B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28211, jista' jagħti breakdown ta' kif intnefqu Lm30,000 fuq manutenzjoni rikkorenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat hekk:
Repairs and Maintenance work
Lm
Construction works & plastering works
765.23
Repair of depilated and steel reinforcement for the concrete columns
16831.96
Laying of concrete screed over ramp in diving pool
8032.50
Floodlighting maintenance
617.68
Repairs and Maintenance to scoreboard
2265.83
Paints
1486.80
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari W411 u jgħid f'liema snin qed jiġi mgħallem is-suġġett tal-PSD u kemm għandhom lezzjonijiet fil-ġimgħa skond kull każ? Kemm hemm għalliema li qed igħallmu dan is-suġġett? Kemm daħlu għalliema f'dawn l-aħħar tlett snin separatament? Jista' jgħid jekk jeżistux vakanzi f'dan is-suġġett u kemm hemm għalliema li applikaw u għadhom ma ġewx magħżula biex igħallmu l-PSD?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat hekk:
Skejjel ta' l-Istat -
Fis-Settur Primarju qed jiġi mgħallem fil-Year 4, 5, 6 u 7. It-tfal għandhom lezzjoni waħda fil-ġimgħa. Fil-bidu tas-sena kien hemm 45 għalliem/a ta' dan is-suġġett. Tlett snin ilu daħlu 6 għalliema ġodda, Sentejn ilu daħlu 2 u din is-sena daħlet għalliema ġdida. Ma jeżistu l-ebda nuqqasijiet t'għalliema tal-PSD fil-Primarja.
Fis-Settur Sekondarju hemm 132 għalliem/a li jgħallmu l-PSD bħala main subject u 20 bħala subsidary subject. Tlett snin ilu daħlu 8 għalliema ġodda, Sentejn ilu daħlu 2 u din is-sena daħlu 4 għalliema ġodda. M'hemmx vakanzi f'dan is-suġġett. Kien hemm 36 persuna li għaddew mill-intervista tal-PSD u 32 minnhom għadhom qed jistennew biex jiġu mpjegati.
Skejjel tal-Knisja -
L-PSD jiġi mgħallem mill-Form 1 sal-Form 5 u l-maġġoranza ta' l-iskejjel għandhom lezzjoni waħda fil-ġimgħa f'kull Form. In-numru ta' għalliema hu ta' 50. Tlett snin ilu daħlu 7 għalliema ġodda, Sentejn ilu daħlu 7 u din is-sena daħlu 8 għalliema ġodda.
Skejjel Indipendenti -
L-PSD jiġi mgħallem mill-Form 1 sal-Form 5 u l-maġġoranza ta' l-iskejjel għandhom lezzjoni waħda fil-ġimgħa f'kull Form. In-numru ta' għalliema hu ta' 7. Tlett snin ilu daħlet għalliema ġdida, Sentejn ilu daħlu 3 u din is-sena daħlet 1 għalliema ġdida.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari W409 u jgħid min huma l-Kapijiet u Assistenti Kapijiet fl-iskejjel primarji u sekondarji ta' Malta u Għawdex?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub għadu qed jiġi verifikat tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
B’referenza għal mistoqsija parlamentari W416 u W431 jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-iffinanzjar li sar mill-Ministeru tieghu? Barra minn dan kemm kienu l-ispejjez involuti?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi lill-Onor. interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 28582.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari W357 u jgħid x'inhi r-raġuni li fl-aħħar ġurnata ta' l-iskola fl-MCAST ġiet mibdula t-time-table b'konsegwenza li eżami ta' l-accounts li kellu jsir fit-22 ta' Ġunju ta' din is-sena issa ġie mressaq għas-6 ta' Ġunju? Japprezza li l-istudenti għandhom eżamijiet oħra u jkunu anke qassmu x-xogħol tagħhom skond it-time-table oriġinali?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li t-timetable annwali għall-Accounting fil-livell avvanzat għal studenti ta' l-ewwel sena fil-Matriculation Certificate Course kienet mibdula fil-bidu ta' Mejju u mhux fl-aħħar ġurnata ta' l-iskola (il-ġimgħa l-1 ta' Ġunju). Kienet ippublikata għall-istudenti immedjatament fil-bidu ta' Mejju. Ir-raġuni għall-bidla kienet minħabba li waħda mill-istudenti kienet qed tipparteċipa fil-Logħob tal-Pajjizi z-Zagħar u kien hemm talba mill-Kumitat Olimpiku biex tiġi rranġata t-timetable biex l-istudenta tkun tista' tipparteċipa fil-logħob u tkun tista' taqgħod għall-ezamijiet fl-istess ħin. Dawn l-istudenti ta' l-Accounting jidher li ma rawx in-notice board għalkemm dejjem kienu avzati (u kienet miktuba fil-handbook tagħhom) biex jiċċekkjaw in-notice boards kuljum.
L-unika timetable li ħarġet jumejn qabel l-aħħar ġurnata ta' l-iskola, u mhux fl-aħħar ġurnata, hija t-timetable li tindika l-allokazzjoni tal-kmamar. L-allokazzjoni tal-kmamar toħroġ dejjem ezatt qabel l-ezamijiet.
L-istudenti kollha tal-Matriculation Certificate Course kienu jafu b'dawn il-bidliet minn ġimgħat qabel. Jidher li dawn il-ħames jew sitt studenti biss ma kienux jafu.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari W360 u jara x'inhi r-raġuni li fil-karta ta' l-eżami ta' l-ewwel sena tal-farmaċija ġewwa l-Universita' ta' Malta kien hemm partijiet importanti mill-istess karta fejn ma kenux koperti matul din is-sena akkademika? X'impatt ser ikollu dan il-fatt fuq l-istudenti jekk ma jġibux marki biżżejjed sabiex ikomplu dan l-istess kors fit-tieni sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ma jirrizultax li f'xi karta ta' l-ezami ta' l-ewwel sena tal-Farmaċija ta' l-Universita' ta' Malta kien hemm partijiet importanti mill-istess karta fejn ma kinux koperti matul is-sena akkademika. Madnakollu jekk xi student/a għandu xi diffikulta', dan hu mistieden ikellem lill-kap tad-dipartiment kif dejjem isir meta jkun hemm il-bzonn.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari W430 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26704, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm riżenji minn bordijiet, awtoritajiet, fondazzjonijiet u kumitati oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru? Jekk fl-affermattiv, min huma u meta rriżenjaw?
Response (GALEA, LOUIS)
Ninsab informat li l-bidliet li saru ta' membri fuq bordijiet imsemmija kien riżultat ta' għeluq ta' terminu ta' l-istess bordijiet.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari W423 u jgħid matul is-sena li ninsabu fiha kemm inbnew laboratorji tax-xjenzi, tat-teknoloġija u tal-lingwi? Fejn inbnew dawn il-laboratorji u kemm ġew jiswew?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif li laħaq wasal fl-uffiċju ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Tagħrif dwar il-laboratorji tax-Xjenza u tal-Lingwi għadu qed jinġabar.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari W421 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-master plan tal-Campus ta' l-MCAST? Meta saret l-applikazzjoni mal-MEPA? Jista' jgħid ukoll kif saret l-istima ta' Lm50 miljun u fhiex tikkonsisti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-applikazzjoni ta' l-Outline Development Permit mall-MEPA saret fl-10 ta' Awissu 2007.
Dwar il-kopja tal-Master Plan tal-Campus ta' l-MCAST nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 26521.
Informat ukoll li l-akbar spiza se tkun għall-izvilupp tal-Kampus kif ġie indikat minn Mangion and Mangion. Informat ukoll li spiza addizzjonali tinkludi l-ispejjez professjonali, il-permessi, il-makkinarju, l-għamara, l-istrutturi temporanji, il-mobilization u l-migration.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema peripatetiċi u x'inhu s-suġġett li huma qed ighallmu? Kemm huma il-lezzjonijiet li huma jagħmlu f'kull skola bħala average fil-ġimgħa? Jista' jgħid ukoll liema huma dawk is-suġġetti peripatetiċi li għandhom Ufficjal Edukattiv u/jew subject co-ordinator? Jista' jgħid jekk dan is-servizz ta' l-għalliema peripatetiċi hux se jibqa' jiġi provdut b'mod ċentrali?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari W418 u jgħid x’inhi r-raġuni li l-istudenti li kienu qed jagħmlu kors part-time l-MCAST fit-2D Computer Aided Draughting & Design AutoCAD għadhom ma għamlux l-eżami tat-teorija li normalment isir on line? Meta huwa maħsub li dan isir?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 28559.
Jista’ l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari W414 u jgħid x’inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ma ngħatatx warrant permanenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-persuna konċernata ma tikkwalifikax għal dan il-warrant kif jitlob l-Att ta' l-Edukazzjoni Kapitolu 327 - Artiklu 11 (3c).
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx kazijiet ta' studenti li mill-bidu ta' din is-sena skolastika sal-lum ma bdewx jattendu l-iskola u l-iskola ma ġietx infurmata dwar dan, jew inkella li l-istudenti ġew trasferiti f'xi skola oħra? X'passi jittieħdu f'dawn iċ-ċirkustanzi?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub għadu jrid jinġabar peress li s-sena skolastika ilha biss xahar li bdiet.
Tista' l-Ministru tinfurmana kemm kienu dawk l-impjegati li ma baqgħhux jaħdmu fl-Adult Training Centres matul is-sena l-oħra u din is-sena minħabba raġunijiet differenti? X'kienu l-grades tagħhom (ngħidu aħna careworkers, support workers, eċċ)? Kemm daħlu mpjegati ġodda fl-ATCs minflokhom f'dan il-perijodu? Kemm daħlu klijenti ġodda f'dan il-perijodu u x'diżabilita' kellhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant, li jkopri l-perijodu minn April 2007, meta ċ-Ċentri għall-Persuni b’Diżabilita’ għaddew taħt ir-responsabbilta’ tal-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali, sal-lum, hu kif jidher fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ninsab infurmata wkoll li tagħrif mitlub li jkopri l-perijodu minn Jannar 2006 sa Marzu 2007 qed jinġabar u jingħata f’xi Seduta oħra.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 28015, jista' l-Ministru jispjega x'inhi r-raġuni għal dan fejn fl-ITS għandek studenti li huma ntitolati għall-ismart card u oħrajn le?
Response (GALEA, LOUIS)
Bħal ma diġa' ntqal fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 28015, l-istudenti li jattendu l-ESTS Hospitality Trades fl-Istitut ta' l-Istudji Turistiċi għandhom l-ismart card bħal kull student/a ieħor/oħra li jattendu xi kors taħt l-iskema Extended Skill Training Scheme. Mill-banda l-oħra, l-ITS għandu sistema ta' stipendji li ma tinkludix l-ismart card fil-kaz ta' studenti li m'humiex fl-iskema ta' apprendidtat ESTS.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 28014, jista' l-Ministru jgħid meta se jitqassmu l-laptops lill-għalliema tal-livell sekondarju u kemm se tkun in-nefqa?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li kif miftiehem ma' l-MUT, hija l-intenzjoni tad-Divizjoni li tqassam laptops lill-għalliema ta' l-iskejjel sekondarji bejn l-2008 u l-2011. Meta jiġi konkluz il-kuntratt tal-Leasing Tender inkunu nafu l-ispiza involuta.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari W425 u jgħid xi programmi u inizjattivi ħadet l-Universita' matul din is-sena akkademika u x'inhuma l-pjani għas-sena akkademika li għadha kemm bdiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jiġi kumpilat tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari W422 u jgħid x'ġie implimentat minn Rapport Spiteri matul l-aħħar sentejn skolastiċi separatament? X'inhu ippjanat li jsir matul is-sena d-dieħla?
Response (GALEA, LOUIS)
Ser ngħaddi lill-Onor. Membru t-tagħrif mitlub fil-Mistoqsija.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari W416, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa hekk kien kien mitlub fl-imsemmija mistoqsija? Jista' jagħti din l-informazzjoni maqsuma skond in-nefqa separatament?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi għal-Mistoqsija Parlamentari W416 fejn nippreċiża li ma ntalbitx in-nefqa totali.
Ninsab infurmat li l-ispejjeż totali għall-attivita' li kienet tinvolvi lil Mro. Muti u l-orkestra tiegħu, kantanti solisti u kor kienet tammonta għal Lm105,740 maqsumin kif ġej:
LM
Riccardo Muti
34,386.00
Advertising Expenses
7,000.00
Pier Andrea Veneziani-Choir
7,487.00
Luigi Cherubini Youth Orchestra
31,532.13
Ioannis Bolaendros
2,580.80
Monica Bacelli
4,300.00
Laura Pasqualetti
431.80
Nicola Alaimo
2,151.00
Laura Giordano
2,580.80
Gabriele Spina
517.76
Mario Cassi
2,151.00
Barbara Frittoli
6,449.00
Spejjez oħra
4,172.77
Total
105,740.06