Legislature:
Category:
Reset
Active:

Manutenzjoni tal-Akwadott ta’ Wignacourt

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir manutenzjoni tal-Akwadott ta’ Wignacourt u b’mod partikolari li jsir tindif tal-ħmieġ u l-ħaxix selvaġġ li hemm b’mod partikolari fl-arkati fi Triq Pietru Pawl Ruebens, Ħ’Attard, l-Arkati fi Triq Notabile, Birkirkara u fil-ġiebja li tinsab faċċata ta’ Farsons? Jista’ jgħid jekk jafx li hemm bozoz maqtugħa, kemm hemm u meta dawn se jinbidlu? Jista’ jgħid meta se jinbidel il-ġebel li qed jiċċaqlaq u li jinsab fi stat perikoluż, fuq l-arkati li jinsabu fl-iskola Santa Tereża? Jista’ jgħid meta se jissewwa l-madum li jinsab imkisser jew maqlugħ fil-paviment mat-tul tal-akwadott? Jista’ jgħid meta se jitranġa s-sinjal li jinsab miksur fil-ġardina ta’ Fleur De Lys faċċata tar-roundabout? Jista’ jgħid meta se jitnaddaf il-masġar ta’ quddiem Farsons fi Triq Notabile Birkirkara biswit l-istess akwadott?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tindif meħtieg fit-toroq imsemmija huma fir-responsabilità tal-Kunsilli Lokali kkonċernati. Madankollu, ser issir spezzjoni mid-Direttorat għat-Tindif, sabiex isir it-tindif neċessarju fit-toroq imsemmija. Ser jittieħdu ukoll l-passi meħtiega biex it-tiswija fis-sistema tad-dawl tissewwa mill-aktar fis possibli. Fir-rigward tal-partijiet l-oħra tal-Mistoqsija Parlamentari, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministri kkoncernati.

Reġistru tax-xogħol Part Three

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm nies jirreġistraw fuq ir-reġistru tax-xogħol Part Three (3) fis-snin 2012, 2013, 2014 u 2015? Jista’ jgħid kemm kien hemm nies li nstabilhom xogħol minn fuq l-istess parti tar-reġistru u għall-istess snin?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li t-tagħrif dwar kemm nies irreġistraw fuq it-Tielet Parti tar-reġistru tax-xogħol fis-snin 2012, 2013, 2014 u 2015, kif ukoll kemm minnhom sabu xogħol ieħor, hu kif jidher fit-tabella t’hawn taħt, jiġifieri: Sena Persuni li rreġistraw fuq it-Tielet Parti tar-Reġistru Persuni li sabu xog ħ ol ieħor 2012 2,528 768 2013 3,536 896 2014 5,847 1,757 2015 4,580 790

Skema IIP – due diligence

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni hemm li s’issa saritilha due diligence taħt l-iskema IIP? Jista’ jgħid mil-liema nazzjonijiet huma dawn l-applikanti li saritilhom due diligence taħt l-iskema s’issa? Jista’ jgħid kemm-il applikant kien hemm li ma għaddewx mid-due diligence u mil-liema pajjiżi kienu ġejjin? Jista’ jgħid jekk hu bħala Ministru responsabbli minn din l-iskema u mill-uffiċċju tal-passaporti, rax ir-raġunijiet għalfejn dawn il-persuni ġew imwaqqfa fl-istadju ta’ due diligence? Jista’ jgħid kemm minn dawk l-applikanti li għaddew mill-istadju ta’ due diligence xtraw proprjetà f’Malta u f’liema lokalitajiet jinsabu dawn il-proprjetajiet? Jista’ jgħid x’kontrolli qed isiru biex jiżguraw li verament dawn l-applikanti qed jgħixu u huma residenti effettivi f’Malta kif titlob il-liġi?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ser tingħata fir-rapport tar-Regolatur.

