Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skejjel — Subject coordinators

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm subject coordinators fid-diversi skejjel u ta' liema suġġetti huma? F'liema skejjel jinsabu dawn is-subject coordinators?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hemm 103 subject co-ordinators fid-deversi skejjel statali. Lista ta' l-iskejjel u s-suġġetti ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Żidiet fit-tariffi

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista taż-żidiet fit-tariffi kemm permezz ta' avviżi legali kif ukoll b'mod ieħor, li l-gvern introduċa minn wara l-elezzjoni tas-sena 2003 sal-lum, u dan għall-awtoritajiet, bordijiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Għal kull każ, jista' l-Ministru ġentilment jelenka wkoll kif kienu t-tariffi qabel id-data u kif huma fil-preżent?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Koalizzjoni dwar is-Saħħa taż-Żgħażagħ

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jagħti rendikont tal-ħidma li wettqet u li qed twettaq il-Koalizzjoni dwar is-Saħħa taż-Żgħażagħ mit-twaqqif tagħha sal-lum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ix-xogħol li nbeda mill-kumitat mwaqqaf apposta li kien jinkludi numru ta' entitajiet biex jipromwovi s-saħħa taż-żgħażagħ huwa kollu kemm hu f'idejn id-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa. Matul dawn l-aħħar 4 snin u nofs dan id-dipartiment ħadem ferm bis-sħiħ f'dan il-qasam f'ħafna setturi permezz ta' kampanji fit-tul. Dawn jinkludu Saħħa Sesswali, Tipjip, Xorb u Sewqan, il-Ħsara tax-Xemx, Dieta li tipromwovi s-Saħħa u oħrajn. Fis-settur taż-żgħażagħ id-dipartiment jaħdem id f'id mad-Diviżjoni tal-Edukazzjoni. L-uffiċjali tad-dipartiment jaħdmu ħafna mill-qrib mal-Kunsilli Lokali, kif ukoll mas-Sedqa. Numru kbir ta' fuljetti, posters u materjal ieħor jiġu prodotti kull sena u dawn jitqassmu b'xejn lill-pubbliku. Id-Dipartiment jieħu ħsieb li jgħin għaqdiet taż-żgħażagħ f'kampanji u attivitajiet relatati mas-saħħa. L-uffiċjali tad-dipartiment, li kollha huma kwalifikati f'oqsma speċjaliżżati, jipparteċipaw b'mod regolari fuq il-meżżi tax-xandir anke f'ħinijiet tard filgħaxija biex b'hekk iwasslu l-messaġġi favur is-saħħa bl-aktar mod effettiv. Propju fuq is-suġġett id-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa jagħmel stħarriġ fuq is-saħħa taż-żgħażagħ (HBSC) fuq skala kbira flimkien mal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa. Dan l-istudju li jsir f'34 -il pajjiż ieħor flimkien ma' Malta huwa ferm utli għax wieħed joħroġ paraguni li jkopru ħafna suġġetti li għandhom x'jaqsmu mas-saħħa taż-żgħażagħ, bħall-bullying, saħħa sesswali, konsum ta' ħelu, eżerċizzju fiżiku, tipjip, droga, konsum ta' alkoħol, konsum tas-soft drinks u anke tul u piż tal-parteċipanti li jintużaw biex tinħadem il-BMI (Body Mass Index) biex b'hekk għalkemm ma jkunx ġie kkalkulat mir-riċerkaturi nfushom xorta jservi ta' indikatur tajjeb f'dik li hi prevelanza ta' ħxuna u piż żejjed.

MCAST — Drop-outs

Question

Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2003 sal-lum kemm kien hemm studenti istitut b'istitut li bdew xi kors u ma konplewx sena b'sena? X'tip ta' monitoring qed isir għar-rata u n-natura ta' drop-outs fl-MCAST? Qed jittieħdu xi passi biex din ir-rata tonqos? Jekk fl-affermattiv, x'passi qed jittieħdu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti li bdew xi kors u ma komplewx, Istitut b'Istitut, mis-sena 2003 huwa kif ġej: Institutes 2003/04 2004/05 2005/06 2006/07 Mechanical Engineering 7 32 38 43 Electrical & Electronics Engineering 28 29 44 36 Building & Construction Engineering 11 90 92 89 ICT 71 36 37 59 Business & Commerce 73 61 123 94 Art & Design 30 47 39 38 Maritime 3 0 1 3 Community Services 20 21 22 26 Agribusiness 3 11 13 9 Gozo Centre 10 11 15 15 L-MCAST jimmoniterja s-sitwazzjoni ta' l-istudenti kollha li huma reġistrati miegħu. Id-Diretturi għandhom kuntatt regolari ma' l-istudenti u kull fejn jinħass il-bzonn jittieħdu l-passi dixxiplinari neċessarji. F'kazi fejn ikun meħtieġ jingħajtu l-ġenituri jew inkella l-kaz jintbagħat quddiem Counsellors ta' l-MCAST biex l-istudenti jingħataw l-għajnuna meħtieġa. Ta' min izomm f'moħħu li numru ta' studenti jieqfu mill-istudji tagħhom peress li jsibu impjieg.

