Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #5014 Sitting 63 2013-10-16 Oral · Final From: BEPPE FENECH ADAMI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali – tnaqqis fin-nefqa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid b’kemm kienet imnaqqsa n-nefqa għall-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali għas-sena 2013?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

B’riferenza għall-mistoqsija 5014, it-tweġiba hi b’€ 93,000.
Leg 12 PQ #5015 Sitting 63 2013-10-16 Oral · Final From: BEPPE FENECH ADAMI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Uffiċċju Konġunt – tnaqqis fin-nefqa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid b’kemm kienet imnaqqsa n-nefqa għad-Dipartiment tal-Uffiċċju Konġunt għas-sena 2013?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant li jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 4853 u 4854.

Birkirkara — ilqugħ mal-bus shelter

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-bus shelter li jinsab fil-bypass ta' Birkirkara jitwaħħlulu xi forma tal-lqugħ għall-ilma li jittajjar mill-karozzi għal fuq il-persuni li jkunu qed jistennew il-karozzi tal-linja?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jindika għal-liema bus shelter qiegħed jirreferi minħabba illi fit-triq imsemmija hemm numru ta’ bus shelters stallati.

Santa Venera — toroq one way

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huxiex jiġi kkunsidrat li t-toroq bejn Triq Salvu Psaila u Triq il-Parilja (Santa Venera) isiru one way kif sar fi Triq ix-Xarretta biex jiġu evitati ħafna inċidenti ¿għar li jsiru kuljum?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien infurmat minn Transport Malta, li m’hemm l-ebda talba sabiex it-traffiku fit-toroq ta’ bejn Triq Salvu Psaila u Triq Parilja jsir f’direzzjoni waħda.

Birkirkara — zebra crossing jew pelican lights fi Triq in-Naxxar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru pelican lights jew zebra crossing ħdejn il-Mitħna fi Triq in-Naxxar f'Birkirkara minħabba l-volum kbir ta' karozzi li jgħaddu minn hemm?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant pelican crossing fil-lokalita’ msemmija ġiet approvata u għaldaqstant qiegħda fil-lista ta’ xogħlijiet ta’ Transport Malta.

Sptar Mater Dei — tkabbir ta' bus shelters

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li l-bus shelters ta' quddiem il-bieb prinċipali tal-Isptar Mater Dei jitkabbru għax dawn fil-preżent mhumiex kbar biżżejjed biex jagħtu kenn mix-xemx u x-xita lil dawk in-nies kollha li jiffrekwentaw l-Isptar?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta diġa’ ħarġet tender għall-istallazzjoni ta’canopy quddiem il-bieb prinċipali tal-Isptar Mater Dei, bi speċifikazzjonijiet simili għal dawk li twaħħlu fil-Marsa Park and Ride, l-Ajruport u l-venda tar-Rabat ġewwa Għawdex. Infurmat ukoll li fil-preżent dan ittender qiegħed jiġi evalwat.

Birkirkara — twaħħil ta' bus shelter ħdejn il-BOV

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jitwaħħal bus shelter fil-venda ta' Birkirkara ta' ħdejn il-BOV biex in-nies ikunu jistgħu jistkennu mill-elementi?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Transport Malta diġà applikat u ġabet il-permess mill-MEPA sabiex jitwaħħal bus shelter fis-sit imsemmi. Infurmat ukoll li dan il-bus shelter se jitwaħħal mill-aktar fis possibbli.
Leg 12 PQ #4926 Sitting 62 2013-10-15 Oral · Final From: BEPPE FENECH ADAMI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — impjegat

Question

Jista' l Prim Ministru jgħid f'liema sena kien ġie impjegat mas-Servizz Pubbliku l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Mhix il-prassi li f’dan il-Parlament jingħataw dettalji li qed jintalbu mill-Onor Interpellant anki għal raġunijiet ta’ data protection, kif intqal fi tweġibiet għal mistoqsijiet parlamentari f’leġislaturi oħra f’dan il-Parlament.

Dipartiment tal-Edukazzjoni — ingaġġ ta' għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati għalliema mad-dipartiment tal-Edukazzjoni mill-1 ta' Settembru sat-22 ta' Settembru 2013?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li n-numru ta’għalliema li ġew impjegati mad-Direttorat għal Servizzi Edukattivi mill-01 ta’ Settembru sat-22 ta’ Settembru 2013 huwa ta' mija u ħmistax (115) .

Dipartiment tal-Edukazzjoni — għalliema li għad iridu jiġu impjegati

Question

Jista' l Ministru jgħid jekk għadx fadal għalliema li għad iridu jiġu impjegati mid-dipartiment tal-Edukazzjoni sabiex jgħallmu f'din is-sena skolastika 2013/2014 u jekk fl-affermattiv kemm hemm u għal liema suġġetti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li bħalissa l-vakanzi li jeżistu huma tlieta - fl-Ispanjol, Taljan u Studji Soċjali u huma kollha ta' natura temporanja. Għaldaqstant, dawn se jimtlew minn għalliema supply.
Leg 12 PQ #4917 Sitting 61 2013-10-14 Oral · Final From: BEPPE FENECH ADAMI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Delegazzjoni Maltija fi New York — spejjeż

