Legislature:
Category:
Reset
Active:

FTS — Xogħlijiet

Question

B'referenza għal mistoqsija parlamentari 26398, jista' l-Ministru jgħid x'xogħol kontinwu qed isir fil-preżent u f'liema skejjel? Jista' jgħid x'inhuma l-proġetti li l-FTS qed taħdem fuqhom matul din is-sena u meta huwa maħsub li l-proġett kollu jkun lest?

Response (GALEA, LOUIS)

Tagħrif dwar il-proġetti li qed taħdem fuqhom l-FTS rigward skejjel diġa hu puppliku u pubblikat.

Xorb Alkoħoliku

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-mużuri dwar li żgħażagħ taħt is-16-il sena ma jistax jixtru jew jingħataw xorb alkoħoliku daħlux in vigore? Jekk iva, meta? Jekk le, għaliex?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Avviż Legali 162 ta' l-2007 li stabbilixxa l-1 ta' Lulju 2007 bħala d-data meta għandu jidħol fis-seħħ dan l-Att.

Party lejliet l-Ewwel tas-Sena

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk tlestiex ir-rapport tal-kumitat li twaqqaf wara it-traġedja tal-mara żagħżugħa li waqgħet wara party ta' lejliet l-Ewwel tas-Sena ta' sentejn ilu biex jiġu emendati jew rranġati l-liġijiet dwar id-divertiment?

Response (BORG, TONIO)

M'għandi xejn x'inżid mat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 24010.

Korp tal-Pulizija

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk dawk il-membri tal-Korp li jitkellmu sew b'lingwa barranija hux qed jingħataw xi inċentivi? Isiru korsijiet għat-tagħlim ta' lingwi barranin għall-puliżija speċjalment dawk li fid-doveri tagħhom ikollhom x'jaqsmu mat-turisti? Kemm fil-fatt hemm membri tal-korp li jitkellmu b'lingwa barranija? Jista' jindika liema lingwa jitkellmu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Korp tal-Pulizija minn żmien għal żmien kien joffri taħriġ f'lingwi barranin, lil dawk il-membri tal-Korp li jkollhom ix-xewqa li jitgħallmu lingwa barranija fuq bażi volontarja. Pero' minħabba nuqqas ta' konkorrenza dan it-taħriġ ma baqax ikun organizzat mill-Korp, għalkemm kull membru tal-Korp jista' jitlob sabiex jattendi korsijiet f'lingwi barranin organizzati mill-iStaff Development Organization fl-uffiċju tal-Prim Ministru. Infurmat ukoll illi fil-preżent hemm 905 membru tal-Korp li jafu lingwa barranija, fosthom Taljan, Franċiż, Għarbi, Ġermaniż u Spanjol.

Għalliema — Warrant

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema li għandhom warrant mogħtija mill-Monitoring Board biex igħallmu biss il-lingwa Ingliża lill-barranin? Dan ikun wieħed temporanju?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li b'kollox hemm 2,332 għalliem li għandhom warrant mogħti mill-EFL Monitoring Board, sabiex jgħallmu l-Ingliz bħala Lingwa Barranija. Dan il-warrant ikun wieħed temporanju.

Public Accounts — Pensjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-pensjoni tal-Public Accounts tiżdiedx jew tibqa' kif tkun? Jista' jgħid ukoll jekk il-gvern hux qed jikkonsidra li jagħti xi żieda għal din il-pensjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jiċċara il-mistoqsija tiegħu.

Riżultati ta' SEC u MATSEC

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li joħorġu r-riżultati tas-SEC u tal-MATSEC? Jista' jgħid kemm-il student talab li jirċievi r-riżultat permezz ta' sms?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li huwa maħsub li r-rizultati tal-livell tas-SEC u taċ-Ċertifikat tal-Matrikola joħorġu f'nofs Lulju. Informat ukoll li kien hemm 10,792 student li talbu biex jirċievu r-rizultat ta' l-ezami permezz ta' sms. Minn dawn hemm 7,390 li resqu għall-ezami tas-SEC u 3402 li resqu għal xi ezami fil-livell taċ-Ċertifikat tal-Matrikola. B'kollox dawn jagħmlu 91.8% tal-kandidati kollha li resqu għal dawn l-ezamijiet.

Politika Nazzjonali taz-Zgħażagħ

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26403, dan ifisser li l-Politika Nazzjonali taz-Zgħażagħ tinsab biss fuq il-karta? Jekk dan huwa fin-negattiv, jista'jgħid xi twettaq minnha b'mod konkret issa li suppost qed tiġi riveduta?

Response (GALEA, LOUIS)

Nissuġerixxi l-Onor. Interpellant li kull ma jrid jagħmel biex ikun jaf xi twettaq mill-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ hu li oġġettivament jeżamina t-twettiq tal-politika u l-miżuri tal-Gvern fl-oqsma ta' l-Edukazzjoni, tas-Saħħa, tax-Xogħol, tal-Kultura, ta' l-Ambjent, tat-Teknoloġija tal-Kommunikazzjoni u Informazzjoni u tal-ħidma kollha tal-Gvern li jew direttament jew indirettament qed iġġib benefiċċji kbar għaż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin. Trid tkun tassew preġudikat biex taħseb li l-politika taż-żgħażagħ hi 'biss fuq il-karta'.

