Legislature:
Category:
Reset
Active:

Patrol boat — upgrading

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19401, fejn il-Ministru wieġeb li sal-lum intefqu 511,670 Ewro fuq il-patrol boat Le Aoife mogħtija mill-Gvern Irlandiż lill-Gvern Malti, jista’ l-Ministru jgħid jekk inħarġux tender fuq dan l-ammont jew jekk dawn ingħatawx b’direct order? Jista’ jgħid fuq xiex intefqu dawn il-flus u x’kien l-apparat jew manutenzjoni li saret? Jista’ jgħid min kienu l-kumpaniji, ditti jew dealers li mingħandhom inxtara dan l-apparat jew servizz biex intefqu 511,670 Ewro?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li t-total ta’ € 511, 670 intefqu għand il-kumpaniji Cork Dockyard Ltd u James Scott & Company rispettivament. Iż-żewġ kumpaniji ġew magħżula b’direct order minħabba diversi raġunijiet: Cork Dockyard Ltd: 1. Huma l-uniku faċilita’ fl-Irlanda attrezzata biex tagħmel ‘dockings’ ta’ bastimenti tad-daqs partikulari. 2. Huma l-faċilita’ li oriġinarjament bnew il-bastiment u b’hekk għandhom konoxxenza teknika assoluta. 3. Il-prezzijiet kwotati ġew imqabbla ma’ prezzijiet lokali għal xogholijiet simili u ġew aġġudikati bħala raġunevoli. 4. Numru kbir ta’ xogħolijiet kellhom bilfors isiru qabel il-partenza tal-vapur mill-Irlanda u b’hekk ma setgħux isiru f’faċilitajiet lokali. 1. €310,571.63 intefqu biex sar id-‘docking’ tal-bastiment li kien jinkludi xogħolijiet ta’ żebgħa, manutenzzjoni ta’ valvi, manutenzzjoni tas-sistema ta’ protezzjoni katodika, manutenzzjoni ta’ sistemi tat-tmun u ‘stabilizers’, manutenzzjoni fuq ‘shaftline’ u l-iskrun, tindif u manutenzzjoni ta’ tankijiet tal-ilma u fuwil, inspezzjoni u tiswija fejn meħtieġ tas-struttura kompleta tal-bastiment, manutenzzjoni taġ-ġeneraturi, xogħolijiet ġenerali ta’ manutenzzjoni 2. €94,453,67 biex inxtraw komponenti tekniċi għax-xogħolijiet elenkati f’numru James Scott & Company 1. Is-servizzi kellhom jiġu mgħotija l-Irlanda u b’hekk kellu jintagħ¿el bilfors aġent lokali. 2. Ġew avviċinati żewġ aġenti li intgħa¿lu fuq rakkomandazzjoni tas-Servizz Navali Irlandiż u ġew mitluba jagħtu stima għal varieta’ rappresentativa ta’ servizzi kif ukoll il-miżati tagħhom. Wara dan il-proċess, ġie magħżul James Scott & Company bħala l-aħjar valur. Żewg invoices ta’ € 51,084.02 u € 55,562.41 li jkopru miżati tal-aġent, assistenza mandatorja ta’ Tug Boats, manutenzzjoni ta’ ekwipaġġament ta’ sikurezza, manutenzzjoni ta’ komponenti tal-magni u l-iskrun, servizzi għall-bastiment.

Vetturi tal-Pulizija — VRT

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 19948, jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet tal-VRT fuq il-vetturi ta' kull sezzjoni tal-Korp tal-Pulizija mill-1 ta' Marzu 2013 sal-31 ta' Diċembru 2013, mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2014 u mill-1 ta' Jannar 2015 sat-30 ta' Settembru 2015? Jista' jgħid għand min saru dawn it-testijiet tal-VRT? Jista’ jgħid kemm ħallas il-Korp tal-Pulizija għal dawn it-testijiet? Jista' jgħid ħarġitx sejħa għal dawn it-testijiet jew jekk ingħatawx b'direct order? Jista' jgħid kemm, kien hemm vetturi li weħħlu mit-test tal-VRT u kemm għaddew f'kull perjodu hawn fuq indikat?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Kif jidher it-testijiet saru għand Aġenti diversi u il-ħlasijiet jidhru kif indikat fl-istess tabella u skont ir-rata fissa tal-Gvern. Inżid li ma saritx talba għal direct orders f’dan ir-rigward għaliex ma hemmx ġustifikazzjoni barra mill-fatt li l-ammonti huma inqas minn dak provduti mill-proċeduri tal-Finanzi.

