Turiżmu u Kultura — Bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet imwaqqfa mill-gvern? X'inhu n-numru ta' nisa u ta' rġiel li huma membri ta' dawn il-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet? Jista' jagħti din l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li għandhom inqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet maħtura mill-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura huma kif ġej:
Heritage Malta
Malta Song Board
Dar il-Mediterran għall-Konferenzi
Fondazzjoni Ċentru għall-Kreattivita' ta' San Ġakbu
Orkestra Nazzjonali
MTA - Bord tad-Direttorat ta' l-Enforcement
Bord ta' l-Awtorita' tat-Turiżmu
Kummissjoni Nazzjonali Folklor
Kumitat Festi Nazzjonali
Kumitat Regatta
Manoel Theatre Management Committee
L-etajiet tal-persuni konċernati maqsuma fil-kategoriji mitluba mill-Onor. interpellant huma hekk:
inqas minn 29 sena
bejn 30 u 45 sena
'l fuq minn 46 sena
Irġiel
0
28
52
Nisa
1
17
5
Ministeru għal Għawdex — Bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet imwaqqfa mill-gvern? X'inhu n-numru ta' nisa u ta' rġiel li huma membri ta' dawn il-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet? Tista' tagħti din l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li għandhom inqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija numru 24501.
Familja u Solidarjeta' Soċjali — Bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet imwaqqfa mill-gvern? X'inhu n-numru ta' nisa u ta' rġiel li huma membri ta' dawn il-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet? Tista' tagħti din l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li għandhom inqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 26320, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ma poġġiex l-informazzjoni mitluba fuq il-mejda tal-Kamra dwar in-numru ta' studenti f'kull klassi?
Response (GALEA, LOUIS)
Ma jidhirlix li f'dan l-istadju din l-informazzjoni għandha titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Affarijiet Barranin — Bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet imwaqqfa mill-gvern? X'inhu n-numru ta' nisa u ta' rġiel li huma membri ta' dawn il-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet? Jista' jagħti din l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li għandhom inqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Hemm tlett Bordijiet (Sanctions Moniroting Board, National Authority for the Implementation of the Chemical Weapons Conventions u Tsunami Relief Fund Committee) li fihom hemm 18 il-persuna, tnejn minnhom nisa, għaxra minnhom bejn 20 u 45 sena u 8 minnhom 'l fuq minn 46 sena.
Riżorsi u Infrastruttura — Bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet imwaqqfa mill-gvern? X'inhu n-numru ta' nisa u ta' rġiel li huma membri ta' dawn il-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet? Jista' jagħti din l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li għandhom inqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi fil-Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura hemm dawn il–bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet:
· Il-Kumitat għar-Rijabilitazzjoni tal-Belt Valletta u Floriana
· Il-Kumitat għar-Rijabilitazzjoni tal-Imdina
· Il-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera
· Il-Bord tal-Bennejja
· Il-Bord tal-Warrant tal-Periti
· Il-Bord ta' l-Inġinerija
· Il-Bord ta’ l-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi
· Il-Malta Resources Appeals Board
· Il-Kunsill Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini
B’kollox hemm 95-il membru f’dawn il-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet, 85-il raġel u 10 nisa li għandhom dawn l-etajiet:
Inqas minn 29 sena
Bejn it-30 u l-45 sena
'Il fuq minn 46 sena
Total
Nisa - 2 Rgiel - 2
Nisa - 3 Irgiel - 21
Nisa - 5 Irgiel - 62
Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet imwaqqfa mill-gvern? X'inhu n-numru ta' nisa u ta' rġiel li huma membri ta' dawn il-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet? Jista' jagħti din l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li għandhom inqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tinsab hawn taħt:
Bo
rd / Awtorita' / Kummissjoni
Irġiel
Nisa
Burial Board
2
1
Council for Nurses and Midwives
5
7
Council for the Professions Complimentary to Medicine
7
6
Council of Health
10
1*
Dental Specialist Accreditation Committee
5
2
Food Safety Commission
6
3
General Services Board
7
2
Homecare Help Service Board
2
3
Hospital Management Committee - SVPR
5
1
Mount Carmel Hospital Board of Directors
5
2
Medical Council
11
2
Medical Specialist Accreditation Committee
12
5
Mental Health Review Tribunal
3
0
National Commission for Mental Health Reform
6
6
National Council for the Elderly
9
6
Pharmacy Council
7
6
Welfare Committee
7
3
Zammit Clapp Hospital Management Committee
8
1
Għall-aħħar parti tal-Mistoqsija ma tinżamx statistika.
* Irtirat mis-servizz
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet imwaqqfa mill-gvern? X'inhu n-numru ta' nisa u ta' rġiel li huma membri ta' dawn il-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet? Jista' jagħti din l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li għandhom inqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet imwaqqfa mill-gvern? X'inhu n-numru ta' nisa u ta' rġiel li huma membri ta' dawn il-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet? Jista' jagħti din l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li għandhom inqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?
Response (GALEA, ĊENSU)
Filwaqt li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mgħotija f'Mistoqsija Parlamentari nru 24499.