Birkirkara — bus shelter fil-venda ta’ ħdejn il-Bank of Valletta

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 13118, 12726 u 4925, jista’ l-Ministru jagħti data preċiża meta se jitlestew il-bus shelter tal-venda ta’ Birkirkara li hemm ħdejn il-BOV?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellani li jien ninsab infurmat illi il-bus shelters tal-venda ta’ Birkirkara li hemm ħdejn il-BOV ser ikunu qeghdin jitlestew fl-iqsar żmien possibli.

Korp tal-Pulizija — addendum

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jibqa’ in vigore l-addendum tal-Korp tal-Pulizija li kien ġie fis-seħħ fi żmien il-Ministru preċedenti? Jista’ jgħid jekk hu jaqbilx ma’ dan l-addendum jew jekk jarax li dan l-addendum ixekkel l-operat tal-Korp tal-Pulizija bil-possibilità li jagħti lok għall-korruzzjoni?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 15095.

Pulizija – extra duty — rata

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta l-pulizija se jibdew iħallsu t-taxxa ta’ 15% għall-extra duty kif kienu mwegħda qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet, minflok ir-rata li qed iħallsu issa?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-Gvern, b’kuntrast mall-amministrazzjoni preċedenti beda mill-ewwel iwettaq il-programm elettorali tiegħu. Dan il-programm se jkun qed jitwettaq matul din il-leġislatura.

Railings u Crash Barriers

Question

B'referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 16815 u 17197, jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders bejn Marzu 2013 sa Mejju 2015 mill-MTI jew Transport Malta? Jista' jgħid liema kumpanija jew kumpaniji kienet inkarigata biex tagħmel dan ix-xogħol b'direct order?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ma għandha l-ebda rekords ta’ direct orders f’dan ir-rigward.

SWAT team

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17248 jista' l-Ministru jgħid min qed jagħti t-taħriġ meħtieġ tas-SWAT team? Jista' jagħti garanzija li l-iSWAT team li se jitwaqqaf jew li twaqqaf hux se jkun fully functional saċ-CHOGM ta' Novembru li ġej? Jista jgħid jekk il-membri li se jkunu fl-iSWAT team hux se jkunu assenjati xogħol ieħor apparti li se jkunu qed jagħmlu dan ix-xogħol partikolari? Jista jgħid kif se jkun qed jaħdem (ix-xift) l-iSWAT team il-ġdid u fejn se jkun stazzjonat? Jista jgħid jekk inxtarax apparat ġdid biex ikun jista' jaħdem l-iSWAT team il-ġdid u kemm ġie jiswa? Jista jgħid x'apparat ġdid inxtara?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li bħalissa għadu għaddej it-taħriġ meħtieġ li qed jingħata internament minn instructors tal-Pulizija kif ukoll tal-Akkademja tal-Pulizija, anke lill-membri tat-team li kienu diġa ħadu taħriġ simili fil-passat. Fil-każ ta’ taħriġ tal-Ewwel Għajnuna Avvanzata dan qed jingħata minn entita' lokali akkreditata internazzjonalment. Li-Swat team ser ikun fully operational sac-CHOGM f’Novembru li ġej u ser ikun jaqdi dawn id-doveri fuq bażi permanenti. Membri ta' dan it-team ser jagħmlu wkoll xogħol ta' protezzjoni personali ma dinjitarji barranin li jżuru Malta fost doveri oħra. It-team ser jibqa jitmexxa min ta’ Kandja u meta jibda jiffunzjona dan ikompri sservizz tiegħu erbgħa u għoxrin siegħa kuljum. Ser jinxtraw xi vetturi u apparat relatat max-xogħol tal-istess team, li jinkludu armi, ilbies u apparat ieħor protettiv.

