Legislature:
Category:
Reset
Active:

Korp tal-Pulizija – Kuntratt tal-breathalyzers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux vera li l-kuntratt li l-Korp tal-Pulizija kellu rigward il-breathalyzers skada? Jista’ jgħid jekk hux minnu li bħalissa m’hemmx breathalyzers fl-għases madwar Malta u Għawdex? Jista’ jgħid jekk hux minnu li bħalissa min jinqabad taħt l-influwenza tax-xorb alkoħoliku, il-pulizija m’għandhiex breathalyzers biex isiru t-tests skont il-liġi? Jista’ jikkonferma li ftit tal-ġranet ilu, inqabdet persuna taħt l-influwenza tax-xorb u l-pulizija mill-għassa tal-Qawra ma kellhiex breathalyzers biex tagħmel it-test lis-sewwieq tal-karozza?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #21547 Sitting 339 2015-12-14 Oral · Final From: BEPPE FENECH ADAMI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Xogħol ta’ kostruzzjoni fil-bini tal-MEPA

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 21228, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hux minnu li f’dawn l-aħħar ġranet qed isir xogħol mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li qed taħdem bħala sub contractor tal-kumpanija li d-dettalji dwarha ukoll qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol li qed jinħadem minn din l-istess kumpanija, ingħatax permezz ta’ tender jew jekk ingħatax permezz ta’ direct order? Kemm se jiġi jiswa dan ix-xogħol li qed jinħadem minn din l-istess kumpanija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Minn informazzjoni mogħtija lili mill- Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, il-kumpaniji li d-dettalji tagħhom ingħataw b’mod separat, ma ingħataw ebda xogħol mill-istess Awtorita b’rabta ma’xogħlijiet li qed issiru fil-bini tagħha sabiex tigi complaint mal-obbligi ta’ direttivi relatati ma’effiċjenza f’bini pubbliku.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – priġunieri ta’ sess femminil

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm detenuti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin ta’ sess femminil sad-data li qed issir din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid x’persentaġġ tal-popolazzjoni kollha fil-ħabs jirrappreżenta dan l-ammont? Jista’ jgħid kemm minn dawn id-detenuti femminili li preżentament qegħdin fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin qegħdin jiskontaw sentenza ta’ ħabs deċiża mill-Qorti u kemm minnhom għadhom għaddejjin bi proċeduri l-Qorti u qegħdin miżmuma taħt arrest preventiv? Jista’ jipprovdi l-etajiet tal-priġunieri nisa li preżentament qegħdin fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin? Jista’ jgħid kemm kien hemm nisa li mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-ġurnata li qed issir din il-mistoqsija skontaw is-sentenza tal-ħabs tagħhom u ħarġu mill-istess ħabs? Jista’ jgħid kemm min-nisa preżentament detenuti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin huma mistennija li jkunu skontaw is-sentenza tal-ħabs tagħhom sal-aħħar ta’ Diċembru 2016?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin kien hemm erbgħin (40) detenuti ta’ sess femminil sal-lum. Dan l-ammont jirrappre¿enta 7% tal-popolazzjoni kollha fil-ħabs. Tmienja u għoxrin (28) minn dawn id-detenuti femminili qegħdin jiskontaw sentenza ta’ ħabs deċiza mill-Qorti u t-tnax (12) l-oħra qegħdin mizmuma taħt arrest preventiv. Id-dettalji dwar l-etajiet qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra. Mill-1 ta’ Jannar sal-lum, sebgħa u għoxrin (27) mara skontaw is-sentenza tal-ħabs tagħhom u ħarġu mill-istess ħabs. Ħdax (11) minn dawn in-nisa prezentament detenuti fil-Faċilita’ Korretiva ta’ Kordin huma mistennija li jkunu skontaw is-sentenza tal-ħabs tagħhom sal-aħħar ta’ Diċembru 2016.

Gaming Industry – personal advisor

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21514 u jgħid jekk hux minnu li dak li kien il-Communications Coordinator tas-Segretarju Parlamentari u ċjoè l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, irreżenjax mill-pożizzjoni tiegħu? Jista’ jgħid jekk hux minnu li wara din ir-riżenja, l-individwu ġie maħtur bħala Personal Advisor tas-Segretarju Parlamentari fuq il-Gaming Industry? Jista’ jgħid meta nħatar f’din il-pożizzjoni? Jista’ jgħid jekk din il-ħatra hijiex fuq bażi full-time jew part-time? Jista’ jgħid x’inhu l-pakkett finanzjarju li qed jingħata għal din il-pożizzjoni u x’perkaċċi oħra għandu?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’seduta oħra.