Riżenji

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'riżenji kien hemm fid-dekasteru tiegħu minn wara l-elezzjoni tas-sena 2003 sal-lum? Min kienu l-persuni li rriżenjaw u meta? X'kienu r-raġunijiet li taw għar-riżenja tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Ġejt mitlub nistieden l-Onor. Membru jippreċiza għall-liema tip ta' rizenja qed jirreferi.
Leg 10 PQ #26706 Sitting 547 2007-07-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Riżenji

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'riżenji kien hemm fid-dekasteru tiegħu minn wara l-elezzjoni tas-sena 2003 sal-lum? Min kienu l-persuni li rriżenjaw u meta? X'kienu r-raġunijiet li taw għar-riżenja tagħhom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant hija kif tidher fit-tabelli li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra

Skejjel ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inbnew skejjel ġodda tal-gvern mill-1987 sal-lum, sena b'sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li meta ġiet fondata l-FTS, inbniet l-iskola sekondarja tas-subien f’Ħal Kirkop. Bħalissa qiegħdha titlesta l-iskola f'Ħal Qormi u qiegħed isir xogħol ta’ kostruzzjoni fuq skola ġdida sekondarja fil-Verdala, Cospicua. Ser jibda x-xogħol ukoll fuq tliet skejjel ġodda oħra, waħda fil-Mosta, f'Għawdex u F'Pembroke. Tagħrif dwar il-perjodu preċedenti għadu qed jinġabar.

Skejjel statali — Xogħlijiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 26369, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ma elenkax jew ma poġġiex l-informazzjoni kif mitluba fuq il-mejda tal-Kamra dwar xogħlijiet li qed isiru fl-iskejjel?

Response (GALEA, LOUIS)

F'kull kaz ta' xogħol fl-iskejjel, meta x-xogħol jibda, jingħata tagħrif pubbliku tal-progress li jkun qed isir.

Bini ta' ġibjuni taħt l-art

Question

Peress li kull darba li tagħmel ix-xita qawwija bħalma ġara dan l-aħħar ħafna triqat isiru perikolużi, jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-gvern biex jipprova jtaffi dawn il-problemi bħal bini ta' ġibjuni taħt l-art u tindif aktar sikwit ta' culverts fi triqat prinċipali?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi il-Ministeru għandu sezzjoni ta’ tindif u tiswija ta’ culverts li hemm fit-toroq arterjali li tagħmel xogħol ta’ manutenzjoni u tindif fuq bażi regolari matul is-sena kollha. Din is-sezzjoni izzid l-interventi tagħha fil-perjodu ta’ l-aħħar xhur tas-sajf qabel ma jibda l-istaġun tax-xita. Il-Ministeru qiegħed jieħu ħsieb biex isaħħaħ din is-sezzjoni b’aktar nies u inġenji ġodda u b’hekk ikun jista’ ilaħħaq ma’ l-ammont ta’ toroq prinċipali ġodda li qegħdin jinfetħu u li fihom qiegħed ikun inkluż il-bini ta’ culverts u wkoll, f’ċerti każi, ġibjuni. Barra minn dan, dawn l-aħħar snin il-Ministeru kien għaddej fuq xogħol ta’ bini, studji u tfassil ta’ disinji u kuntratti għal sensiela ta’proġetti għal kontra l-għargħar. Fost dawn qieħed insemmi l-proġett tal-korsa ta’ l-ilma bejn Ħal Qormi u l-Marsa. Saru il-preparamenti għall-proġett ta' kanal kbir f’Burmarrad kif ukoll l-proġett tal-mini għal B’Kara-Msida li ser jiswa madwar Lm30 miljun. Inbdew ukoll diversi studji u xogħol ta’ disinn u preparamenti għall-ħruġ ta’ permessi tal-MEPA fuq diversi proġetti oħra għal kontra l-għargħar. Dawn huma: · Ħaż-Żabbar/Wied il-Għajn - tħaffir ta’ 1.75km ta’ mini minn Ħaż-Żabbar sax-Xgħajra · Żurrieq - tħaffir ta’ mini u bini ta’ culverts u ġibjun · Żebbuġ - tħaffir ta’ mini u bini ta’ culverts · Wied Għollieqa/Gżira - tindif ta’ Wied Għollieqa u tiswija ta’ lqugħ u bini ta’ culverts ġodda kif ukoll bini ta’ ġibjun fil-Gżira · Ħal Safi - bini ta’ culvert bejn Ħal Safi u l-mina ta’ Ħal Kirkop · Magħtab - bini ta’ ġibjun · Birżebbuġia - bini ta’ culverts u lqugħ ta’ l-ilma · Fgura - tkabbir ta’ l-ilqugħ ta’ l-ilma li hemm f’Wied Blandun, kif ukoll bini ta’culvert · Pembroke - bini ta’ sistema ta’ culverts · Ħal Għaxaq - tkabbir ta’ culverts eżistenti u bini ta’ waħda ġdida ħdejn il-ground tal-football B’ko-ordinazzjoni mal-Water Services Corporation, il-Ministeru qiegħed ukoll jasisti fi tħejjija ta' Storm Water Masterplan għal Malta u Għawdex li ser ikun lest fix-xhur li ġejjin u li jservi ta’ bażi għal ippjanar u bidu ta’ xogħol ieħor fir-rigward tal-problema ta’ l-għargħar.

