Legislature:
Category:
Reset
Active:

Home help — Tindif

Question

Minhabba li rċevejt xi lmenti mingħand xi anzjani, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-part-time social assistants li jaghmlu home help bħala parti mix-xogħol tagħhom għandhomx inaddfu anke l-parapett li jifforma parti mid-dar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-linja gwida tal-Home Help fis-sezzjoni ta' Xogħol Domestiku Numru 2 jispeċifika u nikwota "Xogħol ta' tindif fuq barra għandu jsir il-bieb ta' barra u tindif ħafif tal-bitħa". Dan ma jinkludix parapetti jew drive in.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Bozoz energy savers

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk fil-ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tagħha hux qed isir użu minn bozoz energy savers? Tista' tgħid kemm qed isir użu minnhom bejn wieħed u ieħor bħala persentaġġ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #27333 Sitting 557 2007-10-01 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Bozoz energy savers

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk fil-ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tagħha hux qed isir użu minn bozoz energy savers? Tista' tgħid kemm qed isir użu minnhom bejn wieħed u ieħor bħala persentaġġ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li tidher hawn taht.
Leg 10 PQ #27615 Sitting 557 2007-10-01 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Miġja ta' Silent Warriors

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi aġenti u/jew kumpaniji li kellhom x’jaqsmu mal-miġja ta-‘Silent Warriors” miċ-Ċina għal Malta? Jekk fl-affermattiv, jista’ l-Ministru jgħid x’kien it-tip ta’ xogħol li kull wieħed/waħda minn dawn l-aġenti/jew kumpanniji għamlu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża sabiex dawn is-‘Silent Warriors’ inġiebu Malta? Jista’ jgħid u jikkwantifika jekk kienx hemm profitti minn Heritage Malta in konnessjoni ma’ l-istess wirja?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illli ma kien hemm ebda aġenti involuti fil-ftehim li sar biex tinġieb il-wirja tas-Silent Warriors miċ-Ċina. Il-ftehim beda wara mawra li kont għamilt fiċ-Ċina segwita minn żjara oħra ta’ Dr Mario Tabone bħala mistieden tal-Gvern Ċiniż, meta ltaqa’ ma’ l-awtoritajiet tal-mużew fiċ-Ċina. Minn dakinhar ’il quddiem il-kuntatti kollha saru direttament bejn Heritage Malta u l-awtoritajiet Ċiniżi. Ġie rreġistrat profitt sostanzjali minn din il-wirja, li se jiġi investit fil-wirjiet permanenti u l-mużewijiet u s-siti ta’ Heritage Malta.
Leg 10 PQ #27616 Sitting 557 2007-10-01 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Xogħlijiet ta' Caravaggio

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u/jew jikkonferma jekk kienx hemm xi aġenti u/jew kumpanniji nvoluti fil-miġja ta’ xogħlijiet ta’ Caravaggio li se jiġu esibiti f’Malta? Jekk fl-affermattiv, jista’ l-Ministru jghid x’kien it-tip ta’ xogħol li kull wieħed/waħda minn dawn l-aġenti/jew kumpanniji għamlu jew se jagħmlu in konnessjoni ma’ din il-mawra?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li Heritage Malta kellha aġent wieħed barra minn Malta li l-inkarigu ewlieni tiegħu kien li jistabbilixxi kuntatt mad-diversi mużewijiet u proprjetarji privati sabiex dawn isellfu l-kwadri tagħhom għal din il-wirja. Nifhem li dan l-istess aġent (RomArtificio) kellu l-aġent tiegħu f'Malta.

Bdil ta' uniformijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu dawk l-iskejjel li bidlu l-uniformi tagħhom fil-bidu tas-sena skolastika li bdiet? X’kienu r-raġunijiet għal dan? Jista’ jgħid jekk jingħatawx konsiderazzjonijiet għall-familji li mhux dejjem ikunu jistgħu jħallsu għall-uniformijiet ta’ wliedhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskola Primarja tal-Baħrija inbidlet l-ingravata u dan għax kien spiċċa l-istokk. Fl-iskola Primarja ta' Ħal-Tarxien il-Year 1 biss biddel l-uniformi għax il-Kunsill ta' l-Iskola xtaq jagħti identita ġdida lill-iskola. Fl-iskola ta' Sta Venera Boys Junior Lyceum saret uniformi ġdida peress li l-iskola hija ġdida wkoll. Fl-iskola ta' San Benedittu BSS/BJL żdiedet il-beritta, dan sar bl-approvazzjoni tal-Kunsill Skolastiku fuq rakkomandazzjoni tal-Health and Safety. Fl-iskola ta' St Julian's kull ma nbidel hu l-qalziet, l-culottes u Tshirt tal-PE kit.
Leg 10 PQ #27618 Sitting 557 2007-10-01 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Pajjiżi li żar il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu dawk il-pajjizi li żar minn meta ħabbar li se jikkontesta għal Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth sal-lum? Kemm kienet l-ispiża f’kull każ u kemm kien hemm persuni li akkumpanjawh f’kull żjara u min kienu?