CHOGM – membri tal-Forzi Armati ta’ Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti l-kolazzjon u l-ikel li ngħata lill-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta filgħodu, f’nofsinhar u filgħaxija waqt li kienu fuq il-ħidma tagħhom fil-ġranet taċ-CHOGM?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Korp tal-Pulizija – Individwu boarded out

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta l-individwu lid-dettalji dwaru qed jingħataw separatament applika biex jiġi boarded out mill-Korp tal-Pulizija? Jista’ jgħid meta ġie boarded out mill-Korp tal-Pulizija? Jista jgħid jekk jirriżultalux li l-persuni li qegħdin fuq il-bord biex jiġġudikaw jekk l-individwu għandux jiġi boarded out, għandhomx parentela mal-istess individwu msemmi?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-persuna li saret referenza għalija mill-Onorevoli Interpellant ħarġet bis-sick leave fid-19 ta’ Awwissu 2015 u ġie ‘boarded out’ mill-Medical Board maħtur mid-Dipartiment tas-Saħħa fl-24 ta’ Novembru 2015. Peress li l-Medical Board m’huwiex regolat mill-Korp tal-Pulizija u lanqas minn dan il-Ministeru, nitlob lill-Onorevoli sabiex l-aħħar parti tal-mistoqsija tiegħu jagħmilha lill-ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, ġie impjegat mal-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali bħala konsulent tal-komunikazzjoni? Jista’ jgħid jekk din hijiex position of trust? Jista’ jgħid jekk dan hux impjieg full-time? Jista’ jgħid f’liema skala taċ-ċivil hu impjegat dan l-individwu? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li għandu dan l-individwu?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament, ġie mpjegat bħala person of trust part-time mal-Ministeru għall-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali fis-16 ta’ Ġunju 2015 fl-iskala taċ-ċivil 7.

Sptar Mater Dei – investigazzjoni dwar priġunier li miet

Question

B’referenza għall-istqarrija li ħarġet fis-26 ta’ Ottubru 2015, jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet tal-pulizija rigward il-priġunier li ttieħed l-isptar u li sussegwentement kien miet fl-Isptar Mater Dei? Jista’ jgħid x’irriżulta li kienet il-kawża tal-mewt mill-awtopsja li saret fuq il-katavru ta’ dan il-priġunier?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi dwar il-kaz ta’ priġunier li ttieħed l-isptar u li sussegwentement miet fl-Isptar Mater Dei fis-26 ta’ Ottubru, 2015, l-inkjesta għadha mhux magħluqa.

CHOGM – AFM – kwalità ta’ ikel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk iħossux komdu u jekk jaqbilx mal-kummenti li għadda fuq il-paġna ta’ Facebook, l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, fil-konfront tas-suldati li lmentaw dwar kif ġew ittrattati waqt iċ-CHOGM u l-Valletta Summit b’mod partikolari dwar il-kwalità ta’ ikel li ngħataw? Jista’ jgħid huwiex se jieħu l-parir li tah il-konsulent tiegħu li dawn is-suldati li lmentaw dwar il-kwalità ta’ ikel li ngħataw waqt iċ-CHOGM għandhom jiġu identifikati sabiex “iħallihom id-dar komdi biex il-mummy tlestilhom il-bacon and eggs bit-toast filgħodu bil-platt sħun”? Jista’ jgħid jekk il-pożizzjoni tal-individwu msemmi għadhiex tenibbli wara l-kummenti li għamel fuq Facebook tenut kont li l-Ministru huwa l-Ministru responsabbli mill-Armata u huwa dover tiegħu li jiddefendi lis-suldati fl-Armata ta’ Malta minn kliem dispreġjativ li jnaqqas ir-rispett lejn l-istess armata?

Response (ABELA, CARMELO)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li kwalunkwe kumment li sar mill-individwu fuq il-paġna tal-Facebook tiegħu saru fil-kapaċita personali tiegħu bħala ċittadin privat u ma jirriflettux il-pozizzjoni tal-Ministeru.

