Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #5418 Sitting 69 2013-10-30 Oral · Final From: BEPPE FENECH ADAMI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Delegazzjoni Maltija fl-Iżrael u l-Palestina

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid minn min kienet komposta d-delegazzjoni li akkumpanjat lill-Prim Ministru fl-Iżrael u l-Palestina u min kienu l-persuni li akkumpanjawh? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża tal-flights tiegħu u tad-delegazzjoni kollha li akkumpanjatu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża tal-akkomodazzjoni tiegħu u tad-delegazzjoni kollha li akkumpanjatu? Fejn kienu alloġġjati?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Għall-viżta li kelli f’Iżrael u l-Palestina bejn il-15 u s-17 t’Ottubru d-delegazzjoni li akkumpanjatni kienet magħmula mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin George Vella, mill-Ministru tat-Turizmu Karmenu Vella, mill-Onor. Charles Buhagiar, minn Mark Farrugia, Johann Grech u Pamela Seychell membri tas-Segretarjat Privat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, mis-sinjuri Joseph Zahra u Carlo Micallef li assistew lill-Ministri msemmija iktar ‘il quddiem u mis-sur John Portelli, uffiċjal tas-sigurta. Fuq stedinit speċifici kemm tal-gvern Izraeljan u anki tal-gvern Palestinjan, akkumpanjatni wkoll matul il-vizta, il-mara tiegħi. Għal dik li hija spiża tal-flights, din laħħqet l-€14,400. Din kienet l-iktar waħda vantaġġjuza u kienet tkopri wkoll l-ispejjeż tal-membri tal-media li vvjaggaw mad-delegazzjoni. Għal dik li hija spiża ta’ akkomodazzjoni, ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Gvern Iżraeljan ħallas l-ispejjeż tad-disa' membri tad-delegazzjoni. L-ispiza tal-akkomodazzjoni li ħallas il-Gvern Malti kienet ta’ € 2,619. Dettalji dwar fejn id-delegazzjoni kienet alloġjata ma jistgħux jingħataw minħabba raġunijiet ta’ sigurtà.
Leg 12 PQ #5419 Sitting 69 2013-10-30 Oral · Final From: BEPPE FENECH ADAMI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Delegazzjoni Maltija fil-Libja

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid minn min kienet komposta d-delegazzjoni li akkumpanjat lill-Prim Ministru fl-aħħar żjara tiegħu fil-Libja u min kienu l-persuni li akkumpanjawh?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Id-delegazzjoni li akkumpanjatni fl-aħħar żjara tiegħi fil-Libja kienet maghmula mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin Dr George Vella, miċ-chief of staff tas-Segretarjat Privat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, is-sur Keith Schembri, mill-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Gvern, is-sur Kurt Farrugia u minn membri tas-sigurtà.
Leg 12 PQ #5420 Sitting 69 2013-10-30 Oral · Final From: BEPPE FENECH ADAMI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Delegazzjoni Maltija fil-Libja – spejjeż

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tal-flights tiegħu u tad-delegazzjoni kollha li akkompanjatu fl-aħħar żjara tiegħu fil-Libja?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngharraf lill-Onor. Interpellant li l-ispejjez tal-flights imsemmija minnu kienu koperti mill-Gvern Libjan.

Korp tal-Pulizija — overtime

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu n-negozjati mal-MPA rigward il-wegħda elettorali li l-membri tal-Korp jitħallsu tal-overtime pendenti mill-1993?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-Malta Police Assocation għadha kemm ġiet rikostitwita , fil-jiem li ġejjin hemm il-ħsieb li ssir laqgħa ma’ din l-assoċjazzjoni kif ukoll mal-Bord tan-Negozjati.

MPA – laqgħat bejn unions u d-direttur tax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-MPA hiex inkluża fil-laqgħat li qegħdin isiru bejn il-unions u d-direttur tax-xogħol rigward il-wegħda elettorali li l-membri tal-Korp dixxiplinati jssieħbu f’union?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi għaddejin laqgħat bejn il-unions u d-direttur tax-xogħlijiet u li hemm il-ħsieb li jattendu għalihom ukoll membri ta’ Korpi Dixxiplinati.

Ta' Kandja — bini tal-akkademja tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jkun lest ix-xogħol fuq il-bini tal-Akkademja tal-Pulizija f'Ta' Kandja?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi l-bini tal-blokk fejn hemm il-lecture rooms u l-ufficji tal-amministrazzjoni, għandu jkun lest u jkun jista' jintuża sa l-aħħar tax-xahar id-dieħel.

Ta' Kandja — Akkademja tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm bdil fil-pjanti u d-disinji oriġinali tal-Akkademja tal-Pulizija f'Ta' Kandja?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi it-tibdil li sar fil-pjanti u d-disinji originali tal-Akademja tal-Pulizija f’Ta’ Kandja kien jikkonsisti biss billi tneħħew żewġ ħitan minn bejn il-klassijiet u bieb li ġie magħluq f’tieqgħa. Sar ukoll tibdil fil-livelli tal-bankina ta’ quddiem il-binja, sabiex kemm jista jkun jiġu evitati turġien u rampi fl-entraturi.

Ta' Kandja — Spejjeż fuq bini tal-Akkademja tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-bdil fil-pjanti huwiex se jwassal għal spiża akbar fil-bini tal-Akkademja u jekk fl-affermattiv b'kemm?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi t-tibdil li sar fil-kostruzzjoni tal-Akkademja tal-Pulizija ġewwa Ta’ Kandja, kif spjegat fit-tweġiba għall Mistoqsija Parlamentari numru 5173 mhux se jkabbar l-ispiża, illi skont ma jien infurmat mhix se taqbeż dik proġettata.

Akkademja tal-Pulizija — persuni fuq il-bord

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li ġew maħtura fuq il-bord tal-Akkademja tal-Pulizija u xi ħlsasijiet qed jirċievu?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Akkademja tal-Pulizija — CV tal-membri tal-bord

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-CV tal-membri li hemm fuq l-istess bord tal-Akkademja tal-Pulizija?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant li it-tweġiba ma tistax tingħata għaliex din l-informazzjoni hija kunfidenzjali.
Leg 12 PQ #5016 Sitting 64 2013-10-21 Oral · Final From: BEPPE FENECH ADAMI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qrati tal-Ġustizzja – tnaqqis fin-nefqa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid b’kemm kienet imnaqqsa n-nefqa għall-Qrati tal-Ġustizzja għas-sena 2013?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

B’riferenza għall-mistoqsija 5016, ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Qrati tal-Ġustizzja żdied l-investiment għas-sena 2013 u mhux naqas. L-investiment żdied b’mod sostanzjali u dan il-Gvern beħsiebu jinvesti aktar fil-Qrati fis-snin li ġejjin. In-nefqa rikurrenti attwali għal-Qrati tal-Ġustizzja bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena kienet ta’ €9,058,139 filwaqt li l-ispiża għall-istess perjodu tas-sena l-oħra kienet ta’ €8,168,996. In-nefqa attwali tas-sena 2012 kienet ta’ €11,244,746 waqt li l-ispiża għal din is-sena hi maħsuba li se tkun €13,000,000.
Leg 12 PQ #5017 Sitting 64 2013-10-21 Oral · Final From: BEPPE FENECH ADAMI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern – tnaqqis fin-nefqa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid b’kemm kienet imnaqqsa n-nefqa għall-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern għas-sena 2013?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

B’riferenza għall-mistoqsija 5017, it-tweġiba hi b’€ 40,950.

Akkademja tal-Pulizija — membri full-time

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali tal-Pulizija full-time u tal-post li jaħdmu fi ħdan l-Akkademja tal-Pulizija fil-preżent?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm Supretendent, Spettur, Surġent Maġġur, erba’ Surġenti u ħames Kuntistabbli stazzjonati l-Akkademja tal-Pulizija.

Korp tal-Pulizija — reklutaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se jiddaħħlu rekluti ġodda fir-reklutaġġ li jmiss tal-Korp tal-Pulizija?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ vakanzi approvati għall-post ta’ kuntistabbli huwa ta’ 100. Pero’ dan dejjem jiddependi mir-rata ta’ suċċess li l-kandidati jiksbu fil-proċess ta’ l-għażla u fil-kors ta’ taħriġ fl-Akkademja tal-Pulizija.

Korp tal-Pulizija — korsijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru lezzjonijiet/korsijiet (magħrufa bħala tal-in service) lill-pulizija mid-9 ta' Marzu sal-14 ta' Ottubru 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Kif ġa kelli l-okkażżjoni nispjega fi Twegibiet preċedenti, l-In Service Training lill-membri tal-Korp tal-Pulizija fl-Akkademja tal-Pulizija, kien ġie sospiż minħabba li ma kienx qed jagħti riżultati mixtieqa. Madankollu korsijiet fuq suġġetti speċifici xorta waħda baqgħu isiru, kif jidher mit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra u li turi il-korsijiet u taħrig li ngħata lill-membri tal-Korp tal-Pulizija bejn id-9 ta’ Marzu sal-14 ta’ Ottubru ta’ din is-sena.

Korp tal-Pulizija reklutaġġ

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-curriculum li fuqu se jkunu qed jitħarrġu u jitgħallmu r-rekluti li se jiġu aċċettati għall l-ingaġġ li jmiss fil-Korp tal-Pulizija?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi l-curriculum tal-kors ta’ taħrig għar-reklutaġġ li jmiss għall-kuntistabbli tal-pulizija, qed ikun rivedut u aġġornat mill-Bord tal-Akkademja tal-Pulizija flimkien mal-Amministrazzjoni tal-Korp.
Leg 12 PQ #4927 Sitting 63 2013-10-16 Oral · Final From: BEPPE FENECH ADAMI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — impjegat

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema grad kien impjegat fis-Servizz Pubbliku l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant ghat-twegiba ghal mistoqsija 4926.
Leg 12 PQ #4928 Sitting 63 2013-10-16 Oral · Final From: BEPPE FENECH ADAMI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Korp Diplomatiku — ambaxxatur

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid xi kwalifiki għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament biex iservi fil-Korp Diplomatiku bħala ambaxxatur?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Huma l-istess kwalifiki li gvernijiet ohra fis-snin li ghaddew m' hemmx dubju li kienu jfittxu meta kienu jiehdu deċiżjonijiet simili.
Leg 12 PQ #4929 Sitting 63 2013-10-16 Oral · Final From: BEPPE FENECH ADAMI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kopja ta' CV

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-CV tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant ghat-twegiba ghall-mistoqsija parlamentari 4928.
Leg 12 PQ #5013 Sitting 63 2013-10-16 Oral · Final From: BEPPE FENECH ADAMI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet – tnaqqis fin-nefqa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid b’kemm kienet imnaqqsa n-nefqa għad-Dipartiment tal-Artijiet għas-sena 2013?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant li jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 4853.