Jista’ l-Ministru jinforma lil dan il-Parlament kemm hemm appelli intavolati quddiem il-Qorti tal-Appell (Sede Superjuri)li preżentament huma differiti għas-sentenza?
Response (BONNICI, OWEN)
Fil-31 ta’ Ottubru 2014 biss ingħataw 45 sentenza mill-Qorti tal-Appell/Qorti Kostituzzjonali .
Illum hemm 31 Appell li huma differiti għas-sentenza u dan in-numru jiżdied u
/
jew jonqos kważi kuljum ma’ kull seduta li tagħmel il-Qorti tal-Appell/Qorti Kostituzzjonali.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8220, jista' l-Ministru jgħid meta se titwaħħal il-plakka kommemorattiva li tfakkar it-tqegħid tal-ewwel ġebla
tal-istess akkademja f'Ta' Kandja, issa li x-xogħol tal-kostruzzjoni tal-akkademja tal-pulizija f'Ta' Kandja hu lest?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li għalkemm ix-xogħol f’parti mill-bini tal-Akkademja tal-Pulizija, dik li tinkorpora il-klassijiet u l-uffiċini amministrattivi hija lesta u bdiet tintuża, għadu għaddej ix-xogħol tal-kostruzzjoni fuq parti oħra mill-Akkademja. Għaldaqstant din il-plakka se terġa titqiegħed meta jkun il-waqt. B’differenza minn dak li ġara taħt l-amministrazzjoni preċedenti aħna mhux ser niftaħru bix-xogħol qabel ikun kollu lest.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet il-binja tal-akkademja tal-pulizija f'ta' Kandja? Jista' jgħid meta din ser tibda tintuża mill-pulizija għat-taħrig tagħhom?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xoghol tal-kostruzzjoni tal-Akkedja tal-Pulizija l-ġdida ġewwa Ta’ Kandja miexi kif ippjanat. Filfatt il-blokk ta’ fejn hemm il-klassijiet u l-uffiċji amministrattivi tlesta u il-bieraħ, 7 ta’ April, 117 il-rekluta bdew il-kors ta’ taħriġ sabiex isiru kuntistabbli tal-pulizija.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser jiġu ngaġġati l-uffiċjali kadetti biex eventwalment jilħqu spetturi fi ħdan il-Korp tal-Pulizija? Jista' jgħid meta ser jiġu ngaġġati r-rekluti l-ġodda biex isiru pulizija?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-proċess ta' l-għażla għal Spetturi-Kadetti għadu fil-bidu tiegħu, m'huwiex possibbli li f'dan l-istadju tingħata din l-informazzjoni. Għar-rigward tar-rekluti l-ġodda, infurmat li dawn bdew il-kors tagħhom fl-Akkademja tal-Pulizija nhar it-Tnejn, 7 ta' April, 2014.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8681 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid għaliex ir-radar li kien hemm ħdejn il-fanal tal-Ġurdan (Għawdex) u li kien ko-finanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea m'għadux hemm? Jista jgħid għaliex dan tneħħa? Jista jgħid x'tip ta' manutenzjoni saret fl-area fl-intorni ta' fejn kien hemm ir-radar fl-aħħar sena? Jista jgħid kif qed tiġi sorveljata ż-żona li kien ikopri dan ir-radar?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat
Korp tal-Pulizija – kors tal-liġi fl-Università ta’ Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija li għandhom il-permess tal-Kummissarju tal-Pulizija biex jattendu l-kors tal-liġi fl-Università ta’ Malta? Jista’ jgħid kemm minnhom qed jattendu dan il-kors fuq bażi full-time jew part-time?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa hemm 23 uffiċjal tal-Korp li qed jattendu l-Kors tal-Liġi. L-ebda wieħed minnhom ma jattendi fuq bażi full-time iżda dawn jattendu fuq sistema ta' 'flexi-hours' fejn l-uffiċjal hu marbut bi ftehim li jrid irodd lura il-ħin kollu li jkun għamel l-Universita' billi jidħol għax-xogħol wara jew kif jiddettaljah is-superjur immedjat tiegħu