MSDC — procurement manager - ingaġġ ta' persuna

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hux minnu li l-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament qed jaħdem bħala procurement manager fi ħdan il-MSDC? Tista' tgħid jekk kienx hemm sejħa pubblika għal din il-pożizzjoni jew jekk hix position of trust? Tista tgħid meta kienet ippublikata din is-sejħa pubblika (data preċiża) ? Tista' tgħid meta kien ingaġġat u beda jaħdem f'din il-pożizzjoni (data preċiża) ? Tista tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-full job description tax-xogħol li qed jagħmel?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-persuna msemmija taħdem bħala procurement manager fl-MSDC. Kien hemm sejħa fis-servizz pubbliku minn fost uffiċjali pubbliċi ippubbikata fit-28 ta’ Novembru 2014. L-approvazzjoni għall-ingaġġ ta’ din il-persuna ħarġet mill-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku fit-12 ta’ Marzu 2015. Beda jaħdem fis-16 ta’ Marzu 2015. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l- full job description tax-xogħol li qed jagħmel it-tali persuna.
Leg 12 PQ #17330 Sitting 282 2015-06-30 Oral · Final From: BEPPE FENECH ADAMI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mistoqsijiet tal-ġurnalisti vetted

Question

Jista’ l-Prim Ministru jikkonferma rapporti li dehru fil-ġurnali li mistoqsijiet li kellhom isiru lis-Segretarju Parlamentari l-Onor. Michael Falzon fil-laqgħat “Gvern li Jisma’” ġew vetted minn qabel u kien hemm minn twaqqaf milli jagħmel mistoqsija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngharraf lill-Onor Interpellant li l-laqghat Gvern li Jisma huma t-twettiq ta’ weghda li kienet saret fil-manifest elettorali tal-gvern li kull sitt xhur il-membri tal-kabinett ikollhom sensiela ta’ laqghat ta’ konsultazzjoni pubblika. Is-sensiela ta’ laqghat Gvern li Jisma li kienu ghaddejin fl-ahhar gimghat kienu r-raba sensiela. Qabel ma bdiet din ir-raba sensiela ta’ laqghat, kienu diga saru 45 laqgha, b’90 siegha ta’ diskussjoni u bis-sehem ta’ iktar minn 9,000 persuna minn kull sfera tal-hajja, fost ohrajn minn ghaqdiet mhux governattivi u imsiehba socjali. Dan jikkuntrasta ghal kollox mal-mod kif kienu jsiru l-affarijiet fi zmien l-amministrazzjoni precedenti, li l-Onor Interpellant kien jaghmel parti minnha. Bhal fil-kaz ta’ mistoqsija parlamentari ohra li ressaq f’dawn il-jiem, l-Onor Interpellant qed jerga jibbaza din il-mistoqsija parlamentari fuq premessa ghal kollox zbaljata. Mhux minnu li fil-laqgha li rrefera ghaliha l-Onor Interpellant sar xi vetting tal-mistoqsijiet mill-pubbliku. Tant dak li qed jallega l-Onor Interpellant mhux minnu, li fil-laqgha li li rrefera ghaliha, attendew fost ohrajn membri tal-komunita tal-Gizwiti li tkellmu kontra l-pjan ta’ shooting range fil-Busbesija. F’laqghat ohra ta’ Gvern li Jisma saret ukoll kritika fil-konfront ta’ aspetti tal-hidma tal-gvern, li kienet anki rraportata fil-media. Ngharraf lill-Onor Interpellant li tant ma jsirx vetting li l-laqghat ikunu miftuha ghall-pubbliku in generali. Il-laqghat Gvern li Jisma huma konferma tal-mod miftuh li bih qed imexxi dan il-gvern fejn jinghata spazju ghal opinjonijiet differenti u l-membri kollha tal-Kabinett ikunu lesti li jwiegbu.

Korp tal-Pulizija –eks Kummissarju tal-Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi se jieħu l-Korp tal-Pulizija kontra l-eks Kummissarju tal-Pulizija wara li l-Kummissarju tad-Data kkonkluda li l-eks Kummissarju b’mod illegali kkopja partijiet mill-personal file tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u għadda dik il-kopja lil gazzetta lokali? Jista’ jgħid x’inhi r-reazzjoni tiegħu għal dan l-aġir tal-eks Kummissarju tal-Pulizija liema aġir ġie definit mill-Kummissarju tad-Data bħala wieħed serju ħafna?

