Legislature:
Category:
Reset
Active:

Orkestra Nazzjonali – mużiċisti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ mużiċisti full-time u part-time fi ħdan l-Orkestra Nazzjonali ta’ Malta sad-9 ta’ Marzu 2013 skont l-istrument li jdoqqu? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa finali għall-pagi tal-mużiċisti u s-surmast għas-sena 2013? ? Jista’ jgħid kemm kien hemm mużiċisti li spiċċaw bl-età mid-9 ta’ Marzu 2013 sas-26 ta’ April 2015 u x’kien it-tip ta’ strument li kienu jdoqqu? Jista’ jgħid kemm hu n-numru ta’ mużiċisti full-time skont l-istrument li jdoqqu li llum jifformaw parti mill-Orkestra Nazzjonali? Jista’ jgħid għaliex żdied in-numru ta’ mużiċisti fi ħdan l-Orkestra Nazzjonali? Jista’ jgħid min kienu l-membri fuq il-Bord tal-Għażla biex ġew magħżula dawn il-mużiċisti? Jista’ jgħid x’inhuma l-kwalifiki tal-membri tal-Bord tal-Għażla? Jista’ jgħid liema strumenti żdiedu fi ħdan l-Orkestra Nazzjonali b’din l-għażla/żieda tal-mużiċisti? Jista’ jgħid kemm hi l-ispiża finali fis-sena bħala pagi tal-mużiċisti u surmast għas-sena 2015?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f’seduta oħra.

Rappreżentanza Permanenti ta’ Malta fi Brussell — technical attachés

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid fuq liema kriterji qed jiġu magħ¿ula t-technical attachés li qed jiġu posted fir-Rappreżentanza Permanenti ta’ Malta fi Brussell? Jista’ jgħid kemm u min huma l-membri tal-bord tal-għażla li qed jevalwa u jagħżel it-technical attachés? Jista’ jgħid x’inhuma l-kwalifiki tal-membri tal-bord tal-għażla (wieħed wieħed) li qed jevalwa u jagħżel it-technical attachés? Jista’ jgħid kemm hemm technical attachés fir-Rappreżentanza Permanenti ta’ Malta fi Brussell fil-preżent u kemm minn dawn intbagħtu posting hemm wara d-9 ta’ Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk hux minnu li hemm technical attaché li ġiet appuntata bħala membru fuq bord tal-Gvern? Jista’ jgħid jekk dan hux permess skont il-Public Service Management Code? Jista’ jgħid fuq liema bord ġiet appuntata din it-technical attaché? Jista’ jgħid jekk din it-technical attaché hux qed titħallas salarju apparti l-paga tagħha ta’ technical attaché, talli hi appuntata fuq dan il-bord u jekk iva, kemm hu dan is-salarju? Jekk din it-technical attaché qed tingħata onorarja, flok salarju, jista’ jgħid kemm hi l-onorarja li qed titħallas?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li :- 1) It- Technical Attach és qed jiġu magħżula skont kriterji approvati mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku, liema kriterji huma l-istess bħal ma kienu ntużaw għal sejħiet qabel Marzu 2013; 2) Il-bordijiet tal-għażla kienu komposti skont proċeduri amministrativi stabiliti w kkomunikati lill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku; 3) Fil-preżent hemm 26 Technical Attachés fi ħdan ir-Rappreżentanza Permanenti ta’ Malta fi Brussell. 10 minn dawn is-26 Technical Attachés ngħataw kuntratt fir-Rappreżentanza Permanenti wara d-9 ta’ Marzu 2013; 4) Hemm Technical Attaché li ġiet appuntata bħala membru tal-bord ta’ Export Malta mill-Ministeru konċernat. Il-ħatra saret skont il-proċeduri stabiliti; 5) Kwalunkwe kundizzjonijiet mal-ħatriet fil-bord ta’ Export Malta jiġu determinati mill-Ministeru konċernat.

Aċċess għal dokumenti tal-UE kklassifikati “Ristrett”

Question

Peress li skont ir-regoli tal-Unjoni Ewropea, uffiċjali għolja tal-Gvern Malti li jkollhom dritt għall-aċċess ta’ dokumenti kklassifikati “Ristrett” (restricted) jew ta’ livell ta’ sigurtà għola jrid qabel xejn ikollhom security clearance mill-awtorità nazzjonali kompetenti, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il uffiċjal tal-Gvern Malti għandhom din is-security clearance fil-preżent u x’pożizzjoni jokkupaw?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema dokumenti kklassifikati “Ristrett” qed jirreferi.

Aċċess għal dokumenti tal-UE kklassifikati “Ristrett”

Question

Peress li, skont ir-Regoli tal-Unjoni Ewropea, uffiċjali għolja tal-Gvern Malti li jkollhom dritt għall-aċċess ta’ dokumenti klassifikati “Ristrett” (restricted) jew ta’ livell ta’ sigurtà għola jrid qabel xejn ikollhom security clearance mill-Awtorità Nazzjonali kompetenti, jista’ l-Ministru jgħid jekk persuna li tkun nstabet ħatja ta’ reati kriminal hijiex permessa li jkollha din is-security clearance?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qabel mal-NSA (National Security Authority) tirrakomanda jew le jekk persuna għandhiex tingħata Security Clearance jew le, isiru ċerti aċċertamenti fosthom jekk persuna tkunx għamlet reat kriminali. Tittieħed in konsiderazzjoni wkoll x’tip ta’ reat, kemm ikun ilu li seħħ il-każ, u jekk ir-reat għandux x’jaqsam u/jew jista jinfluenza ix-xogħol li l-persuna tkun qed japplika ghalih. Il-kriterji huma l-istess tal-amministrazzjoni preċedenti.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – priġunieri bi strike tal-ġuħ

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma illi nhar il-Ġimgħa, 14 ta’ Marzu 2015 kien hemm numru ta’ priġunieri ġewwa l-ħabs li kienu qegħdin fuq strike tal-ġuħ? Jista’ jgħid kemm kienu ilhom fuq strike tal-ġuħ? X’kienet ir-raġuni li ngħataw l-awtoritajiet tal-ħabs għal dan l-istike tal-ġuħ? Jista’ jgħid x’attenzjoni medika ngħatat lil dawn il-priġunieri? Jista’ jgħid jekk intemmx l-istrike tal-ġuħ li kien isir? Jista’ jgħid jekk intlaqatx xi talba li kienet qed issir minn dawn il-ħabsin?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-istrike tal-ġuħ beda fit-12 ta’ Marzu 2015 minn 7 residenti. L-Għada 13 ta’ Marzu, tnjen minn dawn is-seba’ residenti waqfu l-istrike filwaqt li fl-14 ta’ Marzu 2015, l-ħames residenti l-oħra waqfu l-istrike tal-ġuħ ukoll. Dawn ir-residenti rrifjutaw li jiġu trasferiti f’diviżjoni 6 għal raġuni ta sigurta wara li rriżultaw fil-posittiv għal urine test li sar fit-12 ta’ Marzu 2015. Waqt dan l-istrike tal-ġuħ ir-residenti kienu qed jiġu osservati mit-tim mediku ta’ l-istess Faċilità, iżda ma ntlaqitx it-talba tagħhom u baqgħaw miżmuma f’diviżjoni 6.

Forzi Armati ta’ Malta – xiri minn hardware stores u ironmongeries

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lil dan il-Parlament liema huma l-hardware stores u ironmongeries li mingħadhom il-Forzi Armati ta’ Malta għamlet ix-xiri ta’ bżonnijiet tagħha mingħajr sejħa għall-offerta tul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2014 u t-28 ta’ Frar 2015?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li x-xiri tal-b¿onnijiet tal-Forzi Armati ta’ Malta isir skond proċeduri stabbiliti. Qed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi l-Ironmongeries u Hardware Stores li xtrat mingħandhom l-Armata bejn l-1 ta’ Jannar 2014 u t-28 ta’ Frar 2015

