Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — xiri ta' biljetti tal-ajru
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, b’mod separat, liema kienu l-aġenziji tal-ivvjaġġar li mingħadhom inxtraw il-biljetti tal-ajru tal-Ministeru, id-Dipartimenti, l-entitajiet, l-aġenziji, il-koporazzjonijiet, l-awtoritajiet, il-kummissjonijiet, il-kumpaniji, u l-fondazzjonijiet li jaqgħu taħtu u kemm kien il-ħlas f’kull każ? Jista’ jagħti din l-informazzjoni għas-snin bejn l-2004 u l-2012, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid kemm tħallset kull aġenzija b’mod totali fis-snin indikati? Jista’ jgħid f’kull każ jekk il-ħlas sarx b’direct order jew le?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ta’ min jgħid li fil-perjodu imsemmi, intefqu xejn inqas minn €2,169,393.53 fuq xiri ta’ biljetti tal-ajru mill- aġenziji tal-ivvjaġġar. Dan barra is-somma ta’ €875,513.52 f’ biljetti li ġew mixtrija direttament mill-kumpaniji tal-ajru. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jinnota illi għalkemm għal numru ta’ snin mill-imsemmi perjodu, l-entita’ Wasteserv kienet tifforma parti minn dan il-Ministeru, għall-fini ta’ din it-tweġiba, l-ispiża fuq infieq fuq biljetti tal-ajru minn din l-istess entita’ ser tingħata mill-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — xiri ta' biljetti tal-ajru
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, b’mod separat, liema kienu l-aġenziji tal-ivvjaġġar li mingħadhom inxtraw il-biljetti tal-ajru tal-Ministeru, id-Dipartimenti, l-entitajiet, l-aġenziji, il-koporazzjonijiet, l-awtoritajiet, il-kummissjonijiet, il-kumpaniji, u l-fondazzjonijiet li jaqgħu taħtu u kemm kien il-ħlas f’kull każ? Jista’ jagħti din l-informazzjoni għas-snin bejn l-2004 u l-2012, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid kemm tħallset kull aġenzija b’mod totali fis-snin indikati? Jista’ jgħid f’kull każ jekk il-ħlas sarx b’direct order jew le?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni miġbura sa issa. Hekk kif ikolli il-bqija tal-informazzjoni, titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Għawdex – kunsilli lokali – sitwazzjoni finanzjarja
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tas-sitwazzjoni finanzjarja annwali, sena sena, mill-2007 sas-sena 2013, tal-kunsilli lokali ta’ San Lawrenz, iż-Żebbuġ, Għajnsielem, Kerċem, Munxar u n-Nadur, Għawdex?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba bi tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 11994.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-timeline dettaljat tax-xogħol infrastrutturali li qed isir fi Pjazza Indipendenza (it-Tokk), Triq Sir Adrian Dingli, u Pjazza Sabina, ġewwa r-Rabat, Għawdex, mill-Kunsill Lokali tal-lokalità, u li jispeċifika meta beda tali xogħol u meta se jitlesta kompletament l-istess proġett?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif miġbura mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilhom għaddejjin ix-xogħlijiet li qegħdin isiru mill-Kunsill Lokali tar-Rabat, Għawdex, bejn Pjazza Sabina, Triq Sir Adrian Dingli, u Pjazza Indipendenza (it-Tokk) ġewwa r-Rabat, Għawdex? Kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu fuq dan ix-xogħol, u kemm kienu jaħdmu sigħat kuljum? Kemm sar xogħol nhar ta’ Sibt u nhar ta’ Ħadd?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tar-Rabat t’ Għawdex li x-xogħlijiet li qiegħdin isiru bejn Pjazza Sabina, Triq Sir Adrian Dingli u Pjazza Indipendenza (it-Tokk) fir-Rabat, ilhom għaddejjin mill-5 ta’ Mejju 2014, b’waqfien ta’ xahar bejn il-festi ta’ San Ġorġ u ta’ Santa Marija.