Response (ABELA, CARMELO)

Il-konklużjoni li wasal għaliha l-Onor. Interpellant fil-mistoqsija tiegħu m’hux l-istess waħda tal-Kummissarju tad-Data
Leg 12 PQ #17372 Sitting 282 2015-06-30 Oral · Final From: BEPPE FENECH ADAMI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

CHOGM –eks kummissarju tal-Pulizija

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk jarax li l-pożizzjoni tal-eks Kummissarju tal-Pulizija bħala Kap u l-persuna responsabbli mis-sigurtà waqt il-Commonwealth Heads of Government Meeting (CHOGM) għadha tenibbli wara li l-Kummissarju tad-Data kkonkluda li l-istess eks Kummissarju, meta kien Kummissarju tal-Pulizija b’mod illegali għamel kopja tar-records personali tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u għadda dik il-kopja lil ġurnal lokali; liema aġir ġie deskritt mill-Kummissarju tad-Data bħala wieħed serju ħafna? Jista’ jgħid jekk għadx għandu fiduċja fl-eks Kummissarju tal-Pulizija bħala persuna responsabbli mis-sigurtà fil-laqgħa tant importanti taċ-CHOGM meta skont ir-rapport imsemmi din il-persuna kisret il-liġi deliberatament meta kienet qed tokkupa l-kariga ta’ Kummissarju tal-Pulizija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngharraf lill-Onor. Interpellant li l-premessa li fuqha hija bba\ata l-mistoqsija tieg]u hija ghal kollox \baljata. Il-Kummissarju tad-Data imkien ma qal li kien l-eks Kummissarju tal-Pulizija li għamel kopja tar-records personali tal-individwu li d-dettalji dwaru ingħataw separatament mill-Onor Interpellant. Din hija biss allegazzjoni bla bazi tal-Onor Interpellant. Fid-dawl tad-dikjarazzjonijiet taghha favur it-thaddim tal-etika fil-politika, l-Oppozizzjoni hija mitluba tivverifika sew il-fatti, qabel ma tressaq il-mistoqsijiet parlamentari taghha. L-istess zball li ghamel l-Onor Interpellant meta ressaq din il-mistoqsija parlamentari, ghamlu erba u ghoxrin siegha qablu l-Onor Jason Azzopardi meta waqt konferenza tal-ahbarijiet ukoll allega minghajr ebda bazi li l-eks Kummissarju tal-Pulizija kien instab ħati li għadda lill-media kopja tal-file tal-individwu li saret riferenza ghalih f’din il-mistoqsija parlamentari.

Assistent Kummissarju — Korp tal-Pulizija

Question

B'referenza għar-risposta parlamentari 17250, jista' l-Ministru jgħid meta irtira (data) mill-Korp tal-Pulizija d-Deputat Kummissarju li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jista’ jikkonferma li hekk kif irtira mill-Korp, inħatar bħala konsulent? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid meta l-individwu nħatar bħala konsulent (data) u fuq xiex inħatar konsulent u kemm qiegħed jitħallas għal din il-kariga? Jista’ jgħid kemm hija d-differenza bejn il-paga li kien jirċievi l-individwu bħala Deputat Kummissarju u l-paga li qed jirċievi issa bħala konsulent? Jista’ jikkonferma li l-individwu, fil-kwalità tiegħu ta’ konsulent, għandu karozza u xufier għad-dispożizzjoni tiegħu? Jista’ jelenka l-perkaċċi u l-benefiċċji kollha li jgawdi l-individwu bħala konsulent?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Intepellant li l-uffiċjal li d-dettalji dwaru ngħataw separatament, irtira mill-Korp tal-Pulizija wara aktar min-disa u tletin (39) sena servizz, b’effett mil-1 ta’ Gunju 2015. Nikkonferma li mar-rizenja tiegħu nħatar bħala konsulent fuq materji tal-Pulizija u dan minħabba ir-rekord tajjeb u l-esperjenza tagħha f’diversi oqsma li jittrattaw lill-istess Korp tal-Pulizja. Il-Korp tal-Pulizija ħass li ma setax jitlef l-esperjenza vasta li għandu dan l-uffiċċjal fil-fora ewropeja in vista tal-presidenza li Malta se jkollha fl-2017, kif ukoll l-esperjenza li għandu fil-qasam tas-sigurta u immigrazzjoni, fost esperjenzi oħra. Ma hemm l-ebda differenza fis-salarju tiegħu bħala Konsulent minn dak li kellu bħala Deputat Kummissarju. Għar-rigward u l-benefiċċji li għandu, dawn huma identiċi għal dawk li kellu fil-Korp tal-Pulziija.