Affarijiet Rurali u Ambjent — Bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet imwaqqfa mill-gvern? X'inhu n-numru ta' nisa u ta' rġiel li huma membri ta' dawn il-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet? Jista' jagħti din l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li għandhom inqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Għall-ewwel partijiet tal-mistoqsija, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari Nru 25164 fejn isib l-informazzjoni relatata mal-ministeru tiegħi. Ma tinżammx informazzjoni dwar l-etajiet tal-persuni li jiffurmaw dawn il-bordijiet, eċċ.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24005 u jgħid issa li l-Maltapost biddlet il-kodiċi postali tal-pajjiż kollu, meta se joħroġ ktejjeb biex jagħti l-kodiċi postali l-ġodda u dan biex ma jkunx hemm taħwid u dewmien fit-tqassim tal-posta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minflok il-ktejjeb, il-Maltapost ser tikkomunika l-kodiċi postali l-ġodda permezz ta:
Post Code Finder fuq il-website tal-kumpanija www.maltapost.com. Din il-Post Code Finderli hija magħmula minn Search Engine u Databasebl-indirizzi ta' kull residenza f'Malta u Għawdex li tiġi aġġornata f'ħin rejali.
Għal dawk in-nies li m'għandhomx aċċess għall-Internet, ikunu jistgħu iċemplu il-Maltapost Customer Care fuq Freephone numru 80072244 mis-0730hrs sa 1600hrs mit-Tnejn sal-Ġimgħa.
Il-Maltapost se tniedi inizjattiva fejn sejra tiċċirkula kartolini bil-kodiċi postali f'kull residenza. Dawn il-kartolini ikunu jistgħu jintbagħtu lill-qraba kemm ġo Malta u barra minn Malta biex tinforma lill-qraba bil-kodiċi l-ġdid ta dik ir-residenza partikulari. Dawn il-kartolini jistgħu jintbagħtu mingħajr bżonn ta' bolla u jinġarru b'xejn mill-Maltapost.
Apparti dan kollu l-pubbliku ser jiġi nfurmat bil-kodiċi postali l-ġodda b'kampanja ta' nformazzjoni fil-media kollha nkluż it-TV.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-popolazzjoni ta' l-MCAST u minn liema lokalita' ġejjin l-istudenti? Jista' jagħti din l-informazzjoni istitut b'istitut?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet imwaqqfa mill-gvern? X'inhu n-numru ta' nisa u ta' rġiel li huma membri ta' dawn il-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet? Jista' jagħti din l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li għandhom inqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli A u B għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi rispettivament u li jagħtu l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Fir-rigward tal-Ministeri l-oħra nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ġustizzja u Intern — Bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma l-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet imwaqqfa mill-gvern? X'inhu n-numru ta' nisa u ta' rġiel li huma membri ta' dawn il-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet? Jista' jagħti din l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li għandhom inqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant għal dak li jirrigwardja d-dekasteru tiegħu hu kif jidher fit-Tabella li qed inoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet imwaqqfa mill-gvern? X'inhu n-numru ta' nisa u ta' rġiel li huma membri ta' dawn il-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet? Jista' jagħti din l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li għandhom inqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 24496.
Jista' l-Ministru jara jekk l-istudent, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, jistax jingħata l-opportunita' li jinżamm għall-iskola sajf minħabba li ma laħaqx applika meta kien hemm l-applikazzjonijiet miftuħa? Tista ssir eċċessjoni minħabba l-bżonnijiet ta' dan it-tifel?
Tista' l-Ministru tgħid kemm hija l-kwota ta' persuna sabiex tkun intitolata għal għajnuna dwar il-mard kroniku? Tista' tgħid jekk id-dipendenti jew persuni oħra li jkunu jgħixu fl-istess dar għandhomx x'jaqsmu jew le? Kemm huwa l-ammont ta' flus l-bank li persuna jista' jkollha depożitati u jekk hemmx xi assi oħra bħad-dar li tittieħed in konsiderazzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li persuna li ma taħdimx bi qliegħ tkun intitolata għall-Għajnuna tal-Mard, imħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali, jekk ikollha kapital li ma jaqbiżx is-LM6,000 fil-każ ta’ persuna waħedha jew l-LM10,000 fil-każ ta’ koppja miżżewġa.
Id-dħul tal-familja fil-ġimgħa, ikkalkulat skond il-provedimenti tat-Tieni Parti tat-Tieni Skeda ta’ l-imsemmi Att, ma jridx jaqbeż LM9.30 fil-ġimgħa għal persuna waħedha u LM12.80 fil-każ ta’ koppja. Fejn fil-familja jkun hemm persuni dipendenti li ma jaħdmux, ir-rati ta’ dħul imsemmija hawn fuq jiżdiedu bi Lm3.50 fil-ġimgħa għal kull persuna dipendenti. F’każ ta’ dipendenti jew persuni oħra li jgħixu fl-istess dar u jaħdmu, dawn jiġu esklużi mill-familja u għalhekk il-kapital u d-dħul tagħhom ma jiġix ikkalkulat.
Il-kapital ikkunsidrat jinkludi investimenti f’banek, stocks u shares, f’Malta u barra minn Malta, kif ukoll assi oħra bħal propjeta, bini li mhux jintuża (vojta) u flus miżmuma d-dar. Il-valur tad-dar tar-residenza u dik tas-sajf ma jiġix ikkunsidrat.