Uffiċċju tal-Prim Ministru — xogħlijiet lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2000 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — xogħlijiet lill-kumpanija
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2000 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħol fil-perjodu msemmi lill-kumpaniji konċernati.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — xogħlijiet lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2000 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-entita' li taqa' taħtu ma taw l-ebda xogħol lill-kumpaniji msemmijin fil-mistoqsija.
Ministeru għat-Turiżmu — xogħlijiet lill-Kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2000 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma ngħata l-ebda xogħol lill-kumpanija msemmija bejn Jannar 2000 u Marzu 2013.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — xogħlijiet lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2000 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ngħata l-ebda’ xogħol lill-kumpaniji msemmija separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet u korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ ta’ dan il- Ministeru.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — xogħlijiet lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2000 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid x’wassal biex sejħa għall-offerti ntitolata 'Provision of a Call Centre Facility and Related Services for the Malta Transport Authority' li kellha tiġi ppublikata fl-2009 permezz tad-Dipartiment tal-Kuntratti qatt ma ġiet ippublikata filwaqt li jgħid x’miżuri alteranattivi ħadet l-istess Awtorità biex ipprokurat dawn is-servizzi identiċi jew simili mingħajr ebda sejħa għall-offerti? Jista' jagħti breakdown dettaljat tal-ispiża nvoluta għal tali servizzi kemm infieq inizjali u nfieq rikorrenti mil-istess sena msemmija sal-lum?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li l-amministrazzjoni preċedenti daħlet f’kuntratt mal-World Aviation Group għal servizzi ta’ call centre mingħajr sejħa pubblika abbażi tal-fatt li l-Gvern kellu sehem sostanzjali fil-kumpanija msemmija.
L-ispiża inizjali kienet ta’ €10,000 + VAT, filwaqt li l-ispiża rikorrenti hija hekk kif ġej:
2011 - € 50,397*
2012 - € 271,164
2013 - € 278,220
2014 - € 104,430**
*Novembru u Diċembru biss
** sal-lum
Dawn l-ispejjeż ikopru tmien service representatives, software relatat, taħriġ kontinwu u l-formulazzjoni ta’ service manual li jkopri ‘l fuq minn 300 servizz li toffri l-Awtorità.
Tista’ l-Ministru tagħti d-dettalji dwar jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, ingħatax xi fondi diretti mill-Kunsill Konsultattiv tal-Industrija tal-Bini (BICC) għall-perijodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar 2000 u l-31 ta’ Diċembru 2012? Jekk fl-affermattiv, tista’ tgħid għaliex kien jingħata dan il-ħlas?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor.i Interpellant li f’Jannar 2000, fil-BICC kien ġie deċiż li jiġi impjegat Communications Co-ordinator fuq bażi ta’ Retainer. Kien ġie ppublikat reklam fuq il-gazzetti li għalih ġew sottomessi disa' (9) applikazzjonijiet. Il-persuna magħżula kien l-istess individwu li għalih qiegħda ssir referenza fil-mistoqsija parlamentari.
Il-ftehim kien li dan l-individwu msemmi fil-mistoqsija parlamentari jingħata
Retainer
ta’ Lm 120 (€280) fix-xahar u ġie ingaġġat minn Frar 2000.
Minn Lulju 2001 il-ħlas mftiehem ġie miżjud għal Lm150 (€350) fix-xahar. Mir-rekords li għandha l-BICC jidher li dan l-istess l-individwu baqa’ jagħti s-servizz sa' Ġunju 2004, għalkemm ma nstabux rekords ta’ ħidma li wettaq matul dan il-perjodu.
Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jibda x-xogħol fi Triq il-Palazzi ġewwa ż-Żejtun minħabba l-istat li tinsab fih it-triq kollha kemm hi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-triq msemmija tinsab fil-lista ta’ toroq li jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ ta’ Transport Malta u għaldaqstant l-Awtorita’ tagħmel xogħlijiet skont il-prijoritajiet li jirriżultaw. Din fil-fatt hija waħda mill-prijoritajiet li ser issir fil-futur qrib.
Iż-Żejtun – Triq il-Ħerba – trakk taċ-ċilindri tal-gass
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari W198, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi minħabba li jidher li hemm ċertu persuni li huma ’l fuq mil-liġi minkejja li l-pulizija marru fuq il-post? X’azzjoni ttieħdet mill-pulizija u l-awtoritajiet ikkonċernati ħalli l-inkonvenjent u fuq kollox il-periklu fuq il-post ma jibqax?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara il-mistoqsija parlamentari il-pulizija flimkien ma’ membri tal-Awtorita Maltija tar-Rizorsi (Malta Resources Authority) għamlu spezzjoni fuq il-post indikat. F’din l-okkażżjoni instab li trakk tal-persuna kkonċernata kien qiegħed ipparkjat f’żona privata li hi propjeta tiegħu stess u l-Awtorita kkonfermat li dan ma kienx qed jikser l-ebda liġi minn tagħhom.
Saret tfittxija oħra fil-garage ta’ l-istess individwu fejn instab li kellu tlett ċilindri ta’ tnax il-kilo mimlija u ħamsa oħra ta’ qies differenti, li kienu vojta. Hawn ukoll l-MRA ikkonfermat li kien hemm bżonn permess biex jinbiegħu ċilindri tal-LPG u is-sid ġie infurmat li setgħa jżomm biss sitt ċilindri tal-LPG f’dar, kemm mimlija kif ukoll vojta.
Biex jiġi żgurat li ma jkunx hemm kontravenzjonijiet il-pulizija se tkompli bil-patrols tagħha f’din iż-żona.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari W214, jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx tali konsultazzjoni u x’ġara? X’passi se jittieħdu issa ħalli l-one way tiġi tagħmel sens?
Response (MIZZI, JOE)
Jien infurmat li l-Awtorita’ tat-Trasport kitbet lil Kunsill Lokali taż-Żejtun dwar il-każ fit-22 ta’ Mejju. L-awtorita’ qed tistenna risposta.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-task forms tal-ħaddiema tal-IPSL li hemm fil-kunsilli ta’ Hal Lija, il-Fgura, H’Attard, il-Marsa u s-Siġġiewi għal dawn il-ġranet bejn nhar it-Tnejn 25 ta’ Novembru u nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Diċembru 2013?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l- Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-Belt Valletta — Venda tat-trasport Pubbliku - kiosks
Question
Jista’ l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra b’liema proċess kienu ġew allokati l-kiosks il-ġodda li hemm fil-venda tat-trasport pubbliku fil-Belt Valletta u jekk il-kiosks l-antiki kellhomx jiġu vakati wara dan il-proċess?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li bħala parti mit-tisbieħ tal-Pjazza tat-Tritoni fejn kien hemm il-venda tat-trasport pubbliku ġewwa il-Belt Valletta, l-allokazzjoni tal-gabbani il-ġodda kienet saret mill-amministrazzjoni preċedenti, b'taħdidiet li kienu saru mal-operaturi u l-GRTU. B’dan il-ftehim, l-istess operaturi kienu ġew offruti sabiex jażlu waħda minn tlett skemi bħala kumpens, li kienu :
· Li tittieħed waħda mis-sitt gabbani ġodda li nbnew fil-venda l-ġdida fil-Belt Valletta;
· Li jingħataw kumpens ex gratia ta’ €50,000;
· Li tittieħed waħda mill-gabbani l-ġodda li kien hemm ipproġettati li jinbnew fit-tieni fażi tal-proġett ta’ tisbieħ tal-Pjazza Tritoni. Dan jekk il-MEPA tapprova dan il-proġett u suġġett għall-evalwazzjoni li qiegħda issir mill-Ministeru tat-Trasport u Infrastruttura. Fin-nuqqas li l-proġett jiġi approvat u l-gabbani ma jinbnewx, l-operaturi ta’ dawn il-gabbani jingħataw kumpens ex gratia ta’ €50,000.
Infurmat ukoll li sitta minn dawn l-operaturi kienu għazlu l-ewwel skema u għalhekk huma ġew allokati gabbana ġdida fuq it-terminus il-ġdid.
Il-ftehim kien jistipula li ġaladarba dawn l-operaturi jiġu allokati l-gabbana l-ġdida, dawn kellhom wara perijodu taż-żmien, joħorġu mill-gabbana l-antika.
