Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5417 u 4917 u jgħid minn min kienet komposta d-delegazzjoni Maltija li akkumpanjatu fi New York għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti f'Settembru 2013? Jista' jgħid kemm kienet l-ispijża tal-flights tiegħu u tad-delegazzjoni kollha li akkumpanjatu? Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża tal-akkomodazzjoni tiegħu u tad-delegazzjoni kollha li akkumpanjatu u fejn kienu alloġġjati?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Id-delegazzjoni li akkumpanjanti waqt l-impenji fi New York għall-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Maqgħuda bejn it-Tnejn 23 u l-Gimgħa 27 ta’ Settembru, kienet magħmula mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin George Vella, mill-Onor Chris Agius, mic-chief of staff tas-Segretarjat Privat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, s-sur Keith Schembri, minn Matthew Carbone, Johann Grech u Ritienne Cassar, mis-Segretarjat Privat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u mis-sur Leonard Sacco, chief of Staff tas-Segretarjat Privat tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Fuq stedinit li saru kemm mill-uffiċċju tal-President tal-iStati Uniti u kif ukoll mill-uffiċċju tas-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda, akkumpanjanti wkoll il-mara tiegħi, kif ġara fi snin oħra. L-ispiża tal-flights kienet ta’ €28,941. Minħabba raġunijiet ta’ sigurtà ma jistgħux jingħataw dettalji dwar fejn kienet alloġjata d-delegazzjoni. Din izda kienet l-istess lukanda li sar uzu minnha minn Prim Ministri Maltin oħra fl-aħħar snin. L-ispejjeż relatati mal-lukanda kienu ta’ $28,818.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5430 peress li l-mistoqsija parlamentari 4340 li rreferini għaliha titkellem fuq maskri tal-imnifsejn u mhux fuq ilbies prottettiv?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-maskri tal-imnifsejn huma ukoll ilbies prottettiv.
Awtorita' ta' Malta għar-Riżorsi – proposti dokumentati
Question
Jista' l-Ministru jgħid ma' liema organizzazzjonijiet jew awtoritajiet, l-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi ltaqgħet qabel ma ħarġet il-proposti tagħha fid-dokument imsejjaħ "Reform of the LPG Market Structure - Door to Door Distribution and Retail of LPG Cylinders"? Jista' jgħid kemm kien hemm laqgħat f'kull każ?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità ta’ Malta għar-Riżorsi iltaqgħet diversi drabi b’mod informali ma’ numru ta’ entitajiet jew rappreżentanti tagħhom fosthom:
· Rappreżentanti tad-distributuri tal-gass/GRTU
· Rappreżentanti tad-distributuri tal-gass/Dedicated
· Operaturi fis-suq tal-LPG
· MSDC
· State Aid Monitoring Board
· Ministeru għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma
MRA – Reform of the LPG Market Structure — ċilindri tal-gass
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk skont il-proposti maħruġa mill-Awtorità ta’ Malta għar-Riżorsi msejħa Reform of the LPG Market Structure – Door to Door distribution and retail of LPG Cylinders, il-konsumaturi humiex se jkollhom id-dritt li jagħżlu ċ-ċilindri tal-gass mingħand id-distributur tal-għażla tagħhom?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proposti qegħdin għal konsultazzjoni pubblika. Wara l-konsultazzjoni l-pożizzjoni tal-MRA tiġi ppubblikata. Is-servizz lill-konsumatur huwa prijorità.
Jista’ l-Ministru jgħid liema se jkunu l-benefiċċji li se jiggwadanjaw il-konsumaturi bil-proposta maħruġa mill-Awtorità ta’ Malta għar-Riżorsi rigward id-distribuzzjoni taċ-ċilindri tal-gass?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-proposti tal-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi – Public Consultation – Reform of the LPG Market Structure – The Door to Door Distribution and Retail of LPG Cylinders.
Kopja ta’ din il-konsultazzjoni pubblika qegħdha fuq il-
website
tal-Awtorità. Il-proposta tal-Awtorità telenka fid-dettall il-benefiċċji għall-konsumatur.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta’ Malta għar-Riżorsi għamlitx anali¿i ekonomika tas-suq tal-importazzjoni u bejgħ tal-LPG u tas-suq tad-distribuzzjoni taċ-ċilindri tal-gass tal-LPG? Jekk tali analiżi saret, tista’ titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità ta’ Malta għar-Riżorsi għamlet l-analiżi ekonomika msemmija. Wara li tispiċċa l-konsultazzjoni pubblika, il-pożizzjoni dettaljata tal-MRA titpoġġa fuq il-website tal-Awtorità.