Armata ta' Malta — xiri ta' tagħmir second hand

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19682, li tgħid li nxtraw 8 ex-MOD Truck mingħand il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għall-ammont ta' EUR 113,270.76, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn inxtrawx b'direct order jew inkella permezz ta' tender?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Forzi Armati ta’ Malta xtraw darbtejn trakkijiet second hand min għand il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, waħda 2008 u l-oħra 2015 u d-darbtejn inxtraw b’direct order (dejjem skond il-parametri tal-linji gwida maħruġa mil-Ministeru tal-Finanzi).

Korp tal-Pulizija – complement f’kull branka

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamenatri 19593 u jgħid kemm ġie stabbilit li għandu jkun il-complement għal kull branka (branch) tal-Korp tal-Pulizija? Jista’ jgħid kemm kien hemm stazzjonati pulizija f'kull branka tal-Pulizija, branka b'branka fl-aħħar ta’ Settembru 2015?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li sa l-aħħar ta’ Settembru 2015 kien hemm 1,136 il-membru stazzjonati fil-branches tal-Pulizija. Dwar il-compliment fil-branches jigi determinat u jiżdied skont l-esiġenzi tas-servizz u dan wara li jittieħdu in konisderazzjoni diversi fatturi inkluż il-perjodu u r-reati li jkunu qegħdin isseħħu skont iż-żminijiet. Dawn kienu mqassmin skont it-tabella li qed noġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Enemalta – kuntratt ta’ ex-Spettur tal-Pulizija

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19591, jista' l-Ministru jgħid jekk l-ex Spettur li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament ingħatax somma flus - talli temm il-kuntratt li kellu mal-Enemalta? Jista' jgħid x'hemm "kummerċjalment sensittiv" f'kuntratt?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19591 (dsatax-il elf, ħames mija, wieħed u disgħin).