Eks Malta Shipbuilding – persuni ingaġġati bħala security

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17198, 16639 u 15879 u jgħid kemm hemm nies li ġew ingaġġati sabiex iservu bħala security fuq is-sit magħruf bħala l-Malta Shipbuilding fil-Marsa minn Marzu 2013 sal-lum? Jista’ jgħid kif ġew ingaġġati dawn in-nies, ma’ liema entità governattiva ġew ingaġġati, x’inhuma l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom, x’inhi l-paga li qed jirċievu u kif inhuma x-xiftijiet tax-xogħol tagħhom? Jista’ jgħid kienx hemm sejħa pubblika għal dawn il-postijiet tax-xogħol? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-ismijiet kollha tan-nies li ġew ingaġġati bħala security fis-sit imsemmi minn Marzu 2013 sal-lum? Jista’ jgħid mil-liema distretti elettorali ġejjin dawn in-nies li ġew ingaġġati?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm l-ebda ħaddiema li huma ngaġġati biex jaħdmu bħala security fuq is-sit magħruf bħala Malta Shipbuilding.

AFM — C Company u l-Ispecial Operations Unit

Question

B'referenza għar-risposti parlamentari 16104 u 17249, jista' l-Ministru jgħid x'se tkun id-differenza fix-xogħol bejn is-C Company u l-iSpecial Operations Unit li se titwaqqaf fi ħdan il-Forzi Armati ta' Malta? Jista' jgħid jekk il-personnel office tal-Forzi Armati ta' Malta għamilx studju ta' kif se jkun qed jaħdem dan il-unit il-ġdid? Jista' jgħid jekk hux se jingħata taħriġ apposta lill-membri li se jiġu magħżula f'dan il-unit il-ġdid? Jista' jgħid kif ġew/se jiġi magħżula l-membri l-ġodda li se jkunu qed iservu f'dan il-unit il-ġdid? Jista' jgħid min kienu jew se jkunu l-persuni fuq l-interviewing board li għażel/se jagħżel il-persuni li biex ikunu f'dan il-unit? Jista' jgħid jekk kienx hemm sejħa interna u x'kienu r-rekwiżiti biex wieħed seta' japplika biex jissieħeb f'dan il-unit il-ġdid?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma’ għandi xejn xi nżid mar-risposti tiegħi għall-mistoqsijiet parlamentari 16104 u 17249.

Korp tal-Pulizija — kariga ta' CEO

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għadx hemm il-ħsieb li tinħoloq il-kariga ta' CEO fil-Korp tal-Pulizija? Jekk fl-affermattiv jista' jgħid jekk hux se jkun hemm sejħa pubblika biex jiġi magħżul is-CEO tal-Korp u x'se jkunu r-rekwiżiti biex wieħed jokkupa din il-kariga? Jista' jgħid jekk sarux studju ta' kif għandha titħaddem din il-funzjoni l-ġddia tas-CEO u kif se taħden in sintonia mal-poteri preżenti tal-Kummissarju tal-Korp tal-Pulizija? Jista' jgħid jekk hemmx job description għall-pożizzjoni ta' CEP tal-Korp u meta din se tii ppublikata? Jista' jgħid ta' min se tkun l-aħħar kelma fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, jekk hux dik tal-Kummissarju tal-Pulizija jew hux tas-CEO tal-Korp? Jista' jgħid jekk il-liġi li tirregola l-Korp tal-Pulizija Kap 164 tridx tiġi emendata biex ikun jista' jinħatar is-CEO tal-Korp tal-Pulizija?