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa’ l-Police Negotiating Board matul l-aħħar sena? Jista’ jgħid meta se jingħataw il-flus tal-overtime lill-pulizija li l-Gvern preżenti intrabat li jagħtihom? Jista’ jgħid fiex waslu n-negozjati biex l-MPA issir il-Union tal-pulizija kif qed titlob l-MPA u kif kien imwiegħed qabel l-elezzjoni?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-Malta Police Association għadha kemm ġiet rikostitwita , fil-jiem li ġejjin hemm il-ħsieb li ssir laqgħa ma’ din l-assoċjazzjoni kif ukoll mal-Bord tan-Negozjati.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema fl-Isptar Monte Karmeli fl-aħħar sena u f’liema skali dawn ġew impjegati? Jista’ jgħid x’inhu x-xogħol speċifiku ta’ dawn il-ħaddiema li ġew impjegati fl-aħħar sena?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li hemm 32persuna li ġew impjegati fl-isptar Monte Karmeli tul din l-aħħar sena, l-iskali u x-xogħol tagħhom huwa :
EMPLOYMENT DATE
PROFESSION
RECRUITMENT
SALARY SCALE
04-Mar-13
PHARMACY TECHNICIAN
New Recruit
13
12-Mar-13
PHARMACIST
New Recruit
9
24-Jun-13
DEPUTY NURSING OFFICER
New Recruit
9
01-Jul-13
DEPUTY CHARGE NURSE
New Recruit
8
25-Aug-13
STAFF NURSE
New Recruit
12
01-Oct-13
ENROLLED NURSE
New Recruit
9
01-Oct-13
CHIEF OPERATING OFFICER FMS
New Recruit
COO
07-Oct-13
STAFF NURSE
New Recruit
12
08-Oct-13
CHIEF EXECUTIVE OFFICER FMS
New Recruit
CEO
21-Oct-13
STAFF NURSE
New Recruit
10
23-Oct-13
PSYCHOLOGIST
New Recruit
8
28-Oct-13
STAFF NURSE
New Recruit
12
28-Oct-13
STAFF NURSE
New Recruit
10
28-Oct-13
STAFF NURSE
New Recruit
12
28-Oct-13
STAFF NURSE
New Recruit
10
28-Oct-13
STAFF NURSE
New Recruit
12
28-Oct-13
STAFF NURSE
New Recruit
10
28-Oct-13
STAFF NURSE
New Recruit
12
28-Oct-13
STAFF NURSE
New Recruit
12
01-Nov-13
PSYCHOLOGIST ASSISTANT
New Recruit
10
03-Nov-13
STAFF NURSE
New Recruit
12
05-Nov-13
STAFF NURSE
New Recruit
12
11-Nov-13
PSYCHOLOGIST ASSISTANT
New Recruit
9
01-Dec-13
STAFF NURSE
New Recruit
12
03-Dec-13
STAFF NURSE
New Recruit
12
01-Jan-14
PSYCHOLOGIST ASSISTANT
New Recruit
10
06-Jan-14
STAFF NURSE
New Recruit
12
06-Jan-14
STAFF NURSE
New Recruit
12
08-Jan-14
STAFF NURSE
New Recruit
12
27-Jan-14
STAFF NURSE
New Recruit
12
25-Feb-14
STAFF NURSE
New Recruit
12
01-Mar-14
STAFF NURSE
New Recruit
12
Jista’ l-Ministru jgħid kemm spiċċaw ħaddiema għax irtiraw bl-età minn mal-kumpanija Gozo Channel fl-aħħar sena? Jista’ jgħid kemm spiċċaw ħaddiema minħabba azzjoni dixxiplinarja minn mal-Gozo Channel fl-aħħar sena? Kemm ġew impjegati ħaddiema full-time u part-time mal-Gozo Channel fl-aħħar sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat illi kien hemm 3 ħaddiema li rtiraw bl-eta’ kif ukoll 9 ħaddiema li spiċċaw minħabba riżenja. Ma ġie ngaġġat ħadd kemm fuq bażi full-time kif ukoll part-time.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex ir-radar li kien hemm ħdejn il-Fanal tal-Ġurdan u li kien ko-finanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea m’għadux hemm? Jista’ jgħid għaliex dan tneħħa? Jista’ jgħid x’tip ta’ manutenzjoni kienet saret fl-area tal-intorni ta’ fejn kien hemm ir-radar fl-aħħar sena? Jista’ jgħid kif qed tiġi sorveljata iż-żona li kien ikopri dan ir-radar?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-pjan tal-Gvern għaċ-Ċimiterju ta’ Santa Maria Addolorata? Jista’ jgħid hijiex se ssir l-estensjoni fl-istess ċimiterju kif kienet ippjanata mill-amministrazzjoni preċedenti? Jekk iva, jista’ jgħid kemm se jkunu n-numru ta’oqbra li se jkun hemm għall-bejgħ u kemm se jkun il-prezz ta’ kull qabar?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li qiegħed isir kul sforz sabiex iċ-Ċimiterju ta’ Santa Marja Addolorata li huwa ċ-Ċimiterju ewlieni f’Malta, jinżamm fi stat kif jixraq. L-estenzjoni taċ-Ċimiterju se ssir iżda peress li l-permess maħruġ mill-MEPA PA0556/02 kien ħareġ fis-26 ta' Ġunju 2006 u kellu terminu ta' ħames snin, skada f’Ġunju tal-2011 u ma reġax ġie mġedded, għaldaqstant kellu jinbeda mill-ġdid il-proċess għall-applikazzjoni għall-permess mill-MEPA.