Ix-xogħol qed isir mit-Tnejn sas-Sibt, b’medja ta’ tmien (8) siegħat kull ħaddiem kuljum minn barra s-Sibt fejn ix-xogħol jieqaf għat-tlieta ta’ wara nofsinhar. Ħaddiema qed ikunu b’kollox medja ta’ għaxra (10).
Ir-Rabat (Għawdex) – xogħlijiet fi Pjazza Indipendenza (it-Tokk)
Question
Jista’ l-Ministru jispjega għalfejn bħala parti mix-xogħlijiet li qegħdin isiru mill-Kunsill Lokali tar-Rabat, Għawdex, sar it-tħammil fil-Pjazza Indipendenza (it-Tokk) ġewwa r-Rabat, Għawdex, u issa x-xogħol waqaf, bil-pjazza titħalla maqlugħa? Veru li l-istess Kunsill talab li jinqalgħu s-siġar tal-pjazza? Veru li għad hemm appell pendenti quddiem il-MEPA, jew awtorità oħra kompetenti, fir-rigward ta’ tali siġar? Meta applika l-istess Kunsill għall-permess biex jinqalgħu s-siġar? B’liema mod ġew ikkonsultati l-ħwienet li ġew affettwati? Fejn se jiġi rilokat il-Monti tal-hawkers li kien hemm fi Pjazza Indipendenza?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tar-Rabat Għawdex li waqt li kien għaddej ix-xogħol nstabu xi fdalijiet fi Triq Sir Adrian Dingli. Sakemm kien hemm l-eżaminazzjoni min-naħa tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, il-kuntrattur ingħata struzzjonijiet biex jibda wkoll xogħlijiet fi Pjazza tat-Tokk, kif ukoll fi Triq Sir Mikelanġ Refalo. Dan sar sabiex ma jinħeliex ħin u jiżdied ir-ritmu tax-xogħol.
Infurmat ukoll mill-istess Kunsill Lokali li l-istess Kunsill applika biex jinqalgħu s-siġar imsemmija kif ġej: fil-5 ta’ Mejju 2010 (PA0244/10), fit-23 ta’ Marzu 2010 (NP69/10), u fis-27 ta’ Frar 2014 (NP50/14). Infurmat ukoll li hemm appell pendenti f’dan ir-rigward.
Intant, ninsab infurmat li l-Monti ser ikun rilokat għall-Pjazza Savina. Saru 4 laqgħat annwali fejn dejjem issemma l-proġett kollu, inkluż ir-rilokazzjoni tal-monti u tas-siġar. Dan apparti li l-Kunsill dejjem ta l-ispjega tiegħu għall-mistoqsijiet li saru minn sidien ta’ ħwienet u bejjiegħa tal-monti.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali tar-Rabat, Għawdex, introduċiex xi miżuri biex jiġi indirizzat l-iġġammjar tat-traffiku madwar ir-Rabat kollu? Il-Kunsill tar-Rabat huwa konxju li hemm bottleneck ta’ traffiku fil-junction bejn it-Triq ta’ Wara s-Sur u Triq l-Imgħallem? Għalfejn il-Kunsill ħass il-ħtieġa li jqabbad diversi wardens jagħtu tickets lill-vetturi li jgħaddu minn fuq in-no entry sign fil-parti tat-Triq ta’ Wara s-Sur u Triq il-Kapuċċini wara li jkunu weħlu fil-bottleneck imsemmija? Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu tickets f’dan il-lokal kemm ilhom li bdew ix-xogħlijiet fi Pjazza Sabina?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-immaniġġjar tat-traffiku fir-Rabat Għawdex sar wara konsultazzjoni u wara li ngħata permess minn Transport Malta. Intant, l-Onor. Interpellant jifhem u japprezza li l-gwardjani lokali ma jitqabbdux mill-Kunsilli Lokali iżda mill-Kumitati Reġjonali, fil-każ ta’ Għawdex jitqabbdu mill-Kumitat Reġjonali ta’ Għawdex.
