Legislature:
Category:
Reset
Active:

Korp tal-Pulizija – complement f’kull branka

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie stabbilit li għandu jkun il-complement għal kull branka (branch) tal-Korp tal-Pulizija? Jista’ jgħid kemm kien hemm stazzjonati pulizija f'kull branka tal-Pulizija, branka b'branka fl-aħħar ta’ Settembru 2015?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rispota li r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #19594 Sitting 299 2015-10-12 Oral · Final From: BEPPE FENECH ADAMI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Unjoni Ewropea – Sherpa – ingaġġ ta’ individwu

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu s-salarju li qed jitħallas l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bħala Sherpa fi ħdan l-Unjoni Ewropea? Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx kuntratt definit jew indefinit għall-pożizzjoni ta' Sherpa li qed jokkupa dan l-istess individwu? Jista' jpoġġi kopja tal-kuntratt ta' dan l-individwu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interpelant li l-individwu li qed jagħmel riferenza għalih, ma jitħallasx u m’għandux kuntratt għall-pożizzjoni ta' Sherpa.

Żwiemel tal-kavallerija tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu jew traqqdu (inqatlu) żwiemel tal-kavallerija tal-pulizija bejn Marzu 2013 u Settembru 2015? Jista' jgħid x'kienet il-kawża tal-mewt taż-żwiemel tal-kavallerija li mietu fil-perjodu msemmi? Jista’ jgħid meta nxtraw iż-żwiemel li mietu jew traqqdu fil-perjodu hawn fuq imsemmi? Jista' jgħid kemm inxtraw żwiemel tal-kavallerija bejn Marzu 2013 u Settembru 2015? Jista' jgħid x'kienet il-proċedura li biha nxtraw iż-żwiemel tal-Kavallerija fil-perjodu msemmi hawn fuq? Jista' jgħid minn fejn inxtraw (pajjiż t'oriġini w azjenda) dawn iż-żwiemel tal-kavallerija? Jista' jgħid kemm ġew jiswew f'termini ta' flus iż-żwiemel li nxtraw għall-Kavallerija tal-Pulizija fil-perjodu hawn fuq imsemmi? Jista' jagħti l-età ta’ kull żiemel li nxtara fil-perjodu hawn fuq imsemmi? Jista’ l-Ministru jikkonferma illi fost iż-żwiemel mixtrija fil-perjodu hawn fuq imsemmi hemm uħud li nstabu li kienu xjuħ u fi stat ta’ saħħa mhux tajba tant li lanqas jistgħu jintlibbsu saddle u l-anqas jistgħu jintrikbu?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lil-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-ebda żiemel tal-Kavallerija tal-Pulizija ma miet jew traqqad bejn Marzu 2013 sa Settembru 2015. Infurmat ukoll li ma nxtraw l-ebda żwiemel f'dan il-perjodu u l-aħħar darba li nxtraw żwiemel kien f'Settembru 2008.

Armata ta' Malta — xiri ta' tagħmir second hand

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-Gvern dwar xiri ta' tagħmir second hand għall-użu mill-Armata ta' Malta?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-proċess ta’ deċiżjoni biex jinxtara tagħmir second hand għall-użu mill-Armata ta' Malta huwa l-istess wieħed segwit fil-passat meta nxtraw ajruplani, vetturi u laneċ.

Armata ta' Malta — xiri ta' biċċiet tal-baħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid sarx studju sabiex jiġi stabilit huwiex good value for money li l-Armata ta' Malta tinvesti f'manutenzjoni u tagħmit tal-biċċa tal-baħar Le Aoife li għandha 35 sena flok l-istess flus jiġu investiti f'tagħmir ġdid?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li iva saru d-diskussjonijiet u l-evalwazjonijiet meħtieġa qabel ma ttieħded id-deċiżjoni li l-FAM tinvesti fl-Le Aoife. Ġie stabbilit li din il-lanċa għanda sservi tajjeb ħafna sabiex taqdi lis-sezjoni marittima tal-FAM fil-perijodu sakemm il-patrol boat P61 tiddaħħal għal manutenzjoni fit-tul u jsiru l-preparamenti biex tinxtara lanċa ġdida minn Fondi Ewrpej. Ninforma li dan ix-xogħol diġa beda u fix-xhur li ġejjin se tinħareġ is-sejħa għall-offerti.

