B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20514, jista’ l-Ministru jgħid jekk bil-miżura li ddaħħlet fil-Budget 2016 it-tnaqqis minn 25% għall-15% fuq l-extra duty għandhiex capping? Jista’ jgħid ukoll jekk din il-miżura tapplikax għal kwalunkwe extra duty hu x’inhu?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li il-miżura li ddaħħlet fil-Budget 2016 it-tnaqqis minn 25% għall-15% fuq l-extra duty għandha capping ta’ Euros 10,000 skond Legislazzjoni Sussidjarja 123.39 ta’ 1 ta’ Jannar 1996 dwar Regoli ta’ Mpjieg Part Time . Din il-miżura tapplika għal kull extra duty li tinħadem.
B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 20441 u 20759, jista’ l-Ministru jgħid min kien l-aġent involut mal-kumpanija u kemm tħallas għas-servizzi tiegħu?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aġent involut mal-kumpanija kien James Scott & Co Ltd u dan tħallas € 13, 446.72.
Korp tal-Pulizija — membri li jaħdmu fil-garaxx tal-pulizija
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17678 u 20448, u jgħid kemm hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li jaħdmu fil-garaxx tal-pulizija skont ir-rank tagħhom? Jista’ jgħid kemm inħadmu sigħat ta’ overtime bejn Jannar 2014 u Awwissu 2015 fil-garaxx tal-pulizija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li sa 2 ta’ Novembru 2015 fl-MT Garage tal-Pulizija hemm stazzjonati tmienja u ħamsin (58) membru tal-Korp. Dawn huma kif jidher fit tabella li qed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra. In-numru ta siegħat maħduma f’overtime kien kif jidher fl-istess tabella.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20451, jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-kumpaniji, dealers jew aġenti li nxtraw mingħandhom il-makkinarju, apparat jew armi għall-Rapid Intervention Unit (RIU)?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-kumpaniji li mingħandhom inxtraw il-makkinarju, apparat jew armi għall-Rapid Intervention Unit (RIU) kienu dawk elenkati hawm taħt:
1. Quantum Engineering Supplies Ltd
2. Field Sports Ltd
3. Auto Sales Ltd
4. Phoenix Group, u
5. Messers Charles Ellul
Valletta Summit on Migration u ċ-CHOGM – suits għal AFM u l-pulizija
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-membri tal-AFM li ser ikunu qed jagħtu sehemhom waqt il-Valletta Summit kif ukoll waqt iċ-CHOGM ser jingħataw żewġ suits għal dawk il-ġranet? Jista' jgħid jekk il-Pulizija hux ser jingħataw l-istess trattament, jiġifieri jekk hux ser jingħataw suits għall-istess attivitajiet? Jista' jikkonferma jekk il-kumpanija li ġiet inkarigata biex tissuplixxi dawn is-suits hijiex il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament? Jista' jgħid jekk din il-kumpanija ngħatatx dan l-inkarigu permezz ta' direct order jew jekk hux permezz ta' tender? Jekk ingħata permezz ta' tender jista' jgħid f'liema ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta ġiet ippublikata? Jista' jgħid kemm hu stmat li dawn is-suits ser jiġu jiswew?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jinsab infurmat ħażin.
Jista' l-Ministru jgħid meta rriżenjaw l-ispetturi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament mill-Korp tal-Pulizija? Jista' jgħid jekk dawn iż-żewġ spetturi ħallsux ir-reimbursement tal-kors universitarju li kienu għamlu meta kienu membri tal-Korp? Jista' jgħid kemm ħallsu individwalment għal dan il-kors? Jista' jgħid kemm kellhom servizz dawn l-ispetturi meta rriżenjaw mill-Korp?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-ewwl spettur msemmi rriżenjat mill-Korp fis-7 t'Awwissu 2015 filwaqt li t-tieni spettur msemmi rriżenjat b’effett mit-3 ta' Settembru 2015. It-tnejn kellhom kważi erba’ snin servizz nieqes xi ftit gimgħat. Huma ħallsu l-penali pro-rata relatata mal-kors li kienu għamlu l-Universita' li kien iwassal għal Diploma in Policing. Huma ħallsu €553.39c u €533.55c rispettivament.
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk hux minnu li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ġietx impjegata fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru? Jista' jgħid x'inhi n-nomenklatura tal-impjieg tagħha? Jista' jgħid f'liema skala taċ-ċivil ġiet impjegata? Jista' jgħid jekk kienx hemm sejħa pubblika għal dan l-impjieg jew jekk din hijiex position of trust? Jista' jgħid meta ġiet ippubblikata din is-sejħa pubblika fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament applikat u intgħażlet fuq sejħa għall-applikazzjonijiet miftuha għall-uffiċjali pubblici kollha u allura mhix position of trust. Is-sejha ħarġet permezz ta’ cirkulari fit-13 ta’ Marzu 2015 mas-servizz pubbliku kollu kif joħorgu s-sejhiet interni. Il-grad jġorr skala 7. Il-pożizzjoni kienet vakanti.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – ingaġġ ta’ persuna
Question
Tista' l-Ministru tikkonferma jekk hux minnu li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ġietx impjegata fi ħdan il-Ministeru tagħha jew f'xi dekasteru li hi responsabbli minnu? Tista’tgħid x'inhi n-nomenklatura tal-impjiegtagħha? Tista' tgħid f'liema skala taċ-ċivil ġiet impjegata? Tista' tgħid jekk kienx hemm sejħa pubblika għal dan l-impjieg jew jekk din hijiex position of trust? Tista' tgħid meta ġiet ippubblikata din is-sejħa pubblika fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta?
