Cleansing Services Directorate – Public Private Partnership
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-Cleansing Services Directorate se jsir Public Private Partner mal-privat? Jista’ jgħid dan il-Public Private Partnership hux se jsir permezz ta’ tender jew jekk hux permezz ta’ expression of interest? Jista’ jgħid meta se jinħareġ dan it-tender/expression of interest? Jista’ jgħid jekk il-ħaddiema eżistenti mal-Cleansing Services Directorate hux se jin¿ammu jagħmlu l-istess xogħol u jżommu l-istess kundizzjonijiet tax-xogħol?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hekk kif ġie mħabbar fid-diskors tal-Budget paġna 126, il-Gvern għandu l-ħsieb li jifforma Public Private Partnership (PPP ) fuq tisbiħ u manutenzjoni tat-toroq. Dan hu proġett amministrat minn naħa ta’ Projects Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm għases li fihom hemm vending machines li jbiegħu prodotti ta' ikel u xorb? X'inhuma l-arranġamenti kummerċjali li jeżistu dwar dawn il-vending machines? X'inhuma l-marġini tal-qliegħ li jsir mill-bejgħ ta’ vending machine ġewwa għases u min jibbenifika minn dan il-qliegħ? Min huma n-nies li għandhom permess illi jixtru minn dawn il-vending machines? X’kontrolli jeżistu biex jiġi assigurat li minn dawn il-vending machines jixtru biss nies li huma awtorizzati li jixtru minnhom? Jista’ l-Ministru jgħid kemm sar bejgħ minn kull vending machine li hemm f'diversi għases ta’ Malta minn mindu tpoġġew, u jagħti breakdown għassa b'għassa? Min huwa awtorizzat illi jiġbor il-flus minn ġewwa l-vending machines fid-diversi għases fil-pajjiż? Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti kollha konnessi ma’ dawn il-vending machines?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li minbarra l-ħdax-il-għassa li jeżistu fid-distretti ta’ Malta u f’Għawdex, vending machines jinsabu wkoll ġewwa l-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, il-Motor Transport Section tal-Pulizija, ir-Rapid Intervention Unit, is-Sezzjoni tal-Klieb u fl-Akkademja tal-Pulizija. B’kollox hemm erbgħa u tletin (34) vending machine.
Sabiex tigi reggoralizzata u kkontrollata il-proċedura fir-rigward ta' stallazjonijiet ta' vending machines, kienet inħarġet sejħa għall-offerti skond il-Public Procurement Regulations. Is-Supplier magħżul ingħata offerta għal-sena u mis-somma jitnaqqsu €25 (fuq kull magna) li jmmorru biex jitħallas is-servizz ta’ dawl u ilma. Ta' min isemmi li qabel dan l-agreement l’ebda supplier ma kien iħallas tal-vending machines li kellu nstallati ġewwa xi propjeta’ tal-Korp.
Rigward margini ta’ qliegh mill-bejgħ, kemm sar bejgħ, kif ukoll min huwa awtorizzat li jiġbor il-flus minn ġewwa l-vending machines, dawn id-dettalji huma ta’ ġeneru kummerċjali jistgħu biss jiġu provduti mill-kuntrattur konċernat minħabba li l-Korp ma għandu l-ebda involvement.
Dwar persuni li għandhom permess li jixtru minn dawn il-vending machines, u l’kontrolli li jeżistu biex jiġi assigurat li minn dawn il-vending machines jixtru biss nies li huma awtorizzati, irid jingħad li minbarra l-membri tal-Korp, f’dawn il-postijiet jidħlu biss nies li jkollhom raġuni valida u dawn huma l’persuni li jistgħu jixtru.
Jista’ l-Ministru jinforma lil dan il-Parlament kemm kien hemm sigħat ta’ overtime fil-Korp tal-Pulizija fix-xahar ta’ November 2013, Diċembru 2013, Jannar 2014, Novembru 2014, Diċembru 2014 u Jannar 2015?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sigħat ta’ overtime fil-Korp tal-Pulizija fix-xahar ta’ November 2013, Diċembru 2013, Jannar 2014, Novembru 2014, Diċembru 2014 huma kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. Il-figuri għal Jannar 2015 għadhom qed jinġabru.
Sighat ta’
Overtime
Nov 2013
9,700
Dic 2013
12,167
Jan 2014
9,777
Nov 2014
9,778
Dic 2014
7,579
Jan 2015
L-informazzjoni għadha ma nġabritx
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi fil-preżent li jintużaw mir-rank ta' Supritendent ’il fuq għall-qadi ta' dmirijiethom?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi fil-prezent hemm wieħed u tletin (31) karozza allokati għal-fizzjali mir-rank ta' Supritendent ’il fuq, għall-qadi ta' dmirijiethom.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq fuel għall-vetturi u l-muturi kollha li għandu l-Korp tal-Pulizija għas-sena 2014?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li n-nefqa fuq fuel għall-vetturi u muturi tal-Korp tal-Pulizija fis-sena 2014 kienet ta’ €787,441.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija fil-preżent fi ħdan l-RIU ir-Rapid Intervention Unit u kif inhuma imqassmin skontd ir-rank tagħhom?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi sat-2 ta’ Frar 2015, fis-sezzjoni tar-Rapid Interventionn Unit kien hemm mija u tmienja u erbgħin (148) membru.
