2001).
Studenti referuti mill-iskejjel ta’ l-Istat lill- Unit Substance Abuse Policy Team, fit-tieni term, kienu mqassma hekk:
Eta’ Numru ta’ Studenti
12 1
13 2
14 1
15 8
15+ 4
Informat li għalkemm dawn l-istudenti ġew referuti mill-iskejjel, dan ma għandu bl-edba mod jiġi interpretat li dawn l-istudenti abbużaw mid-droga fl-iskola.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol bħalissa? Kemm huma nisa u kemm irġiel? Kemm minnhom huma taħt il-21 sena? Kemm nisa u kemm irġiel? Minn liema lokalitajiet huma dawn ta' l-aħħar?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta’ persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar ta’ Frar 2007 fuq l-Ewwel Parti u t-Tieni Parti tar-Reġistru kien ta’ 6,406 u 781 rispettivament. Kien hemm 5,534 irġiel u 1,653 nisa. Minn dawn kien hemm 819 persuna taħt l-20 sena, 466 irġiel u 353 nisa. Informazzjoni dwar minn liema lokalitajiet dawn ta’ l-aħħar kienu ġejjien, ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ninsab informat ukoll li matul dawn l-ewwel 3 xhur tas-sena 2007, 864 persuna li kienu qed jirreġistraw ma' l-ETC sabu xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid minn fost dawk il-persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol kemm minnhom huma meqjusa bħala li m'għandhomx snajja? Kemm huma nisa u kemm irġiel? Kemm minn dawn huma taħt il-21 sena? Kemm minn dawk li qed jirreġistraw huma 'l fuq minn 50 sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Jista' l-Onor. Membru jkun preċiz u jiddefinixxi x'jifhem b'persuni 'li m'għandhomx snajja'?
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi skemi għal nies fiċ-ċivil li jkunu qegħdin jipparteċipaw fi studju ta' Masters Degree ma' universitajiet oħra barra minn Malta fosthom anke f'korsijiet ta' distance learning? Jekk dawn l-iskemi jew għajnuniet ma jeżistux, jikkonsidra li dawn jiddaħħlu minħabba li dawn it-tip ta' korsijiet qed igħinu sabiex itejbu l-kwalifiki fil-qasam tax-xogħol li jkunu qegħdin iwettqu fil-kariga li għandhom maċ-ċivil u anke fid-dawl tat-taħriġ tul il-ħajja li llum kulħadd jitkellem dwaru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-iStaff Development Organisation fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru ilha toffri dawn it-tip ta’ skemi għal madwar seba’ snin.
Numru ta’ impjegati jiġu mogħtija boroż ta’ studju f’Management, Public Policy u oqsma oħra. Barra minn hekk, kull Ministeru u entità għandu l-faċilità li joffru dawn it-tip ta’ skemi skond kif inhu propost fil-Manual on Staff Development in the Public Service.
B'riferenza ghall-mistoqsija parlamentari 24463, jista’ l-Ministru jgħid kemm matul din is-sena skolastika saru spezzjonijiet fl-iskejjel ta' l-Istat, tal-Knisja u dawk indipendenti minn uffiċjali tad-dipartiment sabiex jiżguraw li m’hemmx ikel u xorb li jista’ jkun ħażin għas-saħħa ta' l-istudenti minħabba li skond it-tweġiba ntqal li ma sarux rapporti dwar dan? Dan ifisser li d-diviżjoni timxi biss fuq rapporti?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub ma wasalx fl-uffiċċju, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
B'riferenza għar-risposta għal mistoqsija parlamentari 23373, jista' l-Ministru jikkonferma huwiex jgħid li jekk xi ħadd, hu min hu, jitqabbad minn sponsor barra mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni, jista' jibda jagħti l-lezzjonijiet fl-iskejjel tal-gvern anke jekk dan l-individwu m'għandux kwalifiki? F'dak il-każ, x'valur għandu l-warrantta' l-għalliema? Peress li l-Ministru sejjaħ dan l-esperiment suċċess, jista' jgħid fuq liema kriterji sejjaħlu suċċess? Jista' jikkonferma jekk dan huwiex l-ewwel pass lejn il-privatizzazzjoni ta' l-edukazzjoni f'pajjiżna, fejn enti privati jiddeċiedu huma min jgħallem u min ma jgħallimx fl-iskejjel tagħna?
Response (GALEA, LOUIS)
Ma nifhimx jekk l-aħħar mistoqsija ta' l-Onor. Membru timplikax li l-Oppozizzjoni hi kontra l-iskejjel privati u tal-Knisja li ilhom snin twal jagħtu servizzi edukattivi f'pajjizna.
Għall-bqija tal-Mistoqsijiet irrid ngħid li filwaqt li għat-tagħlim kollu formali fl-iskejjel l-għalliema jeħtieġu warrant, hemm ħafna attivitajiet edukattivi, inkluz drama, li jistgħu jsiru b'mod effettiv minn persuni kwalifikati u ta' esperjenza. Fi proċess ta' tagħlim tul il-ħajja f'kull komunita' dawn il-programmi huma meħtieġa u validi.
