Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn skejjel għal tfal bi bżonnijiet speċjali u kemm hemm klassijiet f'kull waħda minn dawn l-iskejjel? Jista’ jgħid ukoll kemm qed jattendu studenti fihom separatament?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li hawn 6 Skejjel Speċjali. Helen Keller, San Miguel, Guardian Angel u Dun Manwel Attard li huma fin-Network u t-tnejn l-oħra huma Mater Dei School u St Patrick's Crafts Centre.
Informat ukoll li n-numru ta' klassijiet u ta' studenti huwa hekk :-
Skola Numru ta' klassijiet Numru ta' Studenti
Helen Keller 5 25
San Miguel 6 47
Guardian Angel 11 97
Dun Manwel Attard 7 54
Mater Dei School 4 24
St Patrick's Crafts Centre. 4 38.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-lifts ta’ l-iskola Dun Guzepp Zammit Brighella, Hamrun ta’ spiss ikunu bil-ħsara minkejja li saru ftit tax-xhur ilu? Jista' jgħid jekk meta tlesta x-xogħol ġiex iċċertifikat li x-xogħol sar tajjeb u ma kienx fih difetti? Kemm ġew iqumu flus dawn il-lifts u min kien il-kuntrattur li għamilhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ż-żewg lifts f’din l-iskola ġew kommissjonati u ċertifkati mill-Inginier konċernat fil-23 ta’ Marzu, 2004, aktar minn tliet snin ilu. Informat ukoll li l-problemi li ġew rapporti ġew solvuti. Ix-xogħol sar permezz ta’ tender mill-kuntrattur Elmain Ltd. u ġie jiswa LM 18,030.22.
Jista’ l-Prim Ministru jikkonsidra li ċekkijiet ta’ rifużjoni mill-income tax dwar studenti li jattendu skejjel privati u li normalmaent jinħarġu fuq il-missier jibdew joħorġu kemm fuq il-missier kif ukoll fuq l-omm ħalli jkunu jistgħu jissarfu minn xi ħadd minnhom u mhux bilfors mill-missier biss u dan speċjalment fejn iż-żewġ persuni jkunu qed jaħdmu u allura jħallsu t-taxxa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 25827.
Jista’ l-Viċi Prim Ministru jgħid fl-ewwel disa’ xhur tas-sena kemm inqabdet droga u ta’ liema tip kienet? Kemm-il persuna tressqet il-qorti fl-istess żmien? Kemm minnhom kellhom anqas minn 21 sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2007, kien hemm 334 persuna li ġew imressqa l-Qorti mill-Pulizija fuq akkużi relatati ma' droga, li minnhom 72 kellhom anqas minn 21 sena. Infurmat ukoll illi l-ammont ta' droga maqbuda mill-Pulizija matul l-istess perijodu huwa kif ġej:-
Cocaine
3kg 140.7grms
Heroin
2kg 525.123grms
Cannabis resin
2kg 249.12grms
Cannabis grass
41.45grms
Cannabis seed
183 seeds
Cannabis plant
75 plants
Ecstacy
30,175 tablets
BZP
62 tablets
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 27626, jista' l-Ministru jgħid kemm-il żjara saret mill-1 ta’ Jannar 2007 u f’liema skejjel? Instabu xi nuqqasijiet? Jekk iva, x’kienu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li din is-sena rapprezentanti tal-Bord zaru l-annexes ta' l-iskejjel kollha li huma liċenzjati, kif ukoll l-iskejjel li joperaw fis-sajf biss, ħalli jaraw kif kienu mmexxijin. Iz-zjajjar lill-iskejjel liċenzjati li joperaw matul is-sena kollha għadhom għaddejjin.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 27622, wara l-ittri kollha u ilmenti dwar xorb minn żgħażagħ Maltin u barranin taħt l-eta` f’diversi postijiet ta’divertiment f’Malta u f’Għawdex, jista’ l-Viċi Prim Ministru jara x’jista’ jsir biex il-liġi tiġi nfurzata?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija ser tkompli issaħħaħ l-ispezzjonijiet tagħha kontra dan l-abbuż.
Jista’ l-Ministru jgħid liema kien l-aħħar rapport dwar l-eżami tal-Junior Lyceum li ġie ppubblikat? Meta huwa mistenni li jiġi ppubblikat ir-rapport li jmiss?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-aħħar rapport li ġie ppublikat dwar l-ezami tal-Junior Lyceum huwa dak ta' l-2006. Dawn ir-rapporti jiġu ppublikati kull sena fix-xahar ta' Novembru.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu jew ser jittieħdu kontra dawk l-importaturi tal-mediċini li rriżulta li kienu qed ibiegħu mediċini bil-għoli? Ser jittieħdu passi legali kontra dawk li abbużaw u allura kienu qed jisolħu lil min bilfors irid juża dawn il-mediċini?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Peress li l-prezzijiet tal-mediċini fuq is-suq privat mhumiex responsabilta' ta' dan il-Ministeru, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Applikazzjoni għal assistenti kapijiet — Riżultati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx ippubblikati r-riżultati ta’ dawk li applikaw għal assistenti kapijiet? Jekk le meta ser jiġu ppubblikati? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew maħtura / appuntati Assistenti Kapijiet minn dawk li kienu applikaw, min huma u f’liema skola ġew mibgħuta? Kemm hemm jew kien hemm vakanzi għal Assistenti Kapijiet u jekk ġewx mimlija kollha?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li r-riżultati tal-intervisti għall-Assitenti Kapijiet jiġu ppubblikati mill-Public Service Commission wara li jsiru r-rakkomandazzjonijiet lill-MPO. S’issa ħadd għadu ma ġie appuntat Assistant Kap. Hija l-prassi li biex skola jkollha l-complement meħtieġ fit-tmexxija, għalliema jintalbu jagħmlu xogħol amministrattiv biex jgħinu l-Kap ta’ l-iskola.