Gaming Industry – personal advisor

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li dak li kien l-Communications Coordinator tas-Segretarju Parlamentari u ċjoè l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, irreżenjax mill-pożizzjoni tiegħu? Jista’ jgħid jekk hux minnu li wara din ir-riżenja, l-individwu ġie maħtur bħala Personal Advisor tas-Segretarju Parlamentari fuq il-Gaming Industry? Jista’ jgħid meta nħatar f’din il-pożizzjoni? Jista’ jgħid jekk din il-ħatra hijiex fuq bażi full-time jew part-time? Jista’ jgħid x’inhu l-pakkett finanzjarju li qed jingħata għal din il-pożizzjoni u x’perkaċċi oħra għandu?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Paceville – Pulizija tal-ALE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il siegħa ħadmu ġewwa Paceville l-Pulizija tal-ALE bejn l-1 ta’ Jannar 2015 u t-23 ta’ Novembru 2015 biex jinfurzaw il-liġi kontra t-tipjip fl-istabbilimenti tal-istess lokalità? Jista’ jgħid kemm inqabdu nies ipejpu ġewwa l-istabbilimenti ġewwa Paceville mill-istess skwadra fl-istess żmien imsemmi hawn fuq? Jista’ jgħid kemm inqabdu nies taħt l-età permess bil-liġi fl-istabbilimenti ġewwa Paceville mill-istess skwadra fl-istess żmien imsemmi hawn fuq? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-returns li għandhom il-pulizija fuq iż-żewġ talbiet imsemmija hawn fuq?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hija r-responsabbilità ta’ kull Pulizija li jara li l-liġi tiġi nfurzata. Ninsab infurmat li s-siegħat maħduma minn membri tat-Taqsima tal-ALE bejn Jannar 2015 u t-23 ta’ Novembru 2015 kien ta’ 64 siegħa. F’dan il-perjodu l-istess taqsima qabdu 126 persuna jpejpu ġewwa stabbilimenti. Infurmat ukoll li kienu żewġ persuni taħt l-eta’ permessa bil-liġi nqabdu fl-istabbilimenti ġewwa Paceville.

Identity Malta — CEO

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk is-CEO ta’ Identity Malta huwiex l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid kemm hu s-salarju li qed jitħallas dan l-individwu bħala CEO? Jista’ jgħid jekk hemmx kuntratt definit jew indefinit għall-pożizzjoni ta’ CEO li qed jokkupa dan l-individwu? Jista’ jgħid għall-kemm żmien hu validu l-kuntratt tas-CEO preżenti ta’ Identity Malta u meta jiskadi? Jista’ jpoġġi kopja tal-kuntratt tas-CEO ta’ Identity Malta fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ABELA, CARMELO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant ghal mistoqsija parlamentari 16648.

Korp tal-Pulizija – bord tal-inġustizzji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ġie ffurmat il-bord hekk imsejjaħ tal-inġustizzji fi ħdan il-Korp tal-Pulizija? Jista’ jgħid min huma l-membri li hemm fuq dan il-bord? Jista’ jgħid x’inhuma l-poteri li għandu dan il-bord u lil min jirraporta? Jista’ jgħid kemm-il każ ra u ddeċieda dan il-bord? Jista’ jgħid x’kienu r-rimedji li ppropona dan il-bord? Jista’ jgħid kemm-il proposta ta’ rimedju ta’ dan il-bord ġiet milqugħa u min ħa jiddeċiedi fuq dak li jiddeċiedi dan il-bord?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma jeżistix board tal-inġustizzji fi ħdan il-Korp tal-Pulizija.

Korp tal-Pulizija — konsulent

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-konsulent tal-Korp tal-Pulizija li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, għadu qed juża l-karozza tal-korp tal-pulizija? Jista’ jgħid jekk l-istess individwu għadux qed juża pulizija bħala xufier tiegħu biex isuq l-istess karozza tal-korp? Jista’ jikkonferma jekk dan l-individwu għadux qed juża l-istess uffiċċju li kien juża bħala Deputat Kummissarju fid-Depot tal-Pulizija? Jsita’ jgħid jekk hux minnu li l-konsulent tal-korp, li llum hu pensjonant u għalhekk hu persuna pajżana, għadux jagħti l-ordnijiet lir-ranks kollha fejn jidħol l-operat tal-korp inkluż dawk ta’ sigurtà tal-pajjiż?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-konsulent tal-Korp tal-Pulizija huwa ntitolat, skont il-ftehim tal-impieg tiegħu, sabiex juża karozza tal-Korp. Ix-xufier jintuża biss meta l-konsulent ikun fuq xogħol uffiċjali. Ninfurmah ukoll li l-konsulent ġie allokat użu f’uffiċċju u l-ordinijiet fil-Korp fil-fatt jingħataw mill-Kummissarju u minn fizzjali rispettiv.
Leg 12 PQ #21228 Sitting 335 2015-12-01 Oral · Final From: BEPPE FENECH ADAMI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Xogħol ta’ kostruzzjoni fil-bini tal-MEPA