Pulizija stazzjonati f’kull distrett

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamenatri 19592 u jgħid kemm kien it-total ta' pulizija stazzjonati fid-distretti, distrett b'distrett, fl-aħħar ta’ Settembru 2015? Jista’ jgħid kemm ġie stabbilit li għandu jkun l-complement ta’ pulizija f'kull distrett, distrett b'distrett? Jista’ jgħid liema huma d-distretti tal-Pulizija li bħalisssa ma għandhomx stazzjonati fihom l-full complement kif stabbilit mill-korp stess u jgħid, distrett b'distrett, kemm allura hemm inqas mill-complement stabbilit bħalissa f'kull distrett?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li t-total ta’ Pulizija mqassim fid-distrett sa l-aħħar ta’ Settembru 2015 hu ta’ 1,051. Dawn kienu mqassmin kif jidhru fuq it-tabella li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Korp tal-Pulizija – vetturi b’number plates ta’ pajjiżi barranin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inqabdu vetturi bin-number plates ta’ pajjiż barrani fit-toroq Maltin u li nġabru mill-Korp tal-Pulizija mill-1 ta’ Jannar 2015 sat-30 ta’ Settembru 2015? Jista’ jgħid fejn inżammu dawn il-vetturi li kellhom number plates ta’ pajjiż barrani u li jkunu nġabbru mill-Pulizija? Jista’ jgħid fejn jinżammu r-records ta’ dawn il-vetturi? Jista’ jgħid kemm kien hemm vetturi li wara li jkunu nġabru mill-pulizija reġgħu ġew rilaxxati mill-ġdid lil sidhom fl-istess perjodu? Jista’ jgħid x’records jinżammu ta’ vetturi li jkunu ġew rilaxxati lil sidhom wara li jkunu inġabru mill-pulizija? Jista’ jgħid min huwa l-uffiċjal fil-Korp tal-Pulizija li jawtorizza r-rilaxx mill-ġdid tal-vettura maqbuda lil sidha?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi cioe mill-1 ta’ Jannar 2015 sa 30 ta’ Settembru 2015, il-Pulizija ġabret 185 vettura bin-‘number plates’ barranin. 129 ma kienux konformi mal-Ligi u 56 għax kienu ta’ zgombru fit-toroq. Wara li tħallsu l-multi 119 min-dawn il-vetturi ġew rilaxxati. Waqt li 60 min dawn il-vetturi għadhom mizmuma mil-Pulizija. 6 vetturi oħra ġew skrapjati skond il-Ligi Sussidjara 65.13. Dawn il-vetturi jinzammu fil-Garaxx tal-Pulizija li qiegħed fil-Foss ta’ Notre Dame fil-Furjana, u fil-Compound ta’ St. Andrew’s f’Pembroke, kif ukoll f’dawk il-kazi fejn il-vettura tkun nġabbret fuq rapport ta’ ostaklu, dawn jinġarru u jitpoġġew temporanjament fil-compound tal-kuntrattur privat ġewwa Ħal Tarxien. Dawn ta’ l-aħħar jiġu trasferiti mill-compound tal-kuntrattur għal Garaxx tal-Pulizija jekk is-sid ma jkunx għadu ġabar il-vettura konfiskata wara seba t’ijiem. Rekords tal-istess vetturi jinzammu fl-Ufficcju tal-MT fil-Garaxx tal-Pulizija fil-Furjana u kopji tar-rekords jintbgħatu is–Sezzjoni tat-Traffiku u l-Accounts Section tal-Korp f’kazijiet ta’ pagamenti għal rilaxx. Id-dettalji elenkati hawn taħt jinzammu mill-Pulizija dwar vetturi li jinġabbru b’numri tar-reġistrazzjoni ta’ barra: Numru tar-reġistrazzjoni u għamla tal-vettura. Isem ix-xufier u sid il-vettura Data ta’ meta ġiet meħuda Data tar-rilaxx tal-vettura Dettalji tal-Pulizija li qabad il-vettura Dettalji tad-data , ħin u post minn fejn ittieħdet il-vettura Numru tar-rapport fil- Pirs (NPS) u dettalji dwar il-kaz Dettalji dwar irċevuti u dokumenti relatati mar-rilaxx. Vetturi maqbuda bin-numri ta’ barra, jiġu rilaxxati mill-membri tal-Pulizija fit-Taqsima tat-Traffiku, Mechanical Transport Section u Sezzjoni tal-SVS.

Santa Venera –bini ta’ fire station

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol ta’ bini ta’ fire station ġdida f’Santa Venera?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-pjanti tal-istazzjon il-ġdid ġewwa Triq il-Kanun, Santa Venera tlestew u ġew ipprezentati quddiem l-MEPA sabiex ikun jista’ jinħarreġ il-permess tal-bini ta’ dan l-istazzjon.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – kariga ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’pożizzjoni jokkupa fil-Ministeru tiegħu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid x’inhu l-pakkett finanzjarju tiegħu?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-persuna li dettalji dwaru ngħataw separatament ġie ingaġġat fid-dipartiment tar-rizorsi umani tal-AWAS bħala administrator u għandu paga ta’ €17, 721.00 fis-sena.

Konsulat ta’ Malta fl-Alġerija – applikazzjonijiet għal visas

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19454 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm saru applikazzjonijiet għall-ħruġ ta’ visas fil-Konsulat ta’ Malta ġewwa l-Alġerija fis-sena 2012, 2013, 2014 u mill-1 ta’ Jannar 2015 sat-30 ta’ Settembru 2015? Jista’ jgħid kemm mill-applikazzjonijiet għall-ħruġ ta’ visas fil-perjodi hawn fuq indikat ġew aċċettati u allura kemm inħarġu visas fl-imsemmija perjodi wara applikazzjonijiet magħmula fil-Konsulat ta’ Malta fl-Alġerija? Jista’ jgħid mil-liema pajjiżi u kemm saru applikazzjonijiet ta’ visas għal kull pajjiż fil-Konsulat kif indikat? Jista’ jgħid x’nazzjonalità kellhom dawk kollha li nħarġitilhom visa wara applikazzjoni li saret fil-Konsulat ta’ Malta fl-Alġerija u kemm kien hemm visas maħruġa għal kull nazzjonalità?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li il-Konsulat ġewwa l-Alġerija beda jirċevi l-ewwel applikazzjonijiet uffiċjalment f’Marzu 2014. Fis-sena 2014, il-Konsulat rċeva 6,680 applikazzjoni, li minnhom ġew approvat 3,407. Fis-sena 2015 sa 30 ta’ Settembru 2015, il-Konsulat rċeva 7,960 applikazzjoni li minnhom ġew approvat 3,374. In-nazzjonalita’ ta’ dawk li applikaw u dawk li ngħataw visa fis-sena 2014 u 2015, hija kif tidher hawn taħt : 2014 2015 Nazzjonalita’ Applikazzjonijiet Approvati Applikazzjonijiet Approvati Gordan 1 1 2 2 Indjan 1 1 2 1 Sirjan 5 3 2 2 Marokkin 1 0 0 0 Albaniz 2 0 0 0 Tunezin 2 2 1 1 Algerin 6,663 3,397 7,930 3,351 Ukrani 1 0 0 0 Palestinjan 1 1 3 0 Amerikan Samoa 1 0 0 0 Libjan 2 2 16 14 Gambja 0 0 1 1 Kameron 0 0 1 1 Ghana 0 0 1 1 Aland Islands 0 0 1 0 TOTALI 6,680 3,407 7,960 3,374

Vetturi tal-Pulizija — VRT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet tal-VRT fuq il-vetturi ta' kull sezzjoni tal-Korp tal-Pulizija mill-1 ta' Marzu 2013 sal-31 ta' Diċembru 2013, mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2014 u mill-1 ta' Jannar 2015 sat-30 ta' Settembru 2015? Jista' jgħid għand min saru dawn it-testijiet tal-VRT? Jist'a jgħid kemm ħallas il-Korp tal-Pulizija għal dawn it-testijiet? Jista' jgħid ħarġitx sejħa għal dawn it-testijiet jew jekk ingħatatx b'direct order? Jista' jgħid kemm, f'kull perjodu fuq indikat kien hemm vetturi li weħlu mit-test tal-VRT u kemm għaddew?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Forzi Armati ta’ Malta – vetturi, muturi, vannijiet u low loaders

Question

B'referenza għat-tweġiba għal-mistoqsija parlamentari 18045 u l-informazzjoni li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra, jista' l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew f'termini ta' flus l-inġenji mixtrija? Jista' jagħti l-informazzjoni skont kull dealer/entità separata?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – vetturi, muturi, vannijiet u low loaders

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18046 u l-informazzjoni li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra, jista' l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew f'termini ta' flus l-inġenji mixtrija? Jista' jagħti din l-informazzjoni skont kull dealer/entità separata?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Korp tal-Pulizija – vetturi, muturi, vannijiet u low loaders

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18047 u l-informazzjoni li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra, jista' l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew f'termini ta' flus l-inġenji mixtrija? Jista' jagħti din l-informazzjoni skont kull dealer/entità separata?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Skema IIP – due diligence — rapport tar-regolatur

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17683, fejn il-Ministru kien qal li r-rapport se jkun lest sa nofs Settembru li għadda, jista' jpoġġi kopja tar-rapport annwali tar-regolatur kif kien imwiegħed fl-istess risposta?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapport tar-Regolatur ġie ppreżentat lill-Kumitat ta’ Monitoraġġ nhar is-6 ta’ Ottubru 2015 u mistenni li jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fi żmien qasir.

Għases tal-Pulizija – rapporti dwar serq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18623 u jgħid kemm ġew irrappurtati serqiet fl-għases tal-Pulizija tas-segwenti lokalitajiet fil-perjodu 1 ta’ Jannar 2015 sat-30 ta’ Settembru 2015, xahar b’xahar: a. Tas-Sliema; b. San Ġiljan; c. Il-Gżira; d. Is-Swieqi; e. San Ġwann; u f. San Pawl il-Baħar?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-kamra.

Armata ta' Malta — xiri ta' tagħmir second hand

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 19403, jista' l-Ministru jgħid kemm inxtara materjal second hand bħal vetturi, muturi, strumenti, trakkijiet, coaches, armi, two way radios, gym equipment eċċ. bejn Marzu 2013 u Settembru 2015? Jista' jgħid kemm minn dawn inxtraw b'direct order u kemm inxtraw b'tender? Jista' jgħid minn kienu d-dealers jew entitajiet li nxtraw mingħandhom dak imsemmi hawn fuq? Jista' jgħid kemm ġew jiswew f'termini ta' flus, dealer dealer jew entità b'entità?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li nxtraw 8 ex-MOD Truck mingħand Witham Specialist Vehicles Ltd UK, għall-ammont ta’ €113,270.76

Konsulat ta’ Malta fl-Alġerija – applikazzjonijiet għal visas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għall-ħruġ ta’ visas fil-Konsulat ta’ Malta fl-Alġerija fis-snin 2012, 2013, 2014 u mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Settembru 2015? Jista’ jgħid kemm mill-applikazzjonijiet għal ħruġ ta’ visas fil-perjodi hawn fuq indikat ġew aċċettati u allura kemm inħarġu visas fl-imsemmija perjodi wara applikazzjonijiet magħmula fil-Konsulat ta’ Malta fl-Alġerija? Jista’ jgħid mil-liema pajjiżi u kemm saru applikazzjonijiet ta’ visas għal kull pajjiż fil-Konsulat kif indikat? Jista’ jgħid x’nazzjonalità kellhom dawk kollha li nħarġitilhom visa wara applikazzjoni li saret fil-Konsulat ta’ Malta fl-Alġerija u kemm kien hemm visas maħruġa għal kull nazzjonalità?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din id-domanda lill-Ministeru konċernat.

Enemalta – kuntratt ta’ ex-Spettur tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma illi fil-kuntratt li kellu mal-Enemalta l-ex-spettur tal-pulizija li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, liema kuntratt issa ġie tterminat, kien hemm klawsola li kienet tipprovdi għall-ħlas ta’ somma lill-istess persuna f'każ illi l-kuntratt ikun terminat mill-Enemalta qabel iż-żmien. Jista’ jgħid eżattament x'kienet tipprovdi din il-klawsola? Jista’ jgħid saritx talba minn din l-istess persuna għall-ħlas tal-imsemmija somma? Jista’ jgħid jekk it-talba għall-ħlas ġietx onorata mill-Enemalta? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntrattt, issa terminat, li kien iffirmat bejn dan l-individwu u l-Enemalta?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt mgħarraf li l-kuntratt imsemmi ma kellux fih klawżola ta’ ħlas ta’ somma f’każ li l-kuntratt ikun terminat qabel iż-żmien. Il-kuntratt imsemmi tfassal fuq l-istess linji, b’termini simili għal dawk użati mill-Kumpanija fil-passat. Mhijiex prassi tal-Kumpanija Enemalta plc li tagħti dettalji dwar kuntratti partikolari, kemm dawk kurrenti, dawk mogħtija riċentament, kif ukoll dawk mogħtija fil-passat. Dan minħabba li t-tagħrif huma kummerċjalment sensittiv.

Pulizija stazzjonati f’kull distrett

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-total ta' pulizija stazzjonati fid-distretti, distrett b'distrett, fl-aħħar ta’ Settembru 2015? Jista’ jgħid kemm ġie stabbilit li għandu jkun l-complement ta’ pulizija f'kull distrett, distrett b'distrett? Jista’ jgħid liema huma d-distretti tal-Pulizija li bħalisssa ma għandhomx stazzjonati fihom l-full complement kif stabbilit mill-korp stess u jgħid, distrett b'distrett, kemm allura hemm inqas mill-complement stabbilit bħalissa f'kull distrett?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.