Legislature:
Category:
Reset
Active:

Precinct Officers — Vakanzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se joħorġu l-vakanzi ta' Precinct Officers fid-Direttorat ta’ l-Edukazzjoni? Kemm hemm vacancies u minn liema skala jistgħu japplikaw għal dawn il-postijiet ġodda?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kull Kulleġġ ikollu Precincts Officer tiegħu. Dawn il-vakanzi ser joħorġu fil-futur qrib, izda qed isiru diskussjonijiet mal-Management and Personnel Office ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru dwar l-iskala li minnha l-impjegati jkunu jistgħu japplikaw għal dawn il-vakanzi.

Ħal Qormi — Skola sekondarja

Question

Jikkonferma l-Ministru li fl-iskola sekondarja l-ġdida ġewwa Ħal Qormi l-istudenti għadhom mingħajr computers, b’mod speċjali l-istudenti tal-Form 4, kif ukoll mingħajr għalliem tal-computer studies wara li kien hemm persuna li telqet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hemm kompjuters u ilhom hemm mill-bidu net tas-sena. Informat ukoll li ttieħdu passi biex l-istudenti tal-Computer Studies ikunu jistgħu isegwu s-sillabu stabbilit fis-suġġett.

MCAST — Eżami

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li dawk l-istudenti li għamlu kors part-time fl-MCAST tad-2D Computer Aided Draughting & Design Auto CAD 2006/07 għadu ma sarx l-eżami online li kellu jsir? Meta huwa maħsub li jsir dan minħabba li qed iżomm milli l-istudenti jkomplu bil-kors li jmiss wara dan?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix fl-uffiċju tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Bejgħ ta' mediċini bl-għoli

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27908 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa,Anzjani u Kura fil-Komunita' u issa ġiet riferuta lilu u jgħid x’passi ttieħdu jew ser jittieħdu kontra dawk l-importaturi tal-mediċini li rriżulta li kienu qed ibiegħu mediċini bil-għoli? Ser jittieħdu passi legali kontra dawk li abbużaw u allura kienu qed jisolħu lil min bilfors irid juża dawn il-mediċini?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Tal-Qroqq — Pixxina Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk matul din is-sena l-pixxina nazzjonali f'Tal-Qroqq hux se tagħlaq fix-xhur tax-xitwa? Minn meta sa meta? Kien hemm xi bookings minn barra għal dan iż-żmien?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix fl-uffiċju tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Tal-Qroqq — Pixxina Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie wżat fuel biex tissaħħan il-vaska tal-pixxina nazzjonali minn Jannar sa l-20 ta' Ottubru? Min hu l-kuntrattur li jissuplixxi l-fuel? X'tip ta' fuel hu? Meta ngħata l-kuntratt? Kemm sewa l-fuel li ssuplixxa din is-sena? Kemm tħallas?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix fl-uffiċju tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Tal-Qroqq — Pixxina Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm tibdil fl-istaff tal-pixxina nazzjonali din is-sena? Jekk iva, jista' jagħti raġuni għaliex? Kemm hemm staff full-time u part-time?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istaff tal-Pixxina Nazzjonali huma parti mill-workforce tal-KMS u b’hekk hemm flessibilita' ta’ fejn ikunu assenjati għall-ħidma tagħhom. Fil-prezent fil-Pixxina Nazzjonali hemm 8 ħaddiema tal-Gvern detailed mal-KMS u 9 ħaddiema impjegati direttament mal-KMS. Tul din is-sena kien hemm trasferiment ta’ zewġ ħaddiema. Clerk / Receptionist mill-Pixxina Nazzjonali għal Tal-Qroqq Fitness Centre. Miantenance Officer mill-Pixxina Nazzjonali għall-Kumpless Sportiv Kottonera.

Mewt ta' student — Rapport

Question

B’riferenza għal mistoqsija parlamentari 27911, filwaqt li niġbed l-attenzjoni tal-Ministru li l-mistoqsija oriġinali ma kenitx marbuta ma’ proċeduri li għaddejjin fil-Qorti b’rabta mal-mewt ta’ student, minħabba li kien hemm numru ta’ rakkmandazzjonijiet ġenerali, nixtieq nistaqsi liema minnhom ġew implimentati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ttieħdu l-passi rakkomandati.

Hamrun Junior Lyceum — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jitkompla x-xogħol mibdi fil-Junior Lyceum tal-Hamrun marbut ma’ titjib fl-ambjent fiżiku ta’ l-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħol mibdi fl-iskola Junior Lyceum tal- Ħamrun qed jipproċedi kif maqbul mal-Kap ta’ l-Iskola.

Hamrun Junior Lyceum — Technicians

Question

Minħabba li wasluli numru ta’ ilmenti dwar nuqqas ta’ technicians fl-iskola Junior Lyceum Boys tal-Hamrun, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm technicians fil-preżent li qed jidħlu għax-xogħol u kemm suppost huwa l-full compliment?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-preżent f'din l-iskola hemm żewġ technicians. Se jsiru arranġamenti biex jintbagħat technician ieħor.

MCAST — Interviews

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hija l-persuna li tqabbdet mill-MCAST biex tkun bħala external member waqt l-interviews li jsiru mill-kulleġġ? X’inhi r-raġuni li jkun hemm din il-persuna waqt dawn l-intervisti? Kif ġiet magħżula u kemm qed titħallas?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix fl-uffiċju tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

MCAST — Councellor

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu r-rwol tal-counsellor ġewwa l-MCAST? Min ġie magħżul u meta? Xi kwalifiki għandha din il-persuna u kif sar il-proċess ta’ l-għażla?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix fl-uffiċju tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

MCAST — Xogħol ta' persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu x-xogħol tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ma’ l-MCAST meta din taħdem full-time ma’ l-MPO?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix fl-uffiċju tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Imrieħel Junior Lyceum — Għalliem

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jintbgħat għalliem ta’ l-Ingliż li ilu nieqes sa mill-bidu tas-sena skolastika fil-Junior Lyceum tal-bniet ta’ l-Imrieħel?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-preżent ma hemm ebda nuqqas ta' għalliem/a ta' l-Ingliż fl-iskola konċernata.

Lifelong Learning Programme

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif qed jiġu amministrati l-fondi ta' l-UE li jaqgħu taħt il-Lifelong Learning Programme mill-MCAST? Min hija l-persuna responsabbli minn dawn il-fondi? Jista' jgħid jekk hux qed jiġu segwiti l-proċeduri li ssegwi l-EUPA?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-fondi msemmija qed jiġu ikkordinati mill-Uffiċju tal-Programmi Internazzjonali flimkien ma' l-Uffiċju tar-Reġistrar fi ħdan l-MCAST. Il-proċeduri stabbiliti mill-EUPA qed jiġu segwiti flimkien ma' proċeduri nterni tal-Kuleġġ.

Sewwieqa taħt l-influwenza tax-xorb

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm sewwieqa li nqabdu jsuqu taħt l-influwenza tax-xorb fl-ewwel disa' xhur tas-sena? Fl-istess żmien kemm twaqqfu sewwieqa u ġew mitluba jagħmlu l-breathalyzer test?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Settembru 2007, kien hemm 70 persuna li nstabu li kienu qed isuqu vettura taħt l-influwenza tax-xorb, filwaqt li b'kollox kien hemm 111 sewwieqa ta' vetturi, li l-Pulizija għamlitilhom it-test tan-nifs wara li r-riżultat fl-ewwel test fit-triq kien pożittiv.

Detox Centre

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'kien in-numru totali ta' persuni li talbu u ngħataw trattament fiċ-ċentru Detox fl-Isptar San Luqa fl-ewwel disa' xhur tas-sena? Kemm minnhom kienu ta' nazzjonalita' barranija? Kemm kienu nisa u kemm rġiel? Kemm kienet l-iżgħar u kemm l-akbar eta' li talbet l-għajnuna?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tobba/Dentisti assenjati fl-iskejjel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tobba, dentisti, etc li huma assenjati speċifikament għal kura tat-tfal fl-iskejjel? Diġa' bdew iż-żjajjar ta' dawn il-professjonisti fl-iskejjel f'din is-sena skolastika? Liema skejjel żaru? L-iskejjel indipendenti jibbenefikaw minn din il-kura?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Hemm tmien tobba u tmien nurses li jattendu għall-kura tat-tfal fl-iskejjel tal-istat u tal-knisja. Dawn, ix-xogħol tagħhom jibqa' għaddej is-sena kollha u ma jiqafx fis-sajf għaliex f'dan il-perjodu huma jaraw dawk it-tfal li jkunu ser jattendu fil-Kindergarten. Ix-xogħol li jsir minn dawn it-tobba u nurses matul is-sena skolastika diġa beda. Ma jingħatax servizz fl-iskejjel indipendenti ħlief għat-tilqim kontra t-tuberkolożi. Hemm ħames Dental Hygienists li parti mix-xogħol tagħhom huwa li jagħtu kura preventiva lit-tfal fl-iskejjel. Waħda minnhom bħalissa qegħda fuq leave ta' maternita'. Iż-żjajjar fl-iskejjel bdew il-ġimgħa l-oħra u s'issa żaru l-iskejjel primarji ta' B'Kara, Gżira, Marsa u Raħal Ġdid A.

Home Help ta' l-anzjani

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari W407 ma jidhirlux l-Ministru li l-linji gwida tal-Home Help għandhom jinbidlu biex il-parapetti ta' l-anzjani, mhux id-drive in twila, jibdew jitnaddfu wkoll? Ma jaħsibx li ma jagħmilx sens li jitnaddfu l-bieb ta' barra u l-intrata tad-dar u l-parapet li kull min jidħol fid-dar irid jgħaddi minnu jitħalla maħmuġ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fil-linji gwida Xogħol Domestiku Numru 2 tas-servizzi tal-Home Help, hemm imniżżel li parapetti u drive in bi spazju kbir m'għandhomx ikunu nklużi. Madankollu, meta l-ispazju ndikat ikun ta' daqs raġjonevoli u wara spezzjoni u approvazzjoni mis-supervisor tal-lokalita', dan it-tindif jiġi nkluż fis-servizz.