Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #2420 Sitting 27 2013-06-05 Oral · Final From: BEPPE FENECH ADAMI To: Ministeru għall-Finanzi

Xiri ta’ Karozzi b’direct order

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il approvazzjoni u awtorizzazzjoni kien hemm min-naħa tal-Ministeru tal-Finanzi sabiex jinxtraw karozzi b'direct order mid-9 ta' Marzu sal-lum minn diversi ministeri tal-Gvern? Jista' jgħid għal-liema dipartiment, ministeri jew awtoritajiet ingħatat din l-approvazzjoni u awtorizzazzjoni? Kemm minn dawn inxtraw għall-użu ta' segretarji permanenti u għal-liema segretarju permanenti partikulari?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħaraf lill-Onorevoli Interpellant illi l -informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Korp tal-Pulizija — reinstatement

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il Pulizija ġie reinstated fil-Korp tal-Pulizija mill-10 ta' Marzu 2013 sal-lum?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba li jiena tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1812 dwar dan l-istess suġġett għadha tgħodd.

Korp tal-Pulizija — reinstatement

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti ta' reinstatement fil-Korp tal-Pulizija rank b'rank?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-preżent hemm 106 talba pendenti għall-reinstatement fil-Korp tal-Pulizija, f’dawn il-karigi: Supretendent 1 Spettur 3 Surġent Maġġur tat-Tiena Klassi 4 Surġent 26 Kuntistabbli 72

Qrati tal-Ġustizzja — ingaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx impjegati nies mill-Qrati tal-Ġustizzja mid-9 ta’ Marzu 2013? Jekk iva, jista’ jispjega kemm-il persuna ġiet impjegata? X’inhu l-grad tas-servizz ċivili li fihom ġew impjegati? Kemm hija l-paga gross tagħhom, kemm hemm minn dawk li ġew hekk impjegati illi qegħdin jaħdmu fl-arkivju tal-Qrati u x’kienu l-kriterji sabiex intgħażlu dawn il-persuni? Kemm minnhom kienu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ qabel effettivament ġew impjegati

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġiet ingaġġata persuna waħda biss mad-Dipartiment tal-Qrati tal-Ġustizzja mid- 9 ta’ Marzu, 2013 l’hawn; dan kien ta’ Casual Substitute Clerk; wara li saret sejħa għall-applikazzjonijiet mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC) minn fost dawk li kienu jirreġistraw.

Monument tal-Gwerra — fjamma ornamentali

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament x'inhuma l-ħinijiet li fihom qiegħda tinżamm mixgħula l-fjamma ornamentali mal-monument tal-Gwerra fil-Furjana? Jista' jikkonferma jekk hux minnu li mid-9 ta' Marzu 2013 'l hawn, inbidlu l-ħinijiet li fihom tinxtel l-istess fjamma? Jekk kien hemm tibdil fil-ħinijiet, jista' jgħid x'kienu r-raġunijiet għal tali tibdil? Jekk saru tibdiliet, jista' jinforma jekk u ma min saru konsultazzjonijiet qabel sar dan it-tibdil ta' ħinijiet?

Response (MIZZI, JOE)

Il-fjamma ornamentali mal-monument tal-Gwerra fil-Floriana qiegħda tinżamm mixgħula bejn is-sitta ta’ filgħaxija tul il-lejl sas-sitta ta’filgħodu.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — impjegati

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru jinforma lil dan il-Parlamentar kemm hemm staff f'kull Dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tal-Ministeru tiegħu?

Response (GRECH, LOUIS)

Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — persuni li m'għandhomx kuntratt ta' xogħol fid-dipartimenti

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni f'kull Dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteri tiegħu li jirrapportaw għax-xogħol f'dak id-dipartiment minkejja li m'għandhomx kuntratt ta' xogħol ma' dak id-Dipartiment?

Response (GRECH, LOUIS)

Hemm 3 persuni li diġà għandhom kuntratt maċ-Ċivil u ngħataw xogħol amministrattiv fil-Ministeru.