Safety teachers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' safety teachers fl-iskejjel primarji u sekondarji ta' l-istat separatament? Jista' jgħid ukoll kif jiġu magħżula u x'tip ta' taħriġ jingħataw? Mis-sena 2004 sal-lum kemm kien in-numru ta' rapporti li saru mill-istess safety teachers fl-iskejjel primarji u sekondarji tal-gvern sena b'sena u separatament għall-primarja u s-sekondarja? Kemm minn dawn ir-rapporti ġew milqugħa u jekk sarx ix-xogħol li kien ġie mitlub?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hemm 74 Health & Safety Teachers. Il-Health & Safety Teachers jiġu magħzula b'interview wara li toħroġ sejħa b'ċirkolari. L-'appointment' ta' dawk li jintagħzlu jkun jgħodd għal sentejn. It-taħriġ ta' dawn l-għalliema jsir minn entitajiet kompetenti fil-qasam tal-Health & Safety bħall-Institute of Health & Safety, Msida, Red Cross Malta, Sedqa, tobba minn Sptar Boffa, Health Promotion, Health Division u l-OHSA. Barra minn hekk ikun hemm laqgħat interni regolari ta' struzzjoni kull term. Fis-snin li għaddew saru rapporti fuq ċirkostanzi li jizviluppaw minn sena għall-oħra kif jidher hawn taħt; Skejjel Primarji Skejjel Sekondarji Junior Lyceums 2004 77 18 12 2005 77 18 12 2006 74 18 13 2007 74 17 13 Dawn ir-rapporti jiġu ezaminati u jittieħdu l-passi meħtieġa.

Xogħlijiet fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex meta jkunu qed isiru xogħlijiet fit-toroq kemm minn ħaddiema tal-gvern, kif ukoll dawk privat, u jkun hemm restrizzjonijiet fuq it-traffiku billi jintuża lane wieħed, ma jintużawx portable traffic lights? Dawn fil-fatt jeżistu f'Malta? Japprezza l-Ministru li l-uzu ta' dawn it-traffic lights jgħin fl-immaniġġjar aħjar tat-traffiku?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-Portable Traffic Lights li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Nterpellant intużaw kemm il-darba għal xogħlijiet f’toroq li jirrikjedu maniġġjar ta’ traffiku speċjalment f’każ ta’ two-way traffic f’wiesgħa ta’ karreġġjata li tippermetti biss one-way traffic u meta x-xogħol idum perjodu twil. F’ħafna mill-każijiet minflok il- portable traffic lights jintużaw local wardens speċjalment meta x-xogħlijiet ma jdumux perjodu twil u meta l-arranġament ta’ traffiku ma jibqax sejjer matul il-lejl.

MCAST — Campus

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-proġett li jitkabbar il-campus ta' l-MCAST x'faċilitajiet sportivi se jiġu provduti għall-istudenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hu maħsub li jkun hemm faċilitajiet sportivi li jikkonsistu f'indoor sports gym flimkien ma diversi outdoor games courts u faċilitajiet oħra.

Obesita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu ppjanat li jsir speċjalment fis-sena skolastika 2007/08 biex it-tfal ikunu aktar konxji mill-perikli tal-ħxuna u biex jieklu u jixorbu affarijiet tajbin għalihom? Jista' jgħid ukoll hemmx il-ħsieb li jiżdied il-ħin għall-edukazzjoni fiżika u għall-attivita' fiżika fl-iskejjel sabiex mid-diskors dwar l-obesita' ngħaddu għall-fatti?

Response (GALEA, LOUIS)

Kif jaf l-Onor. Membru d-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni għadha kif ippublikat policy u pjan konkret dwar ikel u xorb bħala parti mill-ħidma kontra l-ħxuna zejda tat-tfal. Huwa ntiz li jsir aktar enfasi speċjalment fl-iskejjel primarji biex aktar attivita' fizika ssir fl-iskejjel. Din hi marbuta ukoll ma' ċirkulari li ħarġet din is-sena skolastika li ndikat il-ħin li għandu jiġi allokat għall-Edukazzjoni Fizika.

Skejjel — Tuck shops/canteens

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena skolastika 2006/07 kemm kien hemm tuck shops/canteens ta' l-iskejjel ta' l-istat fejn instab li kien qed jinbiegħ ikel u xorb li ma kienx konformi mal-kuntratt li kien sar għall-kiri tal-post? X'kien dan l-ikel u xorb? X'passi ttieħdu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kien hemm erba' każijiet fejn instab li kien qed jinbiegħ ikel u xorb li ma kienx konformi mal-kuntratt. Dan l-ikel kien jinkludi pastizzi. F'kull każ is-sidien ġew avżati, inġibdet l-attenzjoni u tneħħa l-ikel.

Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni — Psikologi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu fil-preżent sabiex jiġu ngaġġati Psikologi Edukattivi mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-preparazzjoni għall-ħruġ ta' sejħa għall-applikazzjonijiet qed tiġi proċessata u tinsab fi stadju avvanzat.

Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni — Uffiċjali Edukattivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu fil-preżent sabiex jiġu mimlija l-postijiet vakanti fejn jikkonċerna l-Uffiċjali Edukattivi mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-preparazzjonijiet għall-ħruġ tas-sejħa għall-applikazzjonijiet minn-naħa tad-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni jinsabu fi stat avvanzat.

Science Lab Technicians

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24251, jista' l-Ministru jgħid bejn min qiegħed il-ftehim imsemmi u jekk hemmx il-ħsieb li fiċ-ċirkostanzi tax-xogħol li s-Science Lab Technicians qed iwettqu l-ftehim jinbidel?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Ftehim kollettiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-preżent hux għaddejjin xi diskussjonijiet dwar xi ftehim kollettiv? Jekk fl-affermattiv dwar xhiex u ma' liema union għaddejjin dawn id-diskussjonijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hemm negozjati dwar Ftehim Kollettiv għaddejin mal-UĦM, MUT u UMASA rigward l-MCAST u l-Universita'.

Kulleġġ San Benedittu

Question

Jikkonferma l-Ministru li dan l-aħħar fl-iskola sekondarja tal-Kulleġġ San Benedittu ġew impjegati jew trasferiti minn x'imkien ieħor persuni sabiex jagħmlu xogħol marbut b'mod esklussiv bħala security?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Kap ta' skola — Vakanzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm bħalissa vakanzi fil-kariga ta' kap ta' skola? Jista' jikkonferma li ħadd mill-assistenti kapijiet ma applika meta saret sejħa biex jimtlew dawn il-postijiet? Kemm hemm assistenti kapijiet li huma eleġibbli li japplikaw?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hemm 11-il Assistent Kap li applika għall-kariga ta' kap ta' skola fl-aħħar sejħa li ħarġet biex jimtlew dawn il-postijiet. Informat li bħalissa hemm 16-il Assistent Kap li jistgħu japplikaw għal kariga ta' kap ta' skola.

Ħatra ta' assistenti kapijiet

Question

Jikkonferma l-Ministru li f'laqgħa li saret dan l-aħħar għall-assistenti kapijiet intqal lilhom li jekk ħadd minnhom ma kien se japplika, id-diviżjoni kienet se taħtarhom direttament hi? Dan ma jmurx kontra l-ftehim ma' l-MUT?

Response (GALEA, LOUIS)

M'inix informat li saret xi laqgħa dan l-aħħar għall-assistenti kapijiet fejn intqal lilhom dak allegat fil-Mistoqsija.

Eżamijiet tal-MATSEC

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-eżamijiet tal-MATSEC fil-livell intermedju u dak avvanzat kemm kien hemm ilmenti bil-miktub permezz ta' e-mail jew xort'oħra, dwar żbalji u jew ineżattezzi fis-suġġetti varji? Liema kienu s-suġġetti u x'kienu l-ilmenti? Jista' jgħid ukoll x'passi ttieħdu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li din is-sena kien hemm ilment wieħed dwar mistoqsija fl-ezami tal-Malti fil-livell Intermedju li skond l-ilment kienet dwar aspett barra mis-sillabu. Irrizulta izda li ma kienx hemm bazi għal dan l-ilment. Ma kienx hemm ilmenti oħra dwar zbalji jew inezattezzi fil-karti ta' l-ezami. Informat ukoll li kien hemm ilment dwar l-ezami ta' Paper II fil-Kimika fil-Livell Avvanzat għaliex l-istudenti ma ngħatawx kopja tal-Periodic Table waqt l-ezami. L-ebda mistoqsija f'din il-karta ma kienet titlob tagħrif dwar il-Periodic Table u għalhekk l-istudenti ma kienux zvantaggjati. Kien hemm ilment ieħor li xi 10 minuti wara li beda l-ezami ta' l-Ekonomija fil-livell Avvanzatl-iskritt tal-kandidati inbidel izda ingħata ħin barrani biex jagħmel tajjeb għal ħin li ntilef.
Leg 10 PQ #26551 Sitting 539 2007-06-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Teatru Rjal

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol li kien ħabbar ftit tax-xhur ilu mhux ħażin fejn is-sit tat-Teatru Rjal kellu jiġi mgħotti? Jista' jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi f'dan is-sens? Jista' jgħid ukoll kemm hija l-ħsara li ġarrbu s-siġġijiet li kif kulħadd jista' jara tħallew hemm u saritilhom ħsara konsiderevoli minħabba li huma esposti għall-elementi kollha? Għal kemm tammonta din il-ħsara?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi qiegħda ssir stima tax-xogħol li meħtieġ isir sabiex is-sit imsemmi jkun fi stat tajjeb, skond ir-regoli relevanti sabiex isir fih l-Malta Arts Festival Summer 2007. Il-proġett sabiex dan is-sit jiġi mgħotti jinsab fil-fażi ta’ ippjanar.