Uffiċċju tal-Prim Ministru – xogħlijiet minn individwu
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol li l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, kien jagħmel fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru? Jista’ jgħid x’kien is-salarju tiegħu sena b’sena? Jista’ jgħid x’benefiċċji oħra kellu, u x’kienet l-ispiża li tħallset fuq dawn il-benefiċċji, b’mod separat, sena b’sena?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Il-persuna li isimha ingħata b’mod separat kien jaħdem bhala Policy Co-Ordinator fi ħdan is-Segretarjat Privat tal-Prim Ministru permezz ta’ contract for service bejn l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-MITTS Ltd, bejn Settembru 2006 u Awwissu 2008.
Il-ħlasijiet li ingħata kienu dawn :-
Settembru – Dicembru 2006 :- €11,202.80
Jannar – Dicembru 2007 :- €33,608.40
Jannar – Awwissu 2008 :- €22,405.60
Total :- €67,216.80
L-istess persuna kien jingħata performance allowance, car allowance u mobile allowance.
Fondazzjoni għas-Servizzi – xogħlijiet minn individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, kien jagħmel fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi? Jista’ jgħid x’kien is-salarju tiegħu sena b’sena? Jista’ jgħid x’benefiċċji oħra kellu, u x’kienet l-ispiża li tħallset fuq dawn il-benefiċċji, b’mod separat, sena b’sena?
Response (MIZZI, KONRAD)
L-individwu kkonċernat kien jokkupa il-kariga ta’ Chief Executivefil-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi. Is-salarju kien ta’ €58,234.34 fis-sena flimkien ma’ bonuses, hekk kif stipulati bil-ligi, u żieda tal-COLA.
Il-benefiċċji oħra u spejjeż li tħallsu fuq dawn il-benefiċċji sena b’sena huma kif elenkati:
· Performance bonus b’massimu ta 15% tas-salarju annwali;
· Karozza pprovduta għall-użu eskulussiv, li ma taqbiżx l-ispiża ta’ €838.57fix-xahar;
· Kontijiet għall-użu tal-mowbajl u telefown tad-dar flimkien ma’ mowbajl ipprovdut mill-
FMS
;
·
Expense Account
ta’ €4,192.87 fis-sena u;
· CPD ta’ €971 fis-sena flimkien ma’ €466
Professional Membership Allowance
Sena
Salarju
Performance Bonus
(€)
Car Hire
(€)
Fjuwil
(€)
Mowbajl
(€)
Expense
Allowance
(€)
CPD
(€)
Total (€)
2009
€38,822.88
/
4,106.40
1,939.77
1,270.08
4,192.87
/
50,332.00
2010
€58,536.96
8,780.58
5,664.00
2,125.94
1,728.33
4,192.87
/
81,028.68
2011
€58,597.37
8,789.60
6,965.11
2,016.33
1,378.78
4,192.87
/
81,940.06
2012
€58,839.69
8,825.95
7,800.00
1,672.80
1,374.56
4,192.87
675
82,705.87
2013
€59,051.72
8,857.76
7,800.00
1,670.86
1,571.62
4,192.87
675
83,144.83
Jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, kien jagħmel fi ħdan il-MITA? Jista’ jgħid x’kien is-salarju tiegħu sena b’sena? Jista’ jgħid x’benefiċċji oħra kellu, u x’kienet l-ispiża li tħallset fuq dawn il-benefiċċji, b’mod separat, sena b’sena?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ġie impjegat mal-Malta Information Technology Agency (MITA) - dak iż-żmien Management Systems Unit (MSU) - fl-1 ta’ Lulju 1992.
Huwa okkupa diversi pożizzjonijiet li wħud minnhom kienu jinkludu benefiċċji għal użu tal- karozza u ‘fuel’ kif ukoll kien intitolat għal ‘ performance bonus’. Lista dettaljata sena b’ sena qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Nixtieq niġbed l-attenzjoni li:
a) Bejn Settembru ta’ 2006 sa Awissu 2008 l-individwu msemmi kien issekondat mal-Uffiċju tal-Prim Ministru;
b) Minn Settembru tal-2008 kien issekondat mal-Foundation for Medical Services (FMS) bħala
Acting Chief Executive Officer;
c) Bejn Settembru 2008 u April 2009 huwa kien ukoll jitħallas ‘Allowance’ għal xogħol li kien jagħmel mal-FMS;
d) F’Mejju ta’ 2009 beda perjodu ta’ ħames snin fil-post ta’ Chief Executive Officer mal-FMS li s-salarju tiegħu kienet tħallsu l-fondazzjoni u għalhekk il-MITA ma għandhiex rendikont tiegħu.
L-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatemet ġie lura l-MITA fl-ewwel ta’ Lulju 2014 u sa joħrog b’ unpaid leave mit-13 ta’ Novembru 2014 sat-12 ta’ Novembru 2016.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm nefaq b’mod totali l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu separatament f'reklamar għal kull sena bejn l-2004 u l-2012 f'dawn il-media differenti: televiżjoni, internet, radju, ġurnali/gazzetti u pubblikazzjonijiet oħra? Jista’ fl-istess ħin, jaqsam din l-ispiza skont fuq liema stazzjon tat-televizjoni, stazzjon tar-radju, ġurnal/gazzetta, pubblikazzjoni oħra jew newsportal deheru jew ixxandaru r-riklami?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub.Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MEPA għadha qed tiġbor it-tagħrif mitlub.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — reklamar fuq media
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm nefaq b’mod totali l-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu separatament f'reklamar għal kull sena bejn l-2004 u l-2012 f'dawn il-media differenti: televiżjoni, internet, radju, ġurnali/gazzetti u pubblikazzjonijiet oħra? Jista’ fl-istess ħin, jaqsam din l-ispiza skont fuq liema stazzjon tat-televizjoni, stazzjon tar-radju, ġurnal/gazzetta, pubblikazzjoni oħra jew newsportal deheru jew ixxandaru r-riklami?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tiġi miġburha u ser tingħata risposta f’seduta oħra.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — reklamar fuq media
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq b’mod totali l-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu separatament f'reklamar għal kull sena bejn l-2004 u l-2012 f'dawn il-media differenti: televiżjoni, internet, radju, ġurnali/gazzetti u pubblikazzjonijiet oħra? Jista’ fl-istess ħin, jaqsam din l-ispiza skont fuq liema stazzjon tat-televizjoni, stazzjon tar-radju, ġurnal/gazzetta, pubblikazzjoni oħra jew newsportal deheru jew ixxandaru r-riklami?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni tinsab fuq it-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu d-drabi li l-Prim Ministru għamel użu minn helicopter tal-Forzi Armati ta’ Malta bejn Jannar 2012 u Marzu 2013? Jista’ jgħid x’kienu l-okkażjonijiet? Jista’ jagħti d-dati? Jista’ jgħid liema helicopter intuża? Jista’ jgħid kemm dam fl-ajru? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża għal kull titjira?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 7326.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — xogħlijiet lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10604 u jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2000 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma l-Onor. Interpellant li bejn Jannar 2000 u Marzu 2013 ma ngħata l-ebda xogħol lill-kumpaniji msemmija mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u d-dekasteru tiegħu.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — xogħlijiet lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2000 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — xogħlijiet lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2000 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ingħata l-ebda xogħol lill-kumpaniji msemmija.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — xogħlijiet lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2000 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali u l-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu ma taw l-ebda xogħolijiet lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom ngħataw separatament.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — xogħlijiet lill-kumpanija
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tagħha bejn Jannar 2000 u Marzu 2013, sena b’sena? Tista’ tgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Tista’ tgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li entitá waħda biss (Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza), li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħi, għamlet użu mis-servizzi tal-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament. Ix-xogħol li ngħata kien provvista ta’ gender audit. Permezz ta’ din is-sejħa, il-kumpanija msemmija provdiet gender audit għal għadd ta’ kodiċi u atti u l-leġiżlazjoni sussidjarja tagħhom fl-isfond tal-prinċipji tal-ugwaljanza bejn is-sessi (Gender Mainstreaming). Il-ħlas kien jammonta għall-€122,163.99 mingħajr it-taxxa fuq valur addizzjonali. Ix-xogħol ingħata wara sejħa għall-offerti CT2239/2006.
Ministeru għall-Finanzi — xogħlijiet lill-Kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament mill-Bank Ċentrali ta’ Malta bejn Jannar 2000 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Bank Ċentrali ta’ Malta ma ta l-ebda xoghol lill-kumpaniji msemmija.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — xogħlijiet lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2000 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta għamlet ħlasijiet lill-kumpanija li d-dettalji tagħha ingħataw separatament, kif ġej:
Sena TM Budget RID Budget
2010 €4,170 €48,183
2011 €61,699
2012 €41,811
2013 Jan to Mar €10,434
Ix-xogħlijiet relatati ma’ dawn il-ħlasijiet fil-maġġoranza tagħhom kien jikkonsistu fuq servizzi li ngħataw għar-Road Permit System. Dan ix-xogħol li jammonta għal xejn inqas minn €166,297, ingħata b’direct order b’approvazzjoni mill-Ministeru tal-Finanzi.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — xogħlijiet lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2000 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — xogħlijiet lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2000 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li ma ngħataw l-ebda xogħolijiet lill-kumpaniji li qed jissemmew fil-mistoqsija.
Ministeru għal Għawdex — xogħlijiet lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2000 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Jannar 2000 u Marzu 2013 ma ngħataw l-ebda xogħlijiet lill-kumpaniji msemmija, mill-Ministeru għal Għawdex u mill-entitajiet li jaqgħu taħtu.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — xogħlijiet lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2000 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li bejn Jannar 2000 u Marzu 2013, ma saru ebda ħlasijiet lill-kumpaniji indikati mill-Onor. Interpellant mill-Ministeru, Segretarjat Parlamentari, Direttorati u entitajiet fi ħdan l-istess Ministeru.
Ministeru għall-Finanzi — xogħlijiet lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2000 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fil-każ ta l-FIAU, Teżor, Commissioner for Revenue, MFSA, Contracts, IRD, Stock Exchange, VAT, Customs, Lotto, EPD u NSO, ir-risposta hija fin-negattiv.
L-informazzjoni mitluba ma tinkludix il-Bank Ċentrali.