Peress li kien hemm xi diffikultà sabiex titwassal il-provvista tal-elettriku u l-ilma lil l-istess gabbani, l-operaturi ma setgħux jibdew joperaw mill-gabbani il-ġodda fid-data stipulata fil-ftehim iżda bdew joperaw xi xhur wara.
Transport Malta qiegħdha tieħu il-passi neċessarji sabiex din is-sitwazzjoni tiġi regolarizzata.
Il-Belt Valletta — Venda tat-trasport Pubbliku - kiosks
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħarraf lil din il-Kamra jekk kienx hemm min ħa kumpens biex jivvaka l-kiosks antiki fil-venda tat-trasport pubbliku fil-Belt Valletta u min għadu jopera l-kiosks l-antiki għandux titolu biex jibqa’ jokkupa l-kiosks?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kirjiet kollha tal-kjosks antiki fil-venda tat-trasport pubbliku fil-Belt Valletta ġew kollha itterminati minħabba l-proġett tad-Daħla tal-Belt u t-Terminus. Dwar l-ewwel parti tad-domanda, n-negozjati li kien hemm mal-persuni li joperaw dawn il-kjosks kienu jitmexxew mill-Ministeru tal-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni ta’ dak iż-żmien, u għaldaqstant nitlob lill-Onor. Membru biex jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — xogħlijiet lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9652 u jgħid x’xogħol ingħata mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bejn l-2004 u Marzu 2013? Jista’ jgħid għal kull każ, jekk ix-xogħol ingħatax b’direct order jew tender u kemm kienet l-ispiża għal kull każ?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — xogħlijiet lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9660 u jgħid x’xogħol ingħata mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bejn l-2004 u Marzu 2013? Jista’ jgħid għal kull każ, jekk ix-xogħol ingħatax b’direct order jew tender u kemm kienet l-ispiża għal kull każ?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informaqzzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9682 u jgħid x’xogħol ingħata mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bejn l-2004 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid għal kull każ, x’kien ix-xoghol, jekk ix-xogħol ingħatax b’direct order jew tender u kemm kienet l-ispiża għal kull każ?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni fuq l-ingaġġ tal-persuna li ismu qed jingħata separatament, fil-kariga ta' Chief Finance Officer mal-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma u jekk kinitx ħarġet sejħa pubblika skont il-proċeduri statutorji tal-ingaġġ, taħt l-amministrazzjoni preċedenti?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-post ta’ Chief Finance Officer ħarġet fl-20 ta’ Mejju 2009 b’avviż fuq il-ġurnali lokali. L-ETC bagħtet lista ta’ kandidati, peró fl-14 ta’ Ġunju il-post vakanti reġa’ ġie ppublikat fil-gazzetti lokali. Fost seba’ applikanti kien hemm dik tas-Sur Stephen Attard fejn f’dak iż-żmien kien impjegat mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-ilma bħala Chief Internal Auditor. L-intervista saret fit-18 t’Awwissu 2009, iżda fil-file ma hemmx rekord ta’ min kienu l-membri tal-bord u lanqas kif kienu allokati l-punti.
B’referenza għall-mostoqsija parlamentari 6867, jista’ l-Ministru jgħidilna x’kienet l-ispjegazzjoni li ngħatat lid-Dipartiment għall-Gvern Lokali mill-Kunsill Lokali f’dan il-każ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija qed isostni li hu mexa mal-proċedura stabilita. Spjega li l-impjegata kienet approvata unanimament fil-laqgħa tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija tas-16 ta’ Frar 2011 biex minn bażi part time tkun ingaġġata full time.
Sussegwentement il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija bagħat ittra dwar dan iffirmata mis-Sindku lid-Dipartiment għall-Gvern Lokali. Jirriżulta iżda li l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija qaleb lill-impjegata minn bażi part-time għal full-time, b’mod li ngaġġha bħala t-tielet impjegat full-time tal-Kunsill, mingħajr l-approvazzjoni li kellu jistenna qabel ma jipproċedi.
Is-Sindku sostna li “kollox sar kif suppost f’dan ir-rigward u kienet is-responsabbiltà tas-Segretarju ta’ dak iż-żmien li jsegwi proċedura tal-liġi u jagħmel follow up.” Ninfurmak li eventwalment is-Segretarju Eżekuttiv irriżenja mill-kariga tiegħu. Dwar dan nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 6873.