Intant infurmat ukoll li minn mindu bdew ix-xogħlijiet fi Pjazza Sabina, jiġifieri minn Mejju 2014 sal-lum, il-Pulizija ħarġu 409 ċitazzjoni, il-gwardjani ħarġu 4,224 ċitazzjoni, il-PTA ħarġu 39 ċitazzjoni u l-Educational ħarġu seba’ (7) ċitazzjonijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk bħala parti mix-xogħlijiet li qegħdin isiru mill-Kunsill Lokali tar-Rabat, Għawdex, huwiex se jinqala’ l-pavimentar ta’ Pjazza San Ġorg? X’inhi r-raġuni għal dan?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tar-Rabat Għawdex li ser jinqala’ l-pavimentar ta’ Pjazza San Ġorg. Dan wara li l-Kunsill applika għall-fondi mit-tieni sejħa tal-Gozo Action Group tar-Rural Development Programme for Malta 2007-2013 LEADER, Measure 313 – Encouragement of Tourism Activities.
Il-proġett jinkludi heritage trail tul Pjazza San Ġorġ, Pjazzetta Akkursju Xerri, Triq l-Iskola u Triq Alfons Maria Ħili. Il-pavimentar tal-pjazza u t-toroq imsemmija ser isir bil-fondi taħt dan il-programm u l-kuntratt ġie ffirmat fl-1 ta’ Ottubru 2014. Il-heritage trail ser ikompli jgħaqqad mal-proġett li bħalissa qed isir mill-Kunsill Lokali fi Pjazza Savina u fi Pjazza Indipendenza.
Pjazza San Ġorġ ser tkun pavimentata bil-porfido u l-materjal li ser jinqala’ minn din il-pjazza ser jintuża fil-parti tan-nofs fit-toroq imsemmija. Il-ġnub tat-toroq li fuqhom jgħaddu l-vetturi ser isir bil-porfido.
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq b’mod totali l-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu separatament f'reklamar għal kull sena bejn l-2004 u l-2012 f'dawn il-media differenti: televiżjoni, internet, radju, ġurnali/gazzetti u pubblikazzjonijiet oħra? Jista’ fl-istess ħin, jaqsam din l-ispiza skont fuq liema stazzjon tat-televizjoni, stazzjon tar-radju, ġurnal/gazzetta, pubblikazzjoni oħra jew newsportal deheru jew ixxandaru r-riklami?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — reklamar fuq media
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq b’mod totali l-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu separatament f'reklamar għal kull sena bejn l-2004 u l-2012 f'dawn il-media differenti: televiżjoni, internet, radju, ġurnali/gazzetti u pubblikazzjonijiet oħra? Jista’ fl-istess ħin, jaqsam din l-ispiza skont fuq liema stazzjon tat-televizjoni, stazzjon tar-radju, ġurnal/gazzetta, pubblikazzjoni oħra jew newsportal deheru jew ixxandaru r-riklami?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Bi tweġiba għal din il-mistoqsija, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant ta' tmien entitajiet li jaqgħu fi ħdan id-dekasteru tiegħi. L-entitajiet huma dawn: Dipartiment tal-Eżamijiet, Malta Libraries, Aġenzija Programmi tal-Unjoni Ewropea, Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada, Malta Racing Club, MCAST, Kunsill Malti għall-iSport, u l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Nazzjonali u Ogħla.