Patrol Boat — membri tal-ekwipaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm bżonn ekwipaġġ biex tiġi użata l-patrol boat Le Aoife? Jista' jgħid jekk ġewx identifikati l-ekwipaġġ għall-istess biċċa tal-baħar u jekk ingħatawx taħriġ sabiex jimmaniġġjaw l-istess biċċa tal-baħar?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Le Aoife għanda bżonn 45 bħala ekwipaġġ. L-ekwipaġġ għal din il-patrol boat ġie dentifikat u ngħata t-taħriġ meħtieġ. Numru ta’ suldati tal-Forza ngħataw taħriġ speċjalizzat fl-Irlanda.

Forzi Armati ta’ Malta – eżami mediku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kien it-tabib li għamel l-eżami mediku ta’ dawk li ġew ingaġġati bħala rekluti fi ħdan il-Korp tal-Pulizija? Jista’ jgħid min kien it-tabib li għamel l-eżami mediku ta’ dawk li ġew ingaġġati fi ħdan il-Forzi Armati ta’ Malta?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-eżami mediku lir-rekluti fi ħdan il-Korp tal-Pulizija sar mil-Police Medical Officer filwaqt li l-eżami mediku fi ħdan il-Forzi Armati ta’ Malta, sar parti mit-tobba ta’ l-armata stess u parti mill-istaff mediku tal-isptar Mater Dei.

Korp tal-Pulizija — sahra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallset sahra fil-Korp tal-Pulizija fis-segwenti xhur: a. Marzu 2014; b. April 2014; c. Mejju 2014; d. Ġunju 2014; e. Lulju 2014; f. Awwissu 2014; g. Marzu 2015; h. April 2015; i. Mejju 2015; j. Ġunju 2015; k. Lulju 2015; u l. Awwissu 2015?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Għases tal-Pulizija – rapporti dwar serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati serqiet fl-għases tal-Pulizija tas-segwenti lokalitajiet fil-perjodu 1 ta’ Jannar 2015 sat-30 ta’ Settembru 2015, xahar b’xahar: a. Tas-Sliema; b. San Ġiljan; c. Il-Gżira; d. Is-Swieqi; e. San Ġwann; u f. San Pawl il-Baħar?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Privatizzazzjoni ta’ servizzi ta’ detenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma illi l-Gvern qiegħed jikkunsidra l-privatizzazzjoni tal-amministrazzjoni u l-operat tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u servizzi oħra ta’ detenzjoni ta’ persuni taħt arrest fil-pajjiż? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid fiex waslu dawn il-pjanijiet?

Response (ABELA, CARMELO)

Le ma nikkonfermax.

Patrol board — upgrading

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus fuq il-patrol boat Le' Aoife, mogħtija mill-Gvern Irlandiż lill-Gvern Malta, kemm f'dak li huwa manutenzjoni, kemm f'dak li huwa upgrading mid-data li ġiet mogħtija lill-Gvern Malti sal-lum ?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li sal-lum, intefqu € 511,670 fuq il-patrol boat Le' Aoife, mogħtija mill-Gvern Irlandiż lill-Gvern Malti.

Patrol board — xiri

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'wassal lill-Gvern biex jaċċetta biċċa tal-baħar second hand Le' Aoife li għandha aktar minn 35 sena u li kienet ġiet de-commissioned mill-Gvern Irlandiż bħala biċċa tal-baħar li mhijiex tajba iktar għall-użu tal-Istat Irlandiż?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li d-donazzjoni tal-‘Le’ Aoife’ se tgħin timla’ vojt fil-kapaċita’ navali tal-Forzi Armati ta’ Malta sakemm tinxtara OPV ġdida u jitlesta x-xogħol ta manutenzzjoni estensiv fuq il-P61.

Korp tal-Pulizija – tibdil fil-kulur tal-uniformi tas-sajf

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-Korp tal-Pulizija se jbiddel l-uniformi tas-sajf tal-membri tal-Korp? Jista’ jgħid jekk hux minnu li l-kulur tal-uniformi se jinbidel minn blu għall-kulur iswed? Jista’ jgħid minn meta se ssir/jibda dan it-tibdil fl-uniformi tal-membri tal-Korp?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat lid-diskussjonijiet dwar dan għadhom għaddejin fi ħdan il-korp tal-Pulizija.