Jista’ l-Ministru jgħid min iffinanzja l-attivita` li ttellgħet f’Malta dan l-aħħar f’isem l-Akkademja tal-Mużika u li kienet tinvovli lil Mro Muti u l-orkestra tiegħu, kantanti solisti u kor, kif ukoll crew televiziv? Kemm inbiegħu biljetti għall-kunċert li sar f’Dar il-Mediterran, kemm daħlu flus minn dan il-Kuncert u s-Seminar li ta Mro Muti u fejn marru l-flus li daħlu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-attivita' li kienet tinvolvi l-Maestro Muti u l-orkestra tiegħu, u li kienet tikkonsisti mhux biss f'kunċert iżda wkoll workshops, ġiet iffinanzjata mill-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura. L-ammont ta' flus mill-bejgħ tal-biljetti jammonta għal Lm4,000 u dawn ser jintużaw biex jitħalsu parti mill-ispejjeż involuti.
Jikkonferma l-Ministru li Heritage Malta se jkollha tħalli l-uffiċċji tagħha fl-Universita` l-Qadima ġewwa l-Belt Valletta? Jekk fl-affermattiv, għaliex u fejn se tittrasferixxi ruħha?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi f'dan l-istadju m'hemm l-ebda pjan biex Heritage Malta tħalli l-uffiċċji tagħha fl-Universita' l-Qadima.
Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar l-użu li beħsiebha tagħmel l-Universita` ta’ Malta mill-bini tal-Universita` l-qadima fil-Belt Valletta?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li hemm il-ħsieb li din is-sede tiġi użata biex minn hemm jiġu mgħallma l-programmi internazzjonali ta' prestiġju ta' l-Universita', partikolarment dawk mibnija bħala joint-ventures bejn l-Universita' ta' Malta u universitajiet internazzjonali. Dan l-aħħar ġew akkomodati fiha l-kumpaniji ta' l-Universita' biex ikunu jistgħu jaħdmu mill-qrib ma' l-amministrazzjoni tal-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali f'dak li jirrigwarda l-organizzazzjoni ta' korsijiet qosra, konferenzi u affarijiet oħra bħal konferenzi. L-għan ta' dan il-bini antik hu li jerġa jsir is-sede prinċipali ta' prestiġju għall-Universita', post ta' studju u riċerka f'oqsma li jmissu l-iżvilupp soċjo-ekonomiku ta' pajjiżna fl-isfond ta' żviluppi internazzjonali.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jiġi ppubblikat ir-rapport bir-rakkmandazzjonijiet dwar l-eżami tal-Junior Lyceum u l-Common Entrance? Meta kien maħsub li jiġi ppubblikat?
Response (GALEA, LOUIS)
Ir-rapport imsemmi għadu qed jiġi evalwat mill-Ministeru filwaqt li qed isiru t-tħejjijiet għall-pubblikazzjoni tiegħu.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru totali ta’ studenti li ngħataw permess li jispiċċaw mill-iskola qabel iż-żmien fis-sena skolastika li għaddiet? Kemm kienu subien u kemm bniet? X’kienu r-raġunijiet prinċipali?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' studenti li ngħataw permess li jispiċċaw mill-iskola qabel iz-zmien fis-sena skolastika li għaddiet (2006-2007) kien hekk:
Subien Bniet
Taħt is-16-il sena 21 6
Il'fuq minn 16-il sena 31 20
TOTAL 52 26
Informat ukoll li r-raġunijiet prinċipali kienu sabiex dawn ikunu jistgħu jaħdmu.
Wara li sfortunatament Malta spiċċat fl-ewwel post fl-Unjoni Ewropea b’mod negattiv bl-għola rata ta’ studenti li jitilqu mill-iskola qabel il-waqt, jista' l-Ministru jgħid x’beħsiebu jagħmel biex iħajjar l-istudenti li jkunu jridu jitilqu biex jibqgħu jistudjaw?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-fatt li llum mas-70% ta' l-istudenti qed ikomplu bl-istudju u t-taħriġ tagħhom wara li jispiċċa l-iskola sekondarja hu indikazzjoni ċara li l-miżuri u l-investiment li qed iwettaq il-Gvern fl-edukazzjoni huma fid-direzzjoni t-tajba.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intefqu flus fuq reklamar marbut ma' l-Isptar Mater Dei? Fhiex kien jikkonsisti dan ir-reklamar u min ġie mogħti dan ix-xogħol? Jista' jgħid jekk dan ingħatax b'direct order jew le?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi ma nediet l-ebda kampanja ta’ reklamar marbuta ma’ Sptar Mater Dei.