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid minn min kienet komposta id-delegazzjoni Maltija li akkumpanjatu fi New York għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti f'Settembru 2013? Jista' jgħid kemm kienet l-ispijża tal-flights tiegħu u tad-delegazzjoni kollha li akkumpanjatu? Jista' jgħid kemm kienet l-ispijża tal-akkomodazzjoni tiegħu u tad-delegazzjoni kollha li akkumpanjatu u fejn kienu alloġġjati?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Birkirkara — dar għall-anzjani

Question

Peress li l-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara kien diġà lesta l-pjanti biex tinbena dar għall-anzjani fi Triq Ġanu f’Birkirkara, tista’ l-Ministru tgħid x’inhi l-policy tal-Ministeru f’dan ir-rigward u jekk hemmx il-ħsieb li din id-dar tinbena kif kien pjanat?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-onorevoli interpellant li bħalissa qiegħda tiġi proċessata l-espressjoni ta’ interess li ħareġ il-Gvern biex investituri fis-settur privat jipprovdu faċilitajiet għal anzjani li jkunu jeħtieġu kura fit-tul. Dan il-proċess għadu għaddej u għandu jwassal biex jintgħażlu dawk il-proposti li joffru l-aqwa servizz lill-anzjani li jkunu jeħtieġu din il-kura, bl-aħjar prezzijiet u fl-iqsar żmien possibbli.

Night shelters għall-anzjani

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-politika tal-Gvern rigward in-night shelters għall-anzjani?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-politika soċjali tal-Gvern hi li jkompli jsaħħaħ il-qafas tan-night shelters għall-anzjani kif ukoll li jiżgura li iżjed lokalitajiet igawdu minn dan is-servizz.

Birkirkara — night shelter

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hemm il-ħsieb li jinfetaħ night shelter għall-anzjani f'Birkirkara jew fil-viċinanzi?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Gvern qiegħed jevalwa għadd ta’ proposti dwar night shelters minn lokalitajiet differenti għall-anzjani. Iċ-ċentru ta’ Malta hija żona fejn għal raġunijiet ovji ilha tinħass il-ħtieġa ta’ iżjed servizzi b’saħħithom għall-anzjani.
Leg 12 PQ #3422 Sitting 45 2013-07-03 Oral · Final From: BEPPE FENECH ADAMI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ambaxxatur ġewwa Brussell

Question

Jista’ l-Prim Ministru jikkonferma jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament hux se tkun innominata bħala Ambaxxatur ġewwa Brussell?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #3423 Sitting 45 2013-07-03 Oral · Final From: BEPPE FENECH ADAMI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjieg mal-Gvern – Każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid f’liema sena ġie impjegat mal-Gvern l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Membru li jeżistu diversi persuni mpjegati mal-Gvern li isimhom huwa l-istess bħal dak mogħti separatament mill-Onor Interpellant. Għaldaqstant, fin-nuqqas ta’ informazzjoni aktar preċiża, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru mhuwiex f’pożizzjoni jidentifika b’ċertezza l-persuna konċernata. Minbarra hekk, niġbed l-attenzjoni tal-Onor Membru li mhijiex konswetudni li jingħataw dettalji personali ta’ dan it-tip dwar impjegati speċifiċi. Jien infurmat li, xi żmien wara li ġie fis-seħħ l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data (Kap. 440), kien ġie deċiż li l-lista tal-impjegati fis-Servizz Pubbliku (dik li qabel kienet tissejjaħ “Staff List”) ma tibqax tkun ippubblikata, proprju biex is-Servizz Pubbliku ikun qiegħed iżomm mal-ispirtu w l-prinċipji ta’ din il-liġi u ma tinkisirx il-privatezza tal-impjegati permezz ta’ kxif bla bżonn ta’ dettalji personali, fost oħrajn l-informazzjoni mitluba mill-Onor Membru. Din hija prattika tajba li tosserva d-dritt tal-persuni għall-privatezza u ma nara l-ebda raġuni li din il-prassi għandha tinbidel issa.
Leg 12 PQ #3424 Sitting 45 2013-07-03 Oral · Final From: BEPPE FENECH ADAMI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjieg mal-Gvern – Każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid f’liema korp dixxiplinat kien impjegati l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament meta ġie impjegat mal-Gvern?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 3423.
Leg 12 PQ #3425 Sitting 45 2013-07-03 Oral · Final From: BEPPE FENECH ADAMI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

CV ta’ impjegat tal-Gvern

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-CV tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-diffuzjoni tad-dettalji personali mitluba tfisser ksur tad-dritt tal-privatezza tal-persuni.
Leg 12 PQ #3426 Sitting 45 2013-07-03 Oral · Final From: BEPPE FENECH ADAMI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissarju Għoli Malti għar-Renju Unit

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-indivdwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament hux se jkun il-Kummissarju Għoli Malti għar-Renju Unit?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #3427 Sitting 45 2013-07-03 Oral · Final From: BEPPE FENECH ADAMI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

CV ta’ individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-CV tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Apparti mill-fatt li ma hemm ebda raġuni għaliex l-Uffiċċju tal-Prim Ministru għandu jkollu CV tal-persuna msemmija, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-diffużjoni tad-dettalji personali mitluba tfisser ksur tad-dritt tal-privatezza tal-persuni.