Din hija l-informazzjoni miġbura s'issa. It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar id-Direttorati/Dipartimenti u entitajiet oħrajn ikun jista' jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif tingħatali din l-informazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq b’mod totali l-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu separatament f'reklamar għal kull sena bejn l-2004 u l-2012 f'dawn il-media differenti: televiżjoni, internet, radju, ġurnali/gazzetti u pubblikazzjonijiet oħra? Jista’ fl-istess ħin, jaqsam din l-ispiza skont fuq liema stazzjon tat-televizjoni, stazzjon tar-radju, ġurnal/gazzetta, pubblikazzjoni oħra jew newsportal deheru jew ixxandaru r-riklami?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — reklamar fuq media
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq b’mod totali l-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu separatament f'reklamar għal kull sena bejn l-2004 u l-2012 f'dawn il-media differenti: televiżjoni, internet, radju, ġurnali/gazzetti u pubblikazzjonijiet oħra? Jista’ fl-istess ħin, jaqsam din l-ispiza skont fuq liema stazzjon tat-televizjoni, stazzjon tar-radju, ġurnal/gazzetta, pubblikazzjoni oħra jew newsportal deheru jew ixxandaru r-riklami?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — reklamar fuq media
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq b’mod totali l-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu separatament f'reklamar għal kull sena bejn l-2004 u l-2012 f'dawn il-media differenti: televiżjoni, internet, radju, ġurnali/gazzetti u pubblikazzjonijiet oħra? Jista’ fl-istess ħin, jaqsam din l-ispiza skont fuq liema stazzjon tat-televizjoni, stazzjon tar-radju, ġurnal/gazzetta, pubblikazzjoni oħra jew newsportal deheru jew ixxandaru r-riklami?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — reklamar fuq media
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm nefaq b’mod totali l-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha separatament f'reklamar għal kull sena bejn l-2004 u l-2012 f'dawn il-media differenti: televiżjoni, internet, radju, ġurnali/gazzetti u pubblikazzjonijiet oħra? Jista’ fl-istess ħin, jaqsam din l-ispiza skont fuq liema stazzjon tat-televizjoni, stazzjon tar-radju, ġurnal/gazzetta, pubblikazzjoni oħra jew newsportal deheru jew ixxandaru r-riklami?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq b’mod totali l-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu separatament f'reklamar għal kull sena bejn l-2004 u l-2012 f'dawn il-media differenti: televiżjoni, internet, radju, ġurnali/gazzetti u pubblikazzjonijiet oħra? Jista’ fl-istess ħin, jaqsam din l-ispiza skont fuq liema stazzjon tat-televizjoni, stazzjon tar-radju, ġurnal/gazzetta, pubblikazzjoni oħra jew newsportal deheru jew ixxandaru r-riklami?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Trasport u l-Infrastruttura — reklamar fuq media
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq b’mod totali l-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu separatament f'reklamar għal kull sena bejn l-2004 u l-2012 f'dawn il-media differenti: televiżjoni, internet, radju, ġurnali/gazzetti u pubblikazzjonijiet oħra? Jista’ fl-istess ħin, jaqsam din l-ispiza skont fuq liema stazzjon tat-televizjoni, stazzjon tar-radju, ġurnal/gazzetta, pubblikazzjoni oħra jew newsportal deheru jew ixxandaru r-riklami?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni disponibbli qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ta’min jgħid li fil-perjodu imsemmi mill-Onorevoli Interpellant, intefqu xejn inqas minn €3,677,343.01 f’ reklamar mill-Ministeru tiegħi flimkien mad-dipartimenti, entitajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jinnota illi għalkemm għal numru ta’ snin mill-imsemmi perjodu, l-entita’ tal- Wasteserv kienet tifforma parti minn dan il-Ministeru, għall-fini ta’ din it-tweġiba, l-ispiża fuq infieq ta’ reklamar minn din l-istess entita’ ser tingħata mill- Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — reklamar fuq media
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq b’mod totali l-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu separatament f'reklamar għal kull sena bejn l-2004 u l-2012 f'dawn il-media differenti: televiżjoni, internet, radju, ġurnali/gazzetti u pubblikazzjonijiet oħra? Jista’ fl-istess ħin, jaqsam din l-ispiza skont fuq liema stazzjon tat-televizjoni, stazzjon tar-radju, ġurnal/gazzetta, pubblikazzjoni oħra jew newsportal deheru jew ixxandaru r-riklami?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi l-informazzjoni miġbura s’issa għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 11974 fuq il-Mejda tal-Kamra. Intant, ninforma lill-Onor. Interpellant li hekk kif tingħatali l-bqija tal-informazzjoni mitluba, nqiegħed dina l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.