Jekk l-Onorevoli Interpellant qiegħed jirreferi għall-kampanja ta’ informazzjoni fuq il-media, dawn huma d-dettalji mitluba.
Il-kampanja ta’ informazzjoni kienet tikkonsisti f’materjal awdjoviżiv u stampat intenzjonat li jwassal informazzjoni fattwali lill-pubbliku, b’mod sempliċi.
Il-kampanja ta’ informazzjoni ġiet imfassla u attwata mid-Dipartiment tal-Kommunikazzjoni tal-Fondazzjoni għas-Servizz Mediċi. Ix-xogħol lill-media ingħata b’mod dirett mingħajr ma ġie mgħoddi minn aġenziji intermedjarji. B’hekk ġew iffrankati l-flejjes li normalment jitħallsu f’kummissjonijiet.
In-nefqa ta’ flus fuq din il-kampanja kienet tammonta għal Lm54,114.72 eskluż il-VAT, u ttieħdu minn fond allokat apposta lill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi għal dan il-għan.
Il-breakdown ta’ l-ispejjeż hija kif ġej:
1.
Programmi speċjalizzati dwar is-saħħa, fuq it-TV
-
Lm5,980.00
2.
Slots
ta’ informazzjoni fuq it-TV u r-Radju
-
Lm20,609.72
3.
Kampanja ta’ informazzjoni fuq
Billboards
-
Lm8,875.00
4.
Pubblikazzjoni dwar Mater Dei imqassma bieb bieb
-
Lm12,790.00
5.
Spazju f’publikazzjonijiet dwar il-Kura tas-Saħħa
-
Lm4,000.00
6.
Spazju f’publikazzjonijiet oħra
-
Lm1,860.00
Total
-
Lm54,114.72
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw flus rikurrenti u kapitali separatament lit-Teatru Manoel, l-MCC u St. James Cavalier? Kemm tiswa biex tikri serata f’kull teatru?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi matul l- 2006 u l-2007, Dar il-Mediterran għall-Konferenzi ma rċievitx l-ebda sussidju kemm għan-nefqa kapitali kif ukoll għal dik rikorrenti.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija minħabba li din l-informazzjoni hija ta’ natura kummeċjali u għalhekk sensittiva, il-Bord iħoss li din m’għandiex tiġi svelata pubblikament.
Lm170,000 flus rikurrenti għas-sena 2007 ingħataw lill-Fondazzjoni Ċentru għall-Kreattivita’ ta’ San Ġakbu skond il-Budget għas-sena 2007.
It-teatru ta’ St James Cavalier Centre for Creativity, jinkera skond it-tip ta’ serata, jekk tkunx kulturali, edukattiva u skond il-prezz tal-biljett ta' dħul. Il-prezz jista` ivarja minn Lm35 sa Lm50 u Lm100, (kollha exc VAT). Iżda jkun hemm okkażżjonijiet fejn it-teatru jinkera aktar jew jingħata b’xejn.
Fir-rigward tat-Teatru Manoel, ninsab infurmat illi l-inofrmazzjoni mitluba hija kif ġej:
Flus rikurrenti matul ghas- sena 2007 - Lm27,500 kull tlett xhur.
Flus kapitali s'issa ghas- sena 2007 - Lm69,126
Il-prezz ta' kemm jinkera it-teatru jiddependi fuq l-attivita' li tkun ser issir fih. Ġeneralment lill- kumpaniji teatrali lokali jinkera ghall- Lm300 il-lejl pero il-prezz jista' jkun iktar jew inqas skond in-numru ta' ljieli li tkun ser tintwera il-produzzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-infiq għall-armar fir-rovini tat-Teatru Rjal u l-postijiet oħra fejn sar il-Festival ta' l-Arti matul dan is-Sajf? Kemm kien l-infiq u min ħa t-tender għall-armar tad-dawl u l-ħoss? Kemm qam l-overtime globali u għal kull attivita? Kemm kien l-infiq fejn għandu x’jaqsam stampar, bħal programmi, tickets u ħwejjeġ oħra?
Kemm kien l-infiq għall-pubbliċita` u kif ingħatat it-
tender
għall-pubbliċita'? Kif ingħatat it-
tender
għall-Public Relations u kemm kienet l-ispiża totali? Kemm tħallsu u min kienu d-disinnjaturi, tekniċi u organizzaturi ġenerali li ma kenux parti minn kumpanniji li organizzaw is-serati?
Jista’ l-Ministru jghid ukoll kemm qamet is-sistema ta’ ticket sales u min hadimha kemm thallas? Kemm kienu s-sussidji minn entitajiet differenti?