Kif dan il-permess jinħareġ mill-MEPA jkun jista` jitkompla l-proġett tat-tkabbir u hemm ippjanat li jimbnew 2656 qabar fl-ewwel fazi. Il-ħlas għall-akkwist ta’qabar huwa ta’ €5000 hekk kif hu stabbilit fl-Avviż Legali 327 tal-2012 - Ordni tal-2012 li jemenda l-Ordni dwar il-prezz li għandu jitħallas għall-Akkwist ta’ Oqbra u Siti għal Oqbra.
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Membru illi l-amministrazzjoni preċedenti, ftit qabel l-elezzjoni minkejja li kienet taf li l-permess kien skadut, xorta waħda għamlet ammont ta’ konvenji għal bejgħ ta’ oqbra, liema proċedura twaqqfet minn din l-amministrazzjoni.
Dal-Gvern hu kommess li dan il-proġett isir, u se jonora l-konvenji kollha li saru billi bosta diġa’ kienu ħallsu €2500 bħala parti mis-somma globali, liema ħlas dak iż-żmien sar fuq proġett bla permess.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru titjiriet mill-Air Malta fl-aħħar elezzjoni ġenerali bi prezz issussidjat sabiex ikunu jistgħu jinġiebu votanti minn barra minn Malta biex jivvotaw? Jista’ jgħid minn liema pajjiżi saru dawn it-titjiriet? Jista’ jgħid kemm ġew votanti minn kull destinazzjoni li minnhom saru t-titjiriet?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninsab infurmat mill-kumpanija Air Malta li l-ammont ta’ passiġġieri li ġew lejn Malta u rritornaw, biex jivvutaw fl-Elezzjoni tad-9 ta’ Marzu 2013 kien ta’ 4,891.
Fit-tabella t’hawn taħt huma elenkati l-pajjiżi li minnhom saru t-titjiriet u kemm ġew passiġġieri minn kull destinazzjoni.
ROUTE
Passengers (Return Trip)
LON
BRU
MAN
FCO
TIP
LUX
CTA
MUC
LIN
VIE
PAR
AMS
ZRH
DUB
FRA
GLA
DUS
IST
TXL
ATH
HAM
SOF
DME
BEN
MRS
2126
441
405
307
184
174
151
137
130
107
100
97
97
87
79
78
55
34
33
21
18
15
11
3
1
TOTALS
4891
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li tneħħiet il-ġebla bil-plakka kommemorattiva li tfakkar it-tqegħid tal-ewwel ġebla tal-akkademja tal-pulizija f’Ta Kandja? Jista’ jgħid jekk din il-plakka hux se titpoġġa f’post li jixirqilha fejn kienet bħala plakka uffiċjali?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninfomra lill-Onor. Interpellant li nħoss li ma kienx jagħmel sens li l-ġebla kommemorattiva titħalla f’nofs sit ta’ kostruzzjoni peress li qatt ma kienet parti mill-bini propju tal-akkademja. Din kienet qed tkun ta’ ostakolu għall-ingenji u makkinarju uzat fix-xogħol tal-kostruzzjoni. Għaldaqstant sabiex din tkun protetta u ma ssiriliex ħsara, kienet tneħħiet u tpoġġiet f’post sikur. Meta jkun lest ix-xogħol, din terġa' titpoġġa.
Jista’ l-Ministru jgħid:
a. Kemm hemm spetturi tal-Pulizija fl-għases tad-distretti mqassma ma’ Malta u Għawdex;
b. Kemm hemm spetturi tal-pulizija stazzjonati fl-ajruport ta’ Malta;
c. Kemm hemm spetturi tal-pulizija fl-iskwadri speċjali tal-Korp;
d. Kemm ġew reinstated spetturi fil-Korp tal-Pulizija wara d-9 ta’ Marzu 2013 sal-20 ta’ Frar 2014;
e. Kemm hemm spetturi f’kull distrett wieħed b’wieħed; u
f. Meta se jibda r-reklutaġġ il-ġdid tal-uffiċjali kadetti biex jilħqu l-ispetturi tal-pulizija l-ġodda?
Response (MALLIA, EMANUEL)
a. Kemm hemm spetturi tal-Pulizija fl-għases tad-distretti mqassma ma’ Malta u Għawdex;
Fl-għases tad-distretti ta’ Malta u Għawdex hemm 28 Spettur u 3 Spetturi oħra bħala Officer i/c
b. Kemm hemm spetturi tal-pulizija stazzjonati fl-ajruport ta’ Malta;
Fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta hemm 3 Spetturi. 2 Spetturi stazzjonati fl-għassa tal-Ajruport ta’ Malta u Spettur oħra stazzjonata MIA Security.
c. Kemm hemm spetturi tal-pulizija fl-iskwadri speċjali tal-Korp;
Ninfomra lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
d. Kemm ġew reinstated spetturi fil-Korp tal-Pulizija wara d-9 ta’ Marzu 2013 sal-20 ta’ Frar 2014;
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma’ kien hemm l-ebda spetturi reinstated fil-Korp tal-Pulizija wara d-9 ta’ Marzu 2013 sa l-20 ta’ Frar 2014.
e. Kemm hemm spetturi f’kull distrett wieħed b’wieħed; u
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra
f. Meta se jibda r-reklutaġġ il-ġdid tal-uffiċjali kadetti biex jilħqu l-ispetturi tal-pulizija l-ġodda?
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa, għadu għaddej il-proċess ta’ għażla rigward l-ingaġġ ta’ Spetturi Kadetti ġodda.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumaturi kkuntatjatx lil dawk il-konsumaturi li kellhom każ tagħhom deċiż mit-Tribunal għat-Talbiet tal-Konsumaturi mill-10 ta’ Marzu sal-lum? Jekk iva, kemm-il konsumatur ġew ikkuntatjati u kemm minhom ma kellhomx id-deċiżjoni tat-Tribunal onorata mill-kummerċjant?
Response (DALLI, HELENA)
L-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur ikkuntatja lill-konsumaturi kollha li kellhom il-każ tagħhom deċiż mit-Tribunal għat-Talbiet tal-Konsumatur mill-10 ta’ Marzu sal-31 ta’ Diċembru 2013.
Dawn kienu jammontaw għal mija u tnejn u għoxrin (122) każ.
Hemm tlettax (13) il-każ ieħor li nqatgħu fl-2014 li għad irid jiġi stabbilit jekk il-kummerċjant hux se jappella mid-deċiżjoni tat-Tribunal.
Kien hemm erbgħatax (14)-il konsumatur li nfurmaw lill-Uffiċċju li l-kummerċjanti ma kienx onora d-deċiżjoni tat-Tribunal.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il public warning statement ħarġet minn mindu twaqqfet l-MCCAA rigward kummerċjanti li ma onorawx deċiżjonijiet tat-Tribunal għat-Talbiet tal-Konsumaturi? Tista’ tgħid għal kull każ, kemm-il deċiżjoni ma onorawx il-kummerċjanti li isimhom ġie msemmi f’dawn il-public warning statements?
Response (DALLI, HELENA)
L-Uffiċċju għall-Affarjiet tal-Konsumatur ħareġ 4 public warning statements.
Fil-każ ta’ wieħed mill-kummerċjanti, dan onora id-deċizjonijiet kollha tat-Tribunal li kienu jammontaw għal 15 il-każ.
Fil-każ ta’ kummerċjant ieħor, dan kellu 7 każijiet li għadu ma onorax.
Fil-każ ta’ żewġ kummerċjanti l-oħra li kellhom 25 każ u li bdew joperaw taħt ismijiet differenti, dawn baqgħu ma onorawx id-deċiżjonijiet.
Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-business plan ta’ kull entità li tifforma parti mill-MCCAA għas-sena 2014/2015?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma l-Onor. Interpellant li waqt li artiklu 11 (1) (e) taħt l-Att tal-2011 dwar l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur jipprovdi li għandha tiġi ppublikata Business Plan fil-verżjoni Ingliża tal-liġi, din il-Business Plan ma tissemiex fil-verżjoni Maltija tal-liġi.
Meta ġie appuntat il-Bord il-ġdid ta’ din l-Awtorità sab li ma kien hemm ebda
Business Plan
u għalhekk beda, bl-għajnuna tal-Entitajiet li hemm fl-Awtorità, ifassal
Business Plan
2014 – 2016. Ix-xogħol fuq dan il-
Business Plan
hu avvanzat u dalwaqt jiġi sottomess lill-Ministru għall-approvazzjoni tagħha wara konsultazzjoni mal-Ministru tal-Finanzi biex wara jiġi ppublikat.
Direttur Ġenerali tal-Affarijiet tal-Konsumatur – interim measure
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il interim measure d-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) ħareġ fuq inizjattiva tagħha jew ġie mitlub li joħroġ mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum? Liema setturi ekonomiċi kienu jikkonċernaw dawn l-interim measures?
Response (DALLI, HELENA)
Ninsab infurmata li d-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) ma ħareg l-ebda interim measure fil-perijodu msemmi.