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — telefonati minn priġunieri

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament x’inhi l-proċedura li qed tiġi adottata fil-Faċiltà Korrettiva ta' Kordin sabiex priġunier jkun jista' jagħmel telefonata minn ġewwa l-ħabs, x’inhi l-informazzjoni li tinżamm dwar kull telefonata, kemm-il darba tista' ssir telefonata, min jawtorizza telefonata minn priġunier u kemm-il telefonata saret minn priġunieri ġewwa l-ħabs ta' Kordin mit-8 ta Marzu 2013 sal-lum, u minn kemm-il priġunier?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin (F.K.K.) it-telefonati tal-priġunieri jibdew mid-disgħa u nofs ta’ filgħodu sa nofsinhar u kwart, u jkomplu mis-sagħtejn u kwart sa tmienja ta’ filgħaxija. Fil-Faċilità hawn istallata 23 “telephone box”. F’kull divizjoni hemm massimu ta’ żewġ “telephone boxes”, dan jiddependi fuq l-ammont ta’ priġunieri lid-diviżjoni tospita. Is-sistema telefonika tal-priġunieri huma r-rekordjati u kull konversazzjoni telefonika tista’ tiġi intenzjonament mismuha. Is-sistema iżżomm ukoll awtomatikament id-data, il-ħin meta tkun saret it-telefonata kif ukoll in-numru tat-telefon ta’ min irċieva t-telefonata. L-imsemmija sistema taħdem permezz ta’ “Easy Line card” li tiġi mixtrija mil-faċilità stess. Din il “card” hi bħal dik uzata barra mil-ħabs, però qiegħda ikkowdjata biex tintuza biss fil-F.K.K. Jista’ jingħad li bejn dawn il-ħinijiet li semmejt hawn fuq, priġunier bis-sentenza jista’ jċempel lil minn irrid u kemm il-darba jrid, waqt li priġunier bl-arrest jista’ jċempel lil minn jkun għamel l-permess mingħand l-ispettur tal-kaz u mingħand l-A.G., u jistgħa jċemplilhom kemm-il darba jrid. Mit-8 ta Marzu 2013 sal-18 ta April 2013 saru 68,127 telefonata, minn 410 priġunieri. (Dawn iċ-ċifri huma approssimattivi).

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — detenuti

Question

Jista' l-Minisru jinforma lill-Parlament dwar kemm hemm detenuti ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta' Kordin li huwa, qabel ma kien sar Ministru, kien iddefenda ġewwa l-Qrati Maltin f'każijiet li fihom instabu ħatja u ngħataw sentenza ta' ħabs effettiva?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Il- Facilita Korrettiva ta’ Kordin ma zzommx statistika ta’ min kien l-avukat u/jew avukati ta’ nies detenuti f’dan il –post u kwindi ir risposta ma tistax tinghata mil-awtorita' imsemmija.

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — Permess ta' Ħruġ

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Parlament dwar x’inhi l-proċedura adottata ġewwa l-ħabs ta' Kordin li permezz tagħha persuna titlob permess u tingħata permess biex tinħareġ mill-ħabs sabiex tkun tista' tinvista terzi persuni barra l-ħabs fosthom familjari u kemm hemm prigunieri li mid-9 ta' Marzu 2013 sal-lum ingħataw permess li jinħarġu mill-ħabs ta' Kordin biex jinvistaw familjari?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mid-9 ta' Marzu 2013 sat-18 ta' April 2013 kien hemm 33 priġunier li talbu permess biex jinħarġu mill-ħabs sabiex ikunu jistgħu jżuru lil familjari barra l-ħabs. Dawn it-talbiet saru sabiex izuru xi qarib viċin. Il-proċedura li tiġi segwita meta priġunier ikun jixtieq izur familjari barra l-ħabs (jiġifieri compassionate leave) hija spjegata fid-Direttivi Ministerjali tal-Prison Leave (01/2013). L-ewwelnett trid issir talba mill-priġunier fl-uffiċju fejn jiġu milqugħa l-applikazzjonijiet ta’ din ix-xorta. Jiġi mitlub ċertifikat mediku mill-priġunier dwar il-kundizzjoni li l-pazjent ikun jinsab fiha, u wara, jiġi nfurmat it-tabib mill-Faċilità sabiex izur lill-pazjent u jikkonferma il-qagħda li jkun jinsab fiha l-pazjent u jagħmel ir-rakkomandazzjoni tiegħu. Imbagħad issir applikazzjoni li jiġi nkluz fiha kull informazzjoni meħtieġa dwar l-applikant, kif ukoll iċ-ċertifikat li jkun għamel it-tabib tal-Ħabs, tiġi mressqa quddiem il-Prison Leave Advisory Board (PLAB) sabiex tiġi diskussa jekk għandiex tkun rakkmandata jew le. Wara dan il-proċess, l-applikazzjoni tgħaddi għand id-Direttur bir-rakkomandazzjoni tal-PLAB sabiex jagħmel il-kummenti tiegħu u wara din tintbagħat l-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Intern u Sigurtà Nazzjonali, għall-approvazzjoni finali. L-applikazzjoni terġa tintbagħat lura mill-Ministeru għand id-Direttur (bl-approvazzjoni/jew mod iehor) li mbagħad tgħaddi għand l-Uffiċċjal inkarigat sabiex tiġi appuntata l-iskorta meħtieġa sabiex il-priġunier jiġi skortat biex izur lill-persuna konċernata. Dan il-compassionate leave jingħata f’kaz ta’ mard serju, kroniku u fejn pazjent ikun fi stat li ma jkunx jista’ jżur lill-priġunier fil-ħabs, u dan dejjem wara li jkun iċċertifikat mit-tabib tal-Faċilità. Leave ta’ din ix-xorta (jekk ma jkunx f’każ ta’ mewt) jingħata fuq bazi ta’ darba fix-xahar u kull vista tkun ta’ madwar 30 minuta. Dan il-leave jista’ jiġi miċħud jekk l-imġieba tal-priġunier ma tkunx sodisfaċenti.