Għassa tal-Belt Valletta – xiri/kiri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-post fejn illum hemm l-għassa tal-Belt Valletta hijiex proprjetà tal-Korp tal-Pulizija jew hijiex mikrija? Jista’ jgħid min huma s-sidien tal-proprjetà fejn illum hemm l-għassa tal-Belt?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-post fejn illum hemm l-għassa tal-Belt Valletta ma hiex proprjetà tal-Korp tal-Pulizija imma tinsab mikrija. Il-kera tal-proprjetà fejn illum hemm l-għassa tal-Belt tiġi d-depożitata fil-Qorti f’isem l’individwi li huma msemmija u li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Forzi Armati ta’ Malta – vetturi, muturi, vannijiet u low loaders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw vetturi, muturi, magni tal-karozzi, vannijiet u low loaders bejn Marzu 2013 u Lulju 2015 għall-Forzi Armati ta’ Malta? Jista’ jgħid mingħand min inxtara dan kollu? Jista’ jgħid jekk inħarġitx tender biex inxtara dan kollu jew jekk inxtrawx b’direct order? Jista’ jgħid min kien l-aġent/auto dealer/kumpanija jew individwu li nxtara dan kollu mingħandu?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn Marzu 2013 u Lulju 2015 b’kollox inxtraw tlettax –il-inġenju. Id-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra.

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – vetturi, muturi, vannijiet u low loaders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw vetturi, muturi, magni tal-karozzi, vannijiet u low loaders bejn Marzu 2013 u Lulju 2015 għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili? Jista’ jgħid mingħand min inxtara dan kollu? Jista’ jgħid jekk inħarġitx tender biex inxtara dan kollu jew jekk inxtrawx b’direct order? Jista’ jgħid min kien l-aġent/auto dealer/kumpanija jew individwu li nxtara dan kollu mingħandu?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn Marzu 2013 u Lulju 2015 b’kollox inxtraw sitta u għoxrin inġenji. Id-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra.

Korp tal-Pulizija – vetturi, muturi, vannijiet u low loaders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw vetturi, muturi, magni tal-karozzi, vannijiet u low loaders bejn Marzu 2013 u Lulju 2015 għall-Korp tal-Pulizija? Jista’ jgħid mingħand min inxtara dan kollu? Jista’ jgħid jekk inħarġitx tender biex inxtara dan kollu jew jekk inxtrawx b’direct order? Jista’ jgħid min kien l-aġent/auto dealer/kumpanija jew individwu li nxtara dan kollu mingħandu?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn Marzu 2013 u Lulju 2015 b’kollox inxtraw disa u sittin ingenji. Id-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra.

Xiri ta’ vetturi, muturi, vannijiet u low loaders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw vetturi, muturi, magni tal-karozzi, vannijiet u low loaders bejn Marzu 2013 u Lulju 2015? Jista’ jgħid mingħand min inxtara dan kollu? Jista’ jgħid jekk inħarġitx tender biex inxtara dan kollu jew jekk inxtrawx b’direct order? Jista’ jgħid min kien l-aġent/auto dealer/kumpanija jew l-individwu li nxtara dan kollu mingħandu?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika għal liema dipartimenti u/jew entitajiet qed jirreferi.

Sptar Mater Dei – ingaġġ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jaħdem fi ħdan waħda mill-istrutturi tal-Isptar Mater Dei? Jista’ jgħid jekk kienx hemm sejħa pubblika jew jekk ġiex impjegat bħala position of trust? Jista’ jgħid meta ġie impjegat l-individwu (data preċiża) u f’liema skala taċ-ċivil hu impjegat? Jista’ jgħid x’inhi n-nomenklatura li għandu bħalissa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-persuna msemmija jokkupa l-kariga ta’ Security Manager fl-Isptar Mater Dei. Il-persuna nvoluta bdiet tahdem fil-11 ta’ Mejju 2015 u l-paga tieghu hija ekwivalenti ghal dik ta’ skala 7.

Malta Police Association — kawża legali

Question

B'referenza għall-kawża legali li l-Malta Police Association fetħet kontra il-Kummissarju u Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali fuq l-irkant tal-armi, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tiegħu fuq dan ir-rigward? Jista' jgħid jekk jaqbilx li l-membri tal-Korp tal-Pulizija ma jitħallewx liberi li jieħdu sehem fl-irkant minkejja li ġie milqugħ il-mandat ta' inibizzjoni li għamel l-MPA f'Marzu 2015?

Response (ABELA, CARMELO)

Mhux għaqli li wieħed jikkummenta meta l-każ ikun quddiem il-Qorti.