Jista' l-Ministru jara li t-triq li hemm fejn il-ground tal-football tal-Hibs u li tibqa' sejra fejn il-hockey groundtingħata ftit tal-manutenzjoni peress li hija fi stat ħażin?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li din it-triq la hija triq distributorja u lanqas triq arterjali u b’hekk ma taqax taħt ir-responsabilita’ ta’ l-ADT.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' vakanzi li hemm bħalissa fir-rank ta' assistent kummissarju, supretendenti u spetturi? Meta se jimtlew dawn il-vakanzi? Jista' jgħid ukoll jekk f'wieħed minn dawn ir-ranks hemmx xi talbiet biex jiġi estiż is-servizz wara li l-uffiċjal konċernat ikun għalaq is-60 jew il-61 sena? Kemm minn dawn l-uffiċjali jgħalqu s-60 sena matul din is-sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent ma hemm ebda vakanza fir-rank ta' Assistent Kummissarju fil-Korp tal-Pulizija, filwaqt li hemm vakanzi ta' żewġ Supretendenti u ħmistax-il Spettur. Infurmat ukoll illi nhar il-Ġimgħa, 13 ta' April, għalqu l-applikazzjonijiet għall-postijiet ta' Spettur. Infurmat ukoll illi matul din is-sena hemm Assistent Kummissarju li ser jagħlaq il-61 sena u Supretendent li ser jagħlaq is-60 sena. Dawn it-tnejn talbu estensjoni biex ikomplu bis-servizz, liema talba ġiet milqugħa.
Żejtun — Nies li qed jinġabru qrib l-uffiċċju tal-posta
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jittieħdu passi bis-serjeta' mill-pulizija sabiex ċorma nies li qed jinġabru b'mod regolari quddiem l-uffiċċju tal-posta fi Triq id-Duluri fiż-Żejtun speċjalment meta jaslu ċ-ċekkijiet tas-sigurta' soċjali u dan qed jagħmluh sa minn kmieni filgħodu b'detriment u b'fastidju kbir għar-residenti kollha, ma tibqax issir anke minħabba kliem oxxen u fastidju li qed jingħata lil bosta persuni, kif ukoll għas-sigurta' ta' l-istess ħaddiema tal-posta?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija ser tieħu l-azzjoni meħtieġa sabiex kemm jista' jkun ma jkunx hemm dan l-inkonvenjent.
Jista' l-Ministru jinvestiga lmenti li rċevejt dwar il-kap ta' l-iskola primarja ta' lokalita', li d-dettalji dwarha qed jintbagħat separatament, dwar l-atteġġjament tagħha ma' ċerti ġenituri li skond huma din l-istess kap qed tkun arroganti magħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Investigajt u jirrizulta li mhi xejn kwestjoni ta' arroganza. Informat li din il-ġenitur riedet tgħaddi minn bieb u mhux minn ieħor biex l-attivita' tkun tista' timxi bl-ordni l-ġenituri kollha kienu nfurmati permezz ta' nota minn fejn kellhom jidħlu t-tfal.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24306 u jgħid minn min hu magħmul il-bord li jmexxi l-Malta University Services? Jista' jgħid ukoll jekk dawn jitħallsux jew għandhomx xi allowances? Jekk iva, x'inhuma?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirriferi l-Onor. Membru għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 24666.
Jista' l-Ministru jgħid x'futur hemm għall-iskola Vincenzo Bugeja? Jekk se tagħlaq x'użu se jsir mill-għalliema u mill-bini?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-iskola Vincenzo Bugeja ser tingħalaq biex tiġi immodernizzata. Wara li jitlesta x-xogħol, l-iskola terġa tibda tintuza. L-għalliema ser japplikaw għal trasferiment għal skola oħra.
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar l-assenteiżmu fit-tieni term tas-sena skolastika fl-iskejjel ta' l-istat imqassma fi primarji u sekondarji? Jista' jagħti wkoll informazzjoni f'liema skejjel kien hemm persentaġġ għoli ta' assenteiżmu? X'passi konkreti qed jittieħdu fil-konfront ta' studenti li qed ikunu assenti b'mod regolari?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' host families li bħalissa huma liċenzjati biex jospitaw barranin f'darhom? Kemm trid titħallas bħala liċenzja? Jista' jgħid ukoll kemm minn Settembru 2006 sa Frar 2007 sar spezzjonijiet fi djar hekk liċenzjati? Kemm instabu li kissru l-liċenzja? X'passi ttieħdu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi sal-15 ta' Marzu 2007, 421 familja talbu u ngħataw liċenzja ta' host family sabiex jospitaw barranin f'darhom.
Il-liċenzja għal dawk il-host families li jakkomodaw sa żewġ barranin f'daqqa hija ta' Lm20 fis-sena, filwaqt li għal dawk li jakkomodaw sa erba' barranin f'daqqa il-liċenzja hija ta' Lm40 fis-sena. Għal dawk f'Għawdex, minn din is-sena hemm tnaqqis ta' 25% fuq dawn ir-rati.
Mit-18 ta' Settembru 2006 sa l-aħħar ta' Frar 2007, saru tmien spezzjonijiet fid-djar hekk illiċenzjati. Fl-ebda każ minnhom ma ġie osservat ksur ta' liċenzja.