Response (DALLI, HELENA)
Nikkonferma li l-persuna li d-dettalji dwarha ġew mgħoddija separatament, ġiet maħtura Senior Manager (Contracts Compliance) mal-Ministeru ghad-Djalogu Socjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Civili u hi assenjata f’Dipartiment li jaqa’ taħt dan il-Ministeru. Dan wara proċess tal-għażla wara sejħa għall-applikazzjonijiet interna fis-Servizz Pubbliku (service-wide mhux pubblika) data ta’ 20/04/2015 biex timtela din il-vakanza (Cirkulari tal-MSDC 9/2015). Għalhekk din mhijiex position of trust. Il-pożizzjoni hija marbuta ma’ Skala 6.
Identity Malta – extra duty mill-korp tal-pulizija
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-Pulizija qed jagħmlu extra duty mal-bini u l-uffiċini ta' Identity Malta li jinsab ġewwa Evans Building? Jista' jikkonferma jekk hux minnu li l-konsulent tal-Korp tal-Pulizija, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, tax il-parir / ordni biex dawn il-pulizija ma jibqgħux jitħallsu mill-Korp imma jibdew jitħallsu minn Identiy Malta?
Jista' jgħid jekk hux minnu li l-Korp tal-Pulizija ħareġ kont lil Identity Malta għal dan l-extra duty li nħadem mill-pulizija mill-Għassa tal-Belt Valletta? Jista' jgħid jekk hux minnu li Identity Malta qed tirrifjuta li tħallas dan il-kont pendenti ta' extra duty li ħadmu l-pulizija? Jista' jgħid jekk il-Pulizija tħallsux għal-extra duty li ħadmu ma' Identity Malta sal-aħħar ta' Ottubru 2015? Jista' jgħid għalkemm jammonta dan l-extra duty li nħadem mill-Pulizija ma' Identity Malta li għadu ma tħallasx la mill-Korp tal-Pulizija u lanqas minn Identity Malta? Jekk għadhom ma tħallsux, jista' jgħid meta ser jitħallsu l-pulizija għax-xogħol li ħadmu ma' Identity Malta?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li filwaqt li parti mill-extra duty ġiet solvuta qed isiru diskussjonijiet fuq il-kumplament.
B'referenza għall-mistoqsija għall-mistoqsija parlamenatri 20441, jista' l-Ministru jgħid minn kien l-aġent involut mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u kemm tħallas għas-servizzi tiegħu?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant ma għandi xejn xi nżid mar-risposta li ngħatat għal mistoqsija parlamentari 20441 għaliex il-kumpanija msemmija huma ship agents.
B'referenza għall-miżura li ddaħħlet fil-baġit għas-sena 2016, jista' l-Ministru jgħid jekk it-tnaqqis minn 25% għall-15% fuq l-extra duty għandhiex capping? Jista' jgħid jekk hux il-ħidma kollha li ssir on extra duty mill-pulizija hux se tkun intaxxata bir-rata ta' 15% fuq id-dħul kollhu li jkun hemm permezz tal-extra duty?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proposta tal-Gvern hija li l-extra duty ikun intaxxat separatament u b’rata ta’ taxxa ta’ 15%.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu visas lil-ċittadini Russi fis-sena, sena b’sena fl-2011, 2012, 2013, 2014 u mill-1 ta’ Jannar 2015 sat-30 ta’ Settembru 2015?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi in-numru ta' viżi maħruġa lil ċittadini Russi fis-snin 2011, 2012, 2013, 2014 u mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Settembru 2015 huwa kif muri hawn taħt:
Sena
Numru
2011
18,315
2012
22,877
2013
23,755
2014
16,658
2015
9,298
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu visas lil-ċittadini Ċiniżi fis-sena, sena b’sena fl-2011, 2012, 2013, 2014 u mill-1 ta’ Jannar 2015 sat-30 ta’ Settembru 2015?
Response (VELLA, GEORGE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta' viżi maħruġa lil ċittadini Ċiniżi fis-snin 2011, 2012, 2013, 2014 u mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Settembru 2015 huwa kif muri hawn taħt:
Sena
Numru
2011
1186
2012
1542
2013
1570
2014
2655
2015
3381
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 19674 u 17683, jista' l-Ministru jgħid meta ser ipoġġi r-rapport tar-regolatur fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapport li qiegħed jagħmel referenza għalih tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn 26 ta’ Ottubru 2015 f’seduta numru 314.
Korp tal-Pulizija — membri li jaħdmu fil-garaxx tal-pulizija
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 17678, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li jaħdmu fil-garaxx tal-Pulizija skont ir-rank tagħhom? Jista' jgħid kemm inħadmu sigħat ta' overtime bejn Jannar 2014 u Awwissu 2015 fil-garaxx tal-pulizija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 17677, jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw fi flus l-ispare parts li nxtraw b'kollox mill-garaxx tal-pulizija bejn Marzu 2013 sa Ġunju 2015? Jista' jgħid jekk dawn inxtrawx wara sejħa għall-offerti jew b'direct order? Jista' jgħid min kienu l-aġenti, kumpaniji, individwi li nxtraw minn għandhom dawn l-ispare parts?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-proċedura li bħalissa tintuża biex jinxtraw il-parts mingħand aġenti lokali hi li l-uffiċjal inkarigat mit-taqsima kull tlett xhur jew sitt xhur skond il-bżonn, joħroġ talba għal parts li l-aktar jkunu meħtieġa għal vetturi użati mill-Pulizija. Meta il-quotations jintbagħtu tintgħażel l-aktar offerta vantaġjuza minn dawn l-aġenti f’dak li hu prezz u kwalita, biex jinxtraw il-parts. Il-parts jinxtraw skond il-ħtiġijiet u l-korp m'għandu l'ebda kuntratt ma xi aġent/importatur ta’ parts partikolari.
L-ammonti fi flus ta' spare parts li nxtraw mill-garaxx tal-Pulizija kienu :
Marzu - Dicembru 2013: 307,107 Ewro mingħand 168 supplier differenti
Jannar - Dicembru 2014: 330,122 Ewro mingħand 179 supplier differenti
Jannar - Gunju 2015: 110,427 Ewro mingħand 104 supplier differenti
Dettalji ta' dawn is-suppliers , kumpaniji u individwi jidhru fit-tabella li qed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 17450, 13118, 12726 u 4925, jista' l-Ministru jagħti data preċiża meta se jitlesta l-bus shelter tal-venda ta' Birkirkara li hemm ħdejn il-BOV?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Transport Malta qieghda tinsisti ma’ l-entita’ privata responsabbli mill-installazzjoni u l-manutenzjoni ta’ dawn il-bus shelters sabiex tiffinalizza l-installazzjonijiet tal- Bus shelters imsemmija mill-iqsar żmien possibli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtara apparat u makkinarju għall-iskwadra/branka tal-RIU bejn Marzu 2013 u Settembru 2015? Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq dan l-apparat u makkinarju li nxtara? Jista' jgħid mingħand liema kumpanija, aġent jew dealer inxtara dan il-makkinarju jew apparat? Jista' jgħid jekk dawn inxtrawx permezz ta' direct order jew jekk inxtrawx permezz ta' tender?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant ninsab infurmat li peress li l-apparat u makkinarju li jinxtara minn żmien għal żmien minn taqsima speċjalizzata bħalma hi ir-‘Rapid Intervention Unit’ hu ta’ natura sensittiva għax jimpinġi fuq is-sigurta’ pubblika, l-Onor Interpellant japprezza li ċerti dettaljati tal-apparat/makkinarju nnifsu ma jistax ikunu żvelati. Wieħed iżda jista’ jikkwantikfika li l-apparat li nxtara fil-perjodu mitlub jammonta għas-somma ta’ €131,996.56. Tmintax-il arma tan-nar inxtraw b’direct order filwaqt li l-kumplament tal-apparat/makkinarju inxtara permezz ta’ direct order wara li nġabru l-kwotazzjonijiet.
Konsulat ta’ Malta fl-Alġerija – applikazzjonijiet għal visas
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19903, jista’ l-Ministru jgħid kemm, inħarġu visas mill-Konsolat Malti fl-Alġerija fil-perjodu Marzu 2014 sa Settembru 2015 xahar b’xahar?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' Viżi li ħarġu xahar b'xahar bejn Marzu 2014 u Settembru 2015 mill-Konsolat ta' Malta fl-Alġerija huwa kif indikat hawn taħt.
Qiegħed nagħti wkoll il-figuri ta' kemm saru applikazzjonijiet biex wieħed jikkalkula kemm minnhom ġew rifjutati - prova ta' kemm qiegħed isir skrutinju bis-serjeta'.
Sena 2014
Total ta applikazzjonijiet milqugha fil konsulat kull xahar
Vizi Mahrugin
Marzu
164
127
April
603
491
Mejju
832
347
Gunju
481
161
Lulju
786
482
Awwissu
793
446
Settembru
849
377
Ottubru
568
243
Novembru
648
289
Dicembru
956
444
Total għas sena 2014
6680
3407
Sena 2015
Total ta applikazzjonijiet milqugha fil konsulat kull xahar
Vizi Mahrugin
Jannar
654
325
Frar
768
356
Marzu
667
290
April
1077
529
Mejju
763
254
Gunju
830
351
Lulju
785
336
Awwissu
1272
582
Settembru
1079
351
Total għas sena 2015
7960
3374