Dawn huma mqassmin hekk:
Recapitulation
Inspector
3
2/SM
1
PS
19
PC
123
RPC
2
Total
148
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm postijiet vakanti fil-preżent fir-rank ta' Spettur u ta' Supritendent?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi fiz-zmien li ġej in-numru ta’ postijiet vakanti f’dawn il-gradi se jkunu 22 Supretendent u 29 Spettur.
Jista l-Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-Korp tal-Pulizija dwar vending machines li jbiegħu prodotti tal-ikel u x-xorb fl-għases tal-pulizija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi l-policy kurrenti dwar vending machines li jbiegħu prodotti tal-ikel u x-xorb fl-għases u lokalitajiet oħra tal-pulizija, hi li vending machines li jitqiegħdu f’dawn il-postijiet jitpoġġew minn kuntrattur li jkun għamel l-aħjar offerta, wara li tkun saret evalwazzjoni ta’ sejħa għall-offerti għal dan l-iskop.
Jista' l-Minsitru jgħid kemm hemm klieb fil-preżent fis-Sezzjoni tal-Klieb tal-Korp tal-Pulizija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-preżent fis-Sezzjoni tal-Klieb tal-Pulizija hemm wieħed u tletin (31) kelb li jintużaw għal diversi dixxiplini.
Jista' l-Minsitru jgħid kemm hemm dog handlers fil-preżent fi ħdan is-Sezzjoni tal-Klieb tal-Pulizija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi fil-preżent hemm ħamsa u għoxrin (25) uffiċċjal, li jagħmlu xogħol Dog Handlers, fi ħdan is-Sezzjoni tal-Klieb tal-Pulizija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi fil-preżent fi ħdan ir-Rapid Intervention Unit?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-iskwadra tar-Rapid Intervention Unit għandha sitta u erbgħin vettura li qed jiġu utilizzati fil-ħidma tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi li huma bil-ħsara u li mhux jintużaw fi ħdan ir-Rapid Intervention Unit?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li hemm għoxrin vettura fi ħdan ir-Rapid Intervention Unit li bħalissa m’humiex jintużaw minħabba ħsarat. Numru minnhom qed issirilhom manutenzjoni ta’ rutina, jittranġawlhom xi ħsarat mekkaniċi jew eletroniċi, kif ukoll whud minhom estensivi wara li kienu nvoluti f’kulliżjonijiet.
Forzi Armati ta’ Malta – membri li temmew is-servizz
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm spiċċaw membri tal-Forzi Armati ta' Malta (maqsuma skont ir-rank tagħhom) mid-9 ta' Marzu 2013 sa l-aħħar ta' Jannar 2015?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mid-9 ta’ Marzu 2013 sa l-aħħar ta’ Jannar 2015 spiċċaw mija erba’ u tmenin membru mil-Forzi Armati ta’ Malta. Id-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati membri ġodda fi ħdan il-Forzi Armati ta' Malta mid-9 ta' Marzu 2013 sa l-aħħar ta' Jannar 2015?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mid-9 ta’ Marzu 2013 sa l-aħħar ta’ Jannar 2015 ġew ngaġġati mitejn ħamsa u tletin membru fil-Forzi Armati ta’ Malta. Dawn kienu mqassma kif ġej:
Officer - Cadets
6
Gnr - Recruits
89
Pilots Gnr - Recruits
4
Officer - Cadets
6
Gnr - Recruits
130
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reinstated (maqsuma skont ir-rank tagħhom) membri tal-Forzi Armati ta' Malta mid-9 ta' Marzu sa l-aħħar ta' Jannar 2015?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mid-9 ta’ Marzu 2013 sa l-aħħar ta Jannar 2015 kien hemm 2 membri tal-Forzi Armati ta’ Malta li ġew reinstated. Wieħed Major u l-ieħor 2nd Lieutenant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm suldati (maqsuma skont ir-rank tagħhom) fi ħdan is-"C" company tal-AFM?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa hemm mija u tnax il-membru fi ħdan is-‘C’ company tal-Forzi Armati ta’ Malta. Dawn huma mqassma kif ġej:
Captain
2
Lieutenant
3
Staff Sergeant
3
Sergeant
7
Bombardier
12
Lance Bombardier
21
Gunner
64