Response (ABELA, CARMELO)

Iva u d-dettalji jingħataw aktar il-quddiem.

Korp tal-Pulizja — reinstatement ta' surġent

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament reġa' ġie reinstated fi ħdan il-Korp tal-Pulizija ftit wara l-elezzjoni ġenerali ta' Marzu 2013? Jista' jgħid meta eżatt ġie reinstated fil-Korp (data preċiża)? Jista' jgħid wara kemm żmien li kien ġie reinstated, ġie promoss għal Surġett Maġġur fi ħdan il-Korp tal-Pulizija? Jista' jgħid kemm dam jokkupa l-kariga ta' Surġet Maġġur u fejn kien stazzjonat meta kien qed jokkupa din il-kariga? Jista' jgħid kemm ilu li l-individwu irtira mill-Korp tal-Pulizija (data preċiża)? Jista' jikkonferma li issa li dan l-individwu irtira jekk hux qed jieħu pensjoni ta' surġent maġġur?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu li dwaru ngħataw id-dettalji separatament kien ġie reinstated fil-Korp tal-Pulizija fid-19 ta’ Lulju, 2013 . Hu kien ġie reinstated fil-Korp fir-rank ta’ Surġent tmien snin wara li kien irtira mil-Korp, fis-17 ta’ Lulju 2005, fejn ġie stazzjonat fit-Taqsima ta’ Kontra Droga. Fil-15 ta’ Novembru 2013, huwa ġie promoss għall-kariga ta’ Surgent Maġġur tat-Tieni Klassi u fis-16 ta’ Novembru 2013 ġie stazzjonat fit-Taqsima ta’ l-Affarijiet Interni fi ħdan il-Korp. L-istess persuna rtira bil-pensjoni fir-Rank ta’ Maġġur tat-Tieni Klassi fis-16 ta’ Marzu, 2015, tlett xhur u nofs ilu.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — impjegat fis-Segretarjat Privat

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hux minnu li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament hu impjegat fis-Segretarjat privat tagħha? Tista' tgħid x'inhi n-nomenklatura tiegħu? Tista' tgħid kemm hu s-salarju li qed jitħallas?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, ma tiffurmax parti mis-segretarjat privat tiegħi.

Toroq ġodda u Extensive Patching ta’ toroq

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 16816, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’tender jew jekk ingħatax b’direct order? Jista’ jgħid min kien/u l-kuntrattur/i li ħadmu dan ix-xogħol?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, b’referenza għall-Mistoqsija Parlamemntari 16816, Transport Malta timxi mar-regolamenti u proċeduri li jikkonċernaw nfiq pubbliku (public procurement). Fil-każ ta’ direct orders, ikun hemm raġuni speċifika għall-għoti tagħhom u dawn dejjem jiġu approvati mill-Ministeru tal-Finanzi.

Railings u Crash Barriers

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 16815, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn ir-railings u crash barriers ingħatawx b’direct order jew inħarġitx tender? Jekk inħareġ tender, jista’ jagħti r-referenza tat-tender li nħareġ? Jekk ingħata b’direct order, jista’ jgħid liema kumpanija kienet inkarigata biex tagħmel dan ix-xogħol?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kwantitajiet ikkwotati fit-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 16815 ġew allokatti permezz ta’ dawn it-tenders segwenti: ·TM 084/2012 ·TM 085/2012 ·TM 087/2012 ·TM 270/2012 ·TM 279/2012 ·TM 100/2015 ·CT 3077/2013 & CT 3078/2012 (Triq il-Kosta) ·CT3170/2013 (MODUS)