Response (FRENDO, MICHAEL)

It-tagħrif dwar żjarat konnessi mal-kandidatura Maltija għall-kariga ta' Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth ser jingħata f'laqgħa apposta tal-Kumitat Permanenti tal-Kamra dwar l-Affarijiet Ewropej u Barranin.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Bozoz energy savers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu hux qed isir użu minn bozoz energy savers? Jista' jgħid kemm qed isir użu minnhom bejn wieħed u ieħor bħala persentaġġ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li qed isir użu minn bozoz energy savers minn dawn l-entitajiet kif ġej: Malta Standards Authority 10% Malta Maritime Authority 90% Malta Communications Authority 65% kif ukoll 50% mill-bozoz li jexegħlu l-kuriduri tad-Diviżjoni tal-Kummerċ.

Riżorsi u Infrastruttura — Bozoz energy savers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu hux qed isir użu minn bozoz energy savers? Jista' jgħid kemm qed isir użu minnhom bejn wieħed u ieħor bħala persentaġġ?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li l-policy tat-Taqsima tax-Xogħolijiet u dik tas-Servizzi hi li fejn hemm bozoz jew spotlamps li jistgħu jinbidlu f'bozoz energy savers mingħajr ma jkun hemm il-ħtieġa li jinbidlulhom ukoll l-fittings tad-dawl tagħhom, dawn jiġu mibdula. Mill-banda l-oħra, fil-każ tat-tubi, l-policy hi li meta kemm it-tubu kif ukoll il-fitting ma jibqgħux jiffunzjonaw jinbidlu m'oħrajn li jkunu energy savers. S'issa l-persentaġġ ma jaqbiżx il-ħamsa fil-mija.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Bozoz energy savers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu hux qed isir użu minn bozoz energy savers? Jista' jgħid kemm qed isir użu minnhom bejn wieħed u ieħor bħala persentaġġ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tinsab hawn taħt: Sptar Mater Dei Il-maġġoranza tal-lampi huma jew energy saving jew inkella huma kkontrollati minn electric ballasts li jnaqqsu d-domanda ta' enerġija elettrika. F'ħafna miż-żoni l-oħra (showers, toilets, kuriduri) id-dawl jinxtegħel awtomatikament minn sensors kif il-persuna tkun preżenti. Dipartiment Kura Primarja tas-Saħħa Il-policy tad-Dipartiment hi li gradwalment il-bozoz kollha, fejn dan hu teknikament prattiku, ser jinqalbu bħala energy savers. Meta jinfetħu Ċentri tas-Saħħa ġodda dawn qed jiġu attrezzati mill-ewwel bill-bozoz energy savers. Ċentri tas-Saħħa oħra li għandhom kmamar jew daħliet li jibqgħu mixgħula għal ħinijiet twal diġa' twaħħlu energy saving bulbs. Bejn wieħed u ieħor fiċ-Ċentri tas-Saħħa qed jintużaw 20% ta' bozoz li huma energy savers. Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita' Il-persentaġġ ta' bozoz ta' energy savers huwa kif ġej: Dar għall-Anzjani tal-Gżira, Msida u Mosta - 0% - 5% Dar għall-Anzjani tal-Floriana, Mtarfa, Bormla u Zejtun - 75% - 85% Residenza ta' San Vinċenz de Paul - 10% Sptar Monte Carmeli Qed isir użu minn bozoz energy savers u dan jammonta għal 10%. Dipartiment tas-Saħħa Pubblika Hemm madwar 10% tal-bozoz użati li huma energy savers. Dan l-ammont huwa mistenni li jiżdied matul iż-żmien.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Bozoz energy savers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu hux qed isir użu minn bozoz energy savers? Jista' jgħid kemm qed isir użu minnhom bejn wieħed u ieħor bħala persentaġġ?

Response (GATT, AUSTIN)

Iva il-bozoz energy savers jiġu wżati fil-Ministeru tiegħi, anki jekk il-persentaġġ huwa zgħir imħabba l-fatt li l-uffiċjini huma kważi kollha mgħammra bit-tubi u mhux bil-bozoz.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Bozoz energy savers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu hux qed isir użu minn bozoz energy savers? Jista' jgħid kemm qed isir użu minnhom bejn wieħed u ieħor bħala persentaġġ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru tiegħi qed juża bozoz energy saving kull fejn isir xogħol ġdid, bħal fid-Direttorat ta’ l-Affarijiet ta' l-EU, fil-Microvinification Laboratory u fl-uffiċċju tal-Crop Husbandry. Barra minn dan, it-tubi ta' l-uffiċini kollha tal-bini tal-Ministeru nbidlu għal tubi ta’ tip energy efficient li jiffrankaw sa massimu ta’ 50% enerġija elettrika. Il-mira tal-Ministeru hija li fi ftit żmien jinbidlu l-istallazzjonijiet kollha elettriċi għal sistemi li jiffrankaw l-enerġija. Sal-lum il-Ministeru diġà bidel bejn 40% u 50% tal-bozoz kollha għat-tip energy saving .

Żvilupp Urban u Toroq — Bozoz energy savers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu hux qed isir użu minn bozoz energy savers? Jista' jgħid kemm qed isir użu minnhom bejn wieħed u ieħor bħala persentaġġ?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Infurmat li fil-prezent, fil-Ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu, mhux qiegħed isir uzu minn bozoz energy saving, peress li jintuzgħu neon daylight tubes.

ITS — Smart card

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li studenti li jattendu l-ITS ma jieħdux l-ismart card ukoll? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li din tibda tingħatalhom bħal studenti oħra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li studenti li jattendu l-ITS jirċievu stipendju imma mhux bis-sistema ta' l-iSmart Card madankollu l-istudenti li jattendu l-ITS fl-iskema Extended Skill Training Scheme għandhom l-iSmart Card.

OPM — Bozoz energy savers

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk fil-ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu hux qed isir użu minn bozoz energy savers? Jista' jgħid kemm qed isir użu minnhom bejn wieħed u ieħor bħala persentaġġ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li fil-Ministeru u fid-Dipartimenti li jaqgħqu taħt ir-responsabbiltà tiegħi jintużaw bozoz energy savers kif ukoll dawl tan-neon li jaħli anqas elettriku minn bozoz normali. Fir-rigward ta’ persentaġġ ta’ Bozoz Energy Saving, il-persentaġġ fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru huwa ta’ 63% waqt li dak fid-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni hu ta’ 22%.

Ġustizzja u Intern — Bozoz energy savers

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk fil-ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu hux qed isir użu minn bozoz energy savers? Jista' jgħid kemm qed isir użu minnhom bejn wieħed u ieħor bħala persentaġġ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Bozoz energy savers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu hux qed isir użu minn bozoz energy savers? Jista' jgħid kemm qed isir użu minnhom bejn wieħed u ieħor bħala persentaġġ?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li qed isir użu minn bozoz energy savers. Kull bozza li ma tibqghax tixgħel qed tinbidel ma' waħda energy saver. Informazzjoni dwar il-persentaġġ ikkalkulat ta' użu ta' bozoz ta' dan it-tip, ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #27324 Sitting 555 2007-09-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Bozoz energy savers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu hux qed isir użu minn bozoz energy savers? Jista' jgħid kemm qed isir użu minnhom bejn wieħed u ieħor bħala persentaġġ?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Iva, qed isir użu minn bozoz energy savers. Huwa kkalkulat li l-persentaġġ ta' użu ta' energy savers jammonta għal 43%.
Leg 10 PQ #27325 Sitting 555 2007-09-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Bozoz energy savers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu hux qed isir użu minn bozoz energy savers? Jista' jgħid kemm qed isir użu minnhom bejn wieħed u ieħor bħala persentaġġ?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onor interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26657.

Skejjel — Kapijiet

Question

Issa li ntemmet is-sena skolastika, jista' l-Ministru jelenka liema huma dawk l-iskejjel li m'għandhomx kap ta' skola u dawk li m'għandhoxm assistenti kapijiet ta' l-iskola? Kemm saru applikazzjonijiet għall-mili ta' dawn il-postijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-iskejjel kollha għandhom Kap jew Aġent Kap inkarigat mit-tmexxija tagħhom u f'kull skola illum hemm in-numru meħtieġ ta' Assistenti Kapijiet.