Jista’ l-Ministru jgħid hekk hux minnu li se jkun hemm Director of Studies fi ħdan l-Akkademja tal-Pulizija?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Segretarjat Permanenti fi hdan il-Ministeru għamel talba lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru biex tinħoloq vakanza fil-pożizzjoni ta’ Direttur li jkun ikopri, fost doveri oħra, l-istudji fi ħdan l-Akkademja tal-Pulizija, liema talba ġiet approvata. Issa jmiss li toħroġ is-sejħa permezz ta’ ċirkolari min-naħa tal-Uffiċju tal-Prim Ministru biex issir l-għażla.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-Director of Studies il-ġdid hux se jkun impjegat full-time mal-Akkademja tal-Pulizija?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Il-pożizzjoni ta’ direttur li jkun responsabli, fost affarijiet oħra, tal-Akkademja tal-Pulizja, se tkun fuq bazi full-time.
Pulizija – membri stazzjonati fil-mechanical garage
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li membri tal-Korp stazzjonati fil-mechanical garage (xufiera) għadhom ma tħallsux għall-ħidma tagħhom fl-elezzjoni ġenerali li għaddiet?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellnt illi peress li l-Malta Police Assocation għadha kemm ġiet rikostitwita, fil-jiem li ġejjin hemm il-ħsieb li ssir laqgħa ma’ din l-assoċjazzjoni kif ukoll mal-Bord tan-Negozjati.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu n-negozjati mal-MPA rigward it-tnaqqis ta' taxxa għal 15% fuq l-extra duty on payment kif ġie mwiegħed?
Response (MALLIA, EMANUEL)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 5422, din il-materja se tiġi ukoll diskussa waqt il-laqgħat li huwa previst li jsiru fil-jiem u l-ġimgħat li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-membri tal-Korp għadhom ma bbenefikawx mill-miżura tal-ftehim kollettiv taċ-ċivil 2011 – 2016 fejn dawn jistgħu jibbenefikaw minn 40 siegħa leave, li jittieħdu siegħa siegħa?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi billi l-implementazzjoni ta’ din il-miżura hija suġġetta għall approvazzjoni maniġerjali u x-xogħol u serviz tal-Korp tal-Pulizija huwa neċċessaru 24 siegħa kuljum, din l-implemntazzjoni u l-proċedura tagħha għadha qed tigi evalwata sabiex ikun magħruf kif din tista’ taffettwa l-operat u s-servizz tal-Korp, kif ukoll sabiex ikun assigurat illi b’tali miżura ma’ jonqosx il-livell u kwalità ta’ servizz li joffri l-Korp liċ-ċittadin. Fl-istess waqt qed jigi aċċertat li l-korp tal-pulizija jigi mgħammar bir-rizorsi umani meħtieġa li tant kien nieqes minnhom.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jinbidlu l-kpiepel użati fil-preżent mill-Pulizija nisa?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi fil-preżent m’hemm ebda ħsieb li jkun hemm xi kambjament fl-istil tal-kpiepel użati mill-pulizija nisa, għalkemm dejjem miftuħin għas-suġġerimenti li jistgħu jsiru.
Korp tal-Pulizija – promozzjonijiet fir-rank ta’ spettur
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li membri tal-Korp li mhumiex fil-kariga ta' surġent u lanqas huma gradwati tħallew japplikaw għall-promozzjoni fir-rank ta' spettur?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi filwaqt li s-sejħa għall-applikazzjonijiet għal post ta’ spettur tal-Pulizija kif pubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern kienet turi x’kienu ir-rekwiżiti tal-eliġibilita’, din ma kienetx teskludi lill min jista japplika. Għaldaqstant għad irid isir l-proċess ta’ short listing ta’ dawn l-applikazzjonijiet mill-bord ta’ l-għażla sabiex ikunu magħrufa l-applikanti li huma eligibbli.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji li qegħdin jintużaw sabiex jiddaħħlu kuntistabbli ta' riżerva?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi fil-preżent sabiex persuna tkun eliġibli għall impieg bħala kuntistabbli ta’ riserva jridu jkunu bejn it-18 u s-60 sena u li jkunu irtiraw mill-Korp tal-Pulizija jew mill-korpi dixxiplinati inkluż gwardjani privati u gwardjani lokali. Il-kondizzjoni medika tagħhom trid tkun ta’ l-istess livell bħall dik rikjesta ghall membri tal-Korp regolari.
Jista' l-Ministru jgħid min qiegħed fuq l-interviewing board li se jiddeċiedi l-kuntistabbli ta' riżerva jiġux aċċettati lura fil-Korp jew le?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi l-persuni li applikaw sabiex iservu bħala kuntistabbli ta’ riserva fil-Korp tal-Pulizija se jiġu assessjati mill-Kummissarju tal-Pulizija.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4917 u jgħid minn min kienet komposta d-delegazzjoni Maltija li akkumpanjatu fi New York għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti f'Settembru 2013? Jista' jgħid kemm kienet l-ispijża tal-flights tiegħu u tad-delegazzjoni kollha li akkumpanjatu? Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża tal-akkomodazzjoni tiegħu u tad-delegazzjoni kollha li akkumpanjatu u fejn kienu alloġġjati?