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — Ħaddiema - Dħul u Ħruġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid lil dan il-Parlament x’inhi l-proċedura ta' dħul u ħruġ fil-ħabs ta' Kordin għall-ħaddiema kollha, inkluż gwardjani u membri tal-SRT meta jirappotaw għax-xoghol u meta jispiċċaw mix-xogħol?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċedura ta’ dħul u ħruġ fil-ħabs ta’ Kordin għall-ħaddiema kollha, inkluz gwardjani u membri tal-SRT meta’ jirrapportaw għax-xogħol hija kif imsemmija hawn taħt: Kif tidħol il-bieb ta’ barra persuna trid tippanċja bil-fob. Wara tgħaddi mit-tieni bieb u t-tielet bieb. Jekk persuna għandha xi oġġett ipprojbit li ma tistax iddaħħlu ġol-ħabs trid titpoġġa f’locker apposta u jkun magħluq mill-istess persuna. Fil-preżent hemm żewġ tipi ta’ lockers - b’ċavetta li tinżamm mill-persuna u master key li tinżamm il-gatehouse jew locker b’ċavetta waħda li tinzamm mill-persuna biss. Wara l-persuna tidħol fis-search room u tneħħi kull oġġett li jkollha fil-bwiet inkluz l-arloġġ jekk għandu, u issir rub-down search fuq il-persuna. Jekk persuna jkollha basket issir tfittxija ġol-baskett . Tfittxija bħal din issir min Uffiċċjal wieħed. Hemm okkazzjonijiet fejn persuna meta tiġi biex tidħol il-ħabs issir strip down search fuqha. Din issir billi persuna tidħol go search room, wara li toħrog kull oġġett li jkollha mill-bwiet, tinza l-ħwejjeg kollha li tkun liebsa, inkluz ħwejjeg ta’ taħt, iż-żarbun u kalzetti u dan isir fil-prezenza ta’ żewġ uffiċċjali. Meta ħaddiema jkunu ħerġin mill-ħabs, wara li jispiċċaw mix-xogħol, huma jridu jippanċjaw bil-fob. Kull persuna li tkun ħierga hija suġġetta għall-tfittxija kemm fuq il-persuna tagħha rub down search kif ukoll fil-baskett jekk ikollha. F’kaz li dan isir, din trid issir qabel persuna tippanċja.

Talba għal amnestija ġenerali

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament jekk lilu jew lill-Uffiċċju tiegħu saritilux talba formali jew informali mill-priġunieri u/jew minn għaqdiet volontarji li jaħdmu fil-ħabs għal amnestija ġenerali għall-priġunieri kollha wara l-elezzjoni ġenerali tat-9 ta' Marzu 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Il-Ministru kellu laqghat ta’ kortesija sa’ issa ma zewg ghaqdiet, Mid -Dlam Ghad-Dawl u Prison Fellowship. Kemm f’dawn il-laqghat u anke f xi korrispondenza ssemma is-suggett ta' amnestija u jista jinghad li kien hemm rakkomandazzjoni f dan is-sens.

Università ta' Malta — informazzjoni dwar l-għalliema

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' għalliema full-time fl-Università fis-sena akkademika preżenti? Kemm minn dawn huma assenjati b'doveri fil-Junior College fuq bażi full-time jew part-time? Kemm mill-għalliema tal-Università fis-sena akkademika preżenti huma part-time fl-Università u fil-Junior College separatament? Kemm mill-istaff akkademiku tal-Università għandhom joint post ma' xi entità oħra?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.