Ħsarat wara l-maltemp

Question

Wara l-maltemp li għamel ftit jiem ilu jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' ħsarat fit-toroq f'Malta u Għawdex? F'liema toroq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Din ir-risposta hija ssugerita:- L-informazzjoni mitluba mill-Onerevoli Nterpellant qed titpogga fuq il-mejda tal-Kamra.

STI

Question

Fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati każi ta' STI - mard li jittieħed mis-sess? Jista' jgħid ukoll kemm mill-każi kienu jinvolvu nisa u rġiel u kemm kienu ta' nazzjonalita' barranija?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba dwar in-numru ta' każijiet rappurtati ta' STI fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena huma kif jidhru fit-tabella hawn taħt. It-tabella turi wkoll kemm mill-każijiet kienu jinvolvu nisa u rġiel u kemm kienu ta' nazzjonalita' barranija. STI Totali (sal- 31/05/2007) Irġiel Nisa Mhux residenti* Chlamydia 26 18 8 - Gonorrhoea 28 22 6 2 Latent Syphilis 7 4 3 - Primary Syphilis 1 1 - 1 * In-numru ta' non-residents huma nklużi fit-total.

Edukazzjoni sesswali

Question

Jaħseb il-Ministru li wasal iż-żmien li fl-iskejjel tagħna jiġi mgħallem suġġett speċifiku ta' edukazzjoni sesswali meta wieħed iqis il-permissivita' li teżisti speċjalment bejn iż-żgħażagħ? Japprezza li n-numru ta' single mothers qed jiżdied kif ukoll mard mis-sess eċċ?

Response (GALEA, LOUIS)

Huwa fatt li l-edukazzjoni sesswali qed tiġi mgħallma bħala parti mill-lezzjoni tal-PSD fil-gzejjer Maltin u Għawdxin. Barra minn hekk fid-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni hemm numru ta' għalliema li qed jagħmlu xogħol biex joħolqu awareness dwar l-issues imsemmija li jikkumplimentaw it-tagħrif li jingħata fil-lezzjonijiet tal-PSD kemm fis-settur tal-primarja u kif ukoll fis-settur sekondarju. Dawn huma wkoll megħjuna minn aġenziji u kif ukoll mill-Health Promotion Unit tad-Divizjoni tas-Saħħa.

Żvilupp Urban u Toroq — Bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet imwaqqfa mill-gvern li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu? X'inhu n-numru ta' nisa u ta' rġiel li huma membri ta' dawn il-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet? Jista' jagħti din l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li għandhom inqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-ADT għandha Board ta' Diretturi skond l-Att Numru 332 tal-liġijiet ta' Malta. Dan jikkonsisti f'Chairman, Deputy Chairman, 4 membri u Segratrju. :Sitta minnhom huma irġiel u waħda hija mara li għandha bejn it-30 u l-45 sens. Tlieta mill-irġiel għandhom bejn it-30 u l-45 sena u t-tlieta l-oħra għandhom il fuq minn 46 sena. Barra minn hekk hemm Vintage Cars Board li għandu id-Direttorat tal-Licenzji u Testjar cioe il-Vintage & Classic/Veteran Vehicles. Dan hu kompost minn sitt irġiel li wieħed għandu bejn it-30 u l-45 sena u l-oħrajn għandhom il fuq minn 46 sena. L-aħħar bord li għadu kif ġie mmawaqqaf hu tal Control Vehicular Access (CVA). Dan għandu tlett membri rġiel; tnejn fuq is-64 sena; u wieħed bejn it-30 u l-45 sena. Il-Ministeru/Dipartiment għandu dawn il-Bordijiet: Negotiating Board - Dock No. 1 li huwa kompost minn Chairman, sitt membri u segratarju. Il-membri ta' dan il-bord huma kollha rħiel. Sitt membri għandhom il-fuq minn 46 sena u zewġ membri għandhom bejn it-30 u l-45 sena. Negotiating Board - Ta'Qali Convention Centre Dan il-bord huwa iffurmat minn Chairman u ħames membri. Dawn huma kollha rġiel. Ħamsa minnhom għandhom il-fuq minn 46 sena u wieħed għandu bejn il-30 u l-45 sena.