(Informazzjoni Addizzjonali: Ara dokument PL3963 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta 215 tat-Tlieta, 2 ta' Diċembru 2014)
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — reklamar fuq media
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq b’mod totali l-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu separatament f'reklamar għal kull sena bejn l-2004 u l-2012 f'dawn il-media differenti: televiżjoni, internet, radju, ġurnali/gazzetti u pubblikazzjonijiet oħra? Jista’ fl-istess ħin, jaqsam din l-ispiza skont fuq liema stazzjon tat-televizjoni, stazzjon tar-radju, ġurnal/gazzetta, pubblikazzjoni oħra jew newsportal deheru jew ixxandaru r-riklami?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — reklamar fuq media
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq b’mod totali l-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu separatament f'reklamar għal kull sena bejn l-2004 u l-2012 f'dawn il-media differenti: televiżjoni, internet, radju, ġurnali/gazzetti u pubblikazzjonijiet oħra? Jista’ fl-istess ħin, jaqsam din l-ispiza skont fuq liema stazzjon tat-televizjoni, stazzjon tar-radju, ġurnal/gazzetta, pubblikazzjoni oħra jew newsportal deheru jew ixxandaru r-riklami?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba skont kif muri fit-tabella hawn taħt:
Dipartiment, Entità, Awtorità eċċ.
Ġurnali, gazzetti, pubblikazzjonijiet
Radjijiet
Stazzjonijiet Televiżivi
News Portal
€
€
€
€
DCS - MEIB
187,689.80
111,65.19
13,418.16
NIL
Commerce Department
84,497.68
725.7
21,855
NIL
Malta Communications Authority
231,485.12
2,791.15
34,563.50
23,524
Lotteries & Gaming Authority
407,692.53
NIL
NIL
NIL
Malta Freeport Corporation
1440.92
NIL
NIL
NIL
Malta Enterprise
*
*
*
*
MITA
318,509.36
9,074.80
2,100
7064.36
MGI/MIMCOL/Privatisation Unit
2,028.30
NIL
NIL
NIL
Kordin Grain Terminal
7,432.95
NIL
NIL
NIL
Cooperatives Board
NIL
NIL
NIL
NIL
Malta Industrial Parks
51,835
NIL
NIL
NIL
Minħabba l-mod kif kienet irrekordjata l-informazzjoni fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti mhuwiex possibbli li l-informazzjoni tal-Malta Enterprise tingħata mqassma fil-mod rikjest mill-Onorevoli Interpellant. Minħabba f’hekk, l-informazzjoni li setgħet tinġabar fil-perjodu qasir li ngħatajna biex inwieġbu din il-mistoqsija, hija dik tan-nefqa totali ta’ reklamar matul is snin.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — reklamar fuq media
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq b’mod totali l-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu separatament f'reklamar għal kull sena bejn l-2004 u l-2012 f'dawn il-media differenti: televiżjoni, internet, radju, ġurnali/gazzetti u pubblikazzjonijiet oħra? Jista’ fl-istess ħin, jaqsam din l-ispiza skont fuq liema stazzjon tat-televizjoni, stazzjon tar-radju, ġurnal/gazzetta, pubblikazzjoni oħra jew newsportal deheru jew ixxandaru r-riklami?
Response (BRINCAT, LEO)
L-Onor. Interpellant japprezza li l-Ministeru li tiegħu jien responsabbli għalih nibet minn Ministeri oħra li kienu jħaddnu ukoll bosta sezzjonijiet u jew entitajiet u dipartimenti li llum ma jiffurmawx parti minn dan il-Ministeru.
Għaldaqstant, skont l-informazzjoni li għaddewli mill-WasteServ, li llum il-ġurnata baqgħet tagħmel parti mid-dekasteru tiegħi, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-infiq fuq reklamar li sar mill-kumpanija bejn is-snin 2004 u 2012.