Transport Malta — cameras

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu r-rwol ta’ Transport Malta fir-rigward tal-cameras li hemm stallati fit-toroq Maltin li minnhom wieħed jista’ jagħmel monitoring tat-traffiku tal-vetturi fit-toroq tagħna? Jista’ jgħid jekk inħarġitx liċenzja biex setgħu jiġu stallati dawn il-cameras? Jista’ jgħid min hi l-awtorità li ħarġet din il-liċenzja? Jista’ jgħid jekk hemmx policy li tirregola l-operat ta’ dawn il-cameras? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-policy li tirregola dawn il-cameras? Jista’ jgħid min hi l-kumpanija li timmaniġġa dawn il-cameras? Jista’ jgħid jekk hemmx xi forma ta’ kuntratt jew ftehim bejn il-kumpanija inkwestjoni u Transport Malta u jekk fl-affermattiv, jpoġġi kopja ta’ dan il-kuntratt jew ftehim fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li l-cameras li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant huma nstallati mill-Kumitati Reġjonali. Għaldaqstant din il-mistoqsija għandha tiġi riferuta lill-Ministru kkonċernat.

Awtorità tal-Komunikazzjoni ta’ Malta — cameras

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu r-rwol tal-Awtorità tal-Komunikazzjoni ta’ Malta fir-rigward tal-cameras li hemm stallati fit-toroq Maltin li minnhom wieħed jista’ jagħmel monitoring tat-traffiku tal-vetturi fit-toroq tagħna? Jista’ jgħid jekk inħarġitx liċenzja biex setgħu jiġu stallati dawn il-cameras? Jista’ jgħid min hi l-awtorità li ħarġet din il-liċenzja? Jista’ jgħid jekk hemmx policy li tirregola l-operat ta’ dawn il-cameras? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-policy li tirregola dawn il-cameras? Jista’ jgħid min hi l-kumpanija/i li tirregola/jirregolaw dawn il-cameras? Jista’ jgħid jekk hemmx xi forma ta’ kuntratt jew ftehim bejn il-kumpanija/i inkwestjoni u l-Awtorità, u jekk fl-affermattiv, jista’ jpoġġi kopja ta’ dan il-kuntratt jew ftehim fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni mhix l-entità li tirregola l-użu ta’ CCTV.

Tas-Sliema — ħsarat fl-Għassa tal-Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-għassa tal-Pulizija ta’ Tas-Sliema hija strutturalment ikkundanata? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ċertifikat u dikjarazzjoni tal-Perit tal-Gvern li jindika l-istat li tinsab fih fil-preżent l-istruttura tal-istess għassa tal-Pulizija ta’ Tas-Sliema?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Korp tal-Pulizija – ħatra ta’ Spetturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Ispetturi li għadhom kemm ġew maħtura x-xahar li għadda għandhomx uffiċċju minn fejn jaħdmu meta jkunu fl-għases li ġew assenjati fihom? Jista’ jgħid jekk l-Ispetturi li għadhom kemm ġew maħtura x-xahar li għadda għandhomx kompjuter u sistema tal-IT biex ikunu jistgħu jaħdmu x-xogħol tagħhom? Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra f’liema għases ġew assenjati l-Ispetturi li ġew maħtura x-xahar li għadda?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għalkemm qed jistaqsi f’liema għases ġew assenjati l-ispetturi l-ġodda, maħtura x-xahar li għadda, qed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra, l-informazzjoni kollha ta fejn ġew assenjati l-ispetturi l-ġodda kollha. Dawn l-ispetturi qed jingħatalhom ir-riżorsi kollha neċessarji sabiex jkunu jistgħu jaqdu dmirijithom. Fejn għad fadal xi nuqqasijiet diġa qed isiru l-arranġamenti meħtieġa skond l-proċeduri stabbiliti li jirrigwardjaw id-dipartimenti tal-Gvern sabiex dawn jiġu ipprovduti mill-aktar fis possibli.
Leg 12 PQ #15196 Sitting 250 2015-03-16 Oral · Final From: BEPPE FENECH ADAMI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rappreżentanza Permanenti ta’ Malta – kariga ta’ individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta ffirma l-ħatra uffiċjali tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, biex ikun jista’ jaħdem fir-Rappreżentanza Permanenti ta’ Malta fi Brussell u minn meta (data) beda jaħdem fl-istess Rappreżentanza Permanenti? Jista’ jgħid x’inhi n-nomenklatura uffiċjali li qed iġorr l-individwu fi ħdan l-istess Rappreżentanza Permanenti ta’ Malta fi Brussell? Jista’ jgħid x’se jkunu r-responsabilitajiet li se jkollu u li se jkun qed jaqdi l-individwu fi ħdan ir-Rappreżentanza Permanenti ta’ Malta fi Brussell? Jista’ jgħid kemm hu s-salarju li se jkollu l-individwu fil-kariga li qed jokkupa? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li ġie ffirmat mal-individwu u kopja tal-ittra tal-ħatra li ffirma l-istess Prim Ministru? Jista’ jgħid jekk l-individwu hux se jibqa’ jagħti s-servizz ta’ konsulent lil diversi Ministeri issa li qed jokkupa din il-kariga?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li fil-każ tal-individwu li qed issir riferenza għalih, kif inhi l-prassi, ma tingħatax ittra ta’ ħatra. L-individwu li qed issir riferenza għalih beda jaħdem f’Dar Malta mis-6 ta’ Ottubru 2014. In-nomenklatura tal-individwu li qed issir riferenza għalih hija Mibgħut Speċjali tal-Prim Ministru għall-Unjoni Ewropea. Ir-responsabilitajiet tal-individwu li qed issir riferenza għalih huma relatati ma li : a. Jikkordina mar-Rapre¿entant Permanenti, id-Deputat Rapreżentant Permanenti, s-Segretarjat għall-Unjoni Ewropea u l-Ministeri fuq materji dwar il-Kunsill Ewropew li jattendi għalih il-Prim Ministru; b. Jikkordina mar- Rapreżentant Permanenti, id-Deputat Rapreżentant Permanenti, s-Segretarjat għall-Unjoni Ewropea temi ta’ interess għall-Prim Ministru mal-istituzzjonijiet Ewropej; c. Jassisti lill-Prim Minsitru waqt laqgħat tal-Kunsill Ewropew u laqgħat oħra mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea; d. Jaqdi dmiru ta’ Rapre¿entant tal-Uffiċju tal-Prim Ministru fil-materji kollha fi ħdan ir-Rapre¿entanza Permanenti u fuq temi oħra li jistgħu jintalbu mill-Prim Ministru jew rapreżentant tiegħu; e. Flimkien mar-Rapre¿entant Permanenti jipprepara l-aġenda tal-Prim Ministru għall-laqgħat tal-Kunsill Ewropew u ta’ laqgħat oħra mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea; f. Isegwi fuq il-minuti tal-Kunsill Ewropew u laqgħat oħra li l-Prim Ministru jattendi għalihom fuq livell Ewropew; g. Jikkordina fuq materji relatati ma’ proċeduri legali kontra Malta, f’livell politiku; h. Jikkordina l-affarijiet bilaterali kollha bejn l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u terzi pajji¿i. L-individwu jinsab fi skala 3, l-iskala ta’ Mibgħut Specjali. L-individwu ilu ma jagħti servizzi ta’ konsulenza lill-Ministeri sa minn Ġunju 2014, meta ingħaqad mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Każijiet rapportati ta’ inċidenti ta’ arma tan-nar

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Parlament kemm kien hemm każijiet irrappurati fis-sena 2013 u 2014 separatament li fihom ġiet sparata arma tan-nar tas-servizz b'mod aċċidentali? Jista’ jgħid fejn seħħew tali incidenti u x'passi ttieħdu, jekk ittieħdu, fil-konfront ta’ min kien responsabbli mill-arma fil-ħin tal-inċident?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Intepellant li ninsab infurmat li fil-perjodu ndikat, u cioe bejn is-snin 2013 u 2014, kien hemm erbgħa (4) każi u sitt (6) każi rispettivament, li fihom ġiet sparata arma tan-nar tas-servizz b'mod aċċidentali. F’sitta min dawn l-għaxar każi, l-uffiċċjal li kien responsabbli mill-arma, tneħħitlu l-awtorizzazjoni biex iġorr it-tip ta’ arma sakemm reġa ħa t-taħriġ u ċertfikat li setgħa jerggħa jġorra . F’każ minnhom kien hemm twiddiba u fit-tliet każi l-oħra ma ttieħdet l-ebda azzjoni. L-inċidenti seħħew fil-lokalitajiet li jidhru fit-tabella li qed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.

Forzi Armati ta’ Malta — accelerated promotions

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Forzi Armati ta’ Malta illi minn Jannar 2014 sal-15 ta’ Frar 2015 ingħataw accelerated promotion minn Warrant Officer 2 għal Chief Clerk? Min huma dawk li ngħataw dawn l-accelerated promotions? X’inhuma d-dati meta ingħatat kull promotion?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-imsemmija prmozzjoni m’hix possibli peress li Warranted Officer hija klassifikata bħala rank u Chief Clerk bħala kariga.

Forzi Armati ta’ Malta — accelerated promotions

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Forzi Armati ta’ Malta illi minn Jannar 2014 sal-15 ta’ Frar 2015 ingħataw accelerated promotion minn Regimental Sergeant Major għal Warrant Officer 2 għal Warrant Officer 1? Min huma dawk li ngħataw dawn l-accelerated promotions? X’inhuma d-dati meta ngħatat kull promotion?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-promozzjoni minn Regimental Sergeant Major għal xi rank m’hix possibli peress li Regimental Sergeant Major hija kariga filwaqt li Warrant Officer hija rank.

Central Visa Unit – riżenja tal-Kap

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma illi l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, irriżenjat minn Kap tas-Central Visa Unit?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna li d-dettalji tagħha ngħataw separatement irriżenjat, b’seħħ mit-13 ta’ April, 2015.

Central Visa Unit – riżenja tal-Kap

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lil dan il-Parlament x’kienet ir-raġuni li ngħatat għar-riżenja tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, minn Kap tas-Central Visa Unit?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li r-raġuni għar-riżenja minn Kap tas-Central Visa Unit hija ta’ raġuni personali.

Central Visa Unit – riżenja tal-Kap

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lil dan il-Parlament jekk hux ser issir sejħa pubblika biex timtela l-pożizzjoni ta’ Kap tas-Central Visa Unit kemm-il darba din issa ġiet vakata?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-post għadu mhux vakanti u qed jiġu kkunsidrati l-possibilitajiet kollha.

Visas lil ċittadini Alġerini

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lil dan il-Parlament kif ser jinħarġu l-visas lil ċittadini Alġerini li jridu jiġu Malta ġaladarba l-linja nazzjonali Air Malta ħabbret titjiriet diretti minn u lejn dan il-pajjiż u in vista tal-fatt illi Malta ma għandhiex konsolat ġewwa l-Alġerija?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Malta għandha konsolat ġewwa l-Alġerija, li ilu minn Marzu tas-sena 2014.

Central Visa Unit – clerks ingaġġati

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lil dan il-Parlament kif ġew ingaġġati bħala clerks mas-Central Visa Unit l-individwi li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wieħed mill-individwi lid-dettalji tagħhom ingħataw separatament ġie ingaġġat permezz ta’ sejħa pubblika. Iż-żewġ individwi l-oħra ġew ingaġġati skond kif inhi i-proċedura stabbilita ta’ ingaġġ ma’ l-Aġenziji, jiġifieri permezz ta’ sejħa mill-Employment Training Corporation (ETC).

Forzi Armati ta’ Malta — accelerated promotions

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Forzi Armati ta’ Malta illi minn Jannar 2014 sal-15 ta’ Frar 2015 ingħataw accelerated promotions minn Sergeant għal Staff Sergeant għal Regimental Sergeant Major? Min huma dawk li ngħataw dawn l-accelerated promotions? X’inhuma d-dati meta ingħatat kull promotion?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li ma teżistix promozzjoni minn xi rank għal Regimental Sergeant Major. Regimental Sergeant Major hija kariga, u mhux rank. Fir-rigward ta’ promozzjonijiet accelerated minn Sergeant għal Staff Sergeant kien hemm tlieta fiż-żmien imsemmi. Dawn ingħataw lil tlett persuni li huma b’effett mill-1 t’Ottubru 2014: It-tlett promozzjonijiet imsemmija kienu possibli skont para 59 tal-Armed Forces of Malta Soldier’s Career Handbook.