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’tip ta’ xogħol ta’ kostruzzjoni qed isir fil-bini u l-area tal-MEPA fil-Floriana f’dawn l-aħħar ġranet mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid jekk hemmx il-permessi neċessarji maħruġa mill-istess MEPA? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn il-permessi? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol li qed jinħadem minn din l-istess kumpanija, ingħatax permezz ta’ tender jew jekk ingħatax permezz ta’ direct order? Jista’ jgħid kemm ser jiġi jiswa dan ix-xogħol li qed jinħadem minn din l-istess kumpanija msemmija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt nfurmat mill-Awtorita’ tal-Ambjent u l-Ippjanar li l-istess Awtorita qed tagħmel xogħolijiet fil-bini tagħha sabiex tigi compliant ma’ l-obbligi ta direttivi relatati ma’ effiċjenza f’bini pubbliku. Ix-xogħlijiet huma kollha koperti bil-permessi neċessarji fejn dan huwa mehtieg. Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja ta’ dawn il-permessi. Mill-informazzjoni mogħtija lili mill-Awtorita tal-Ambjent u l-Ippjanar, jirrizulta li l-kumpanija li d-dettalji tagħha ingħataw b’mod separat , ma ingħatat ebda xogħol b’rabta ma dawn ix-xogħlijiet.

Korp tal-Pulizija — membri li jaħdmu fil-garaxx tal-pulizija

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20785, jista’ l-Ministru jgħid x’kienet in-natura tax-xogħol li nħadem waqt dawn is-sigħat ta’ overtime?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li n-natura tax-xogħol li nħadem waqt dawn is-sigħat f'overtime kien ivarja f'tiswijiet ġenerali ta' uffiċċini, għases, l-Akkademja, il-Lock-up, kumplessi u postijiet oħra użati minn membri tal-Korp kif ukoll xogħol fuq għamara, sodod għall-immigranti llegali, airconditioning units, aperturi u xogħol ta' kisi u tibjid u istallazzjoni ta' elettriku fl-istess postijiet. Sar xogħol ukoll mit-Taqsima tar-Radios fuq digital networks madwar Malta, ipprogrammar ta' radios u istallar ta' antenni tar-radios. Xogħol ieħor sar fuq vetturi tal-Korp bħal panel beating u spraying. Dan ix-xogħol kollu intensifika aktar minħabba impennji importanti bħal Valletta Summit u ċ-CHOGM’

Korp tal-Pulizija — konsulent

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex konsulent tiegħu u/jew tal-Korp tal Pulizija? Jekk fl-affermattiv jista’ l-Ministru jinforma lill-Parlament jekk dan l-individwu hux qiegħed jitħallas ta’ xogħolu, jekk iva kemm qed jitħallas u jekk għandux kuntratt bħala konsulent jew xi kuntratt ieħor mal-Ministeru u jew il-Korp tal-Pulizija? Jista’ jinforma lil dan il-Parlament jekk l-individwu hawn fuq indikat jew xi kumpanija tiegħu pprovdewx xi tagħmir lill-Korp tal-Pulizija minn Marzu 2013 sal-lum u jekk iva x’kien it-tagħmir, kemm tħallas għal dan it-tagħmir u jekk dan ix-xiri sarx b’direct order?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-persuna indikata fl-Interpellanza m'għandu l-ebda kuntratt ta' konsulenza jew pagamenti mal-Korp tal-Pulizija. Infurmat ukoll li l-Korp xtara dawn l-affarijiet mill-Kumpanija li hu jipprappre¿enta: 1. ResQme Survival Kits' - €11,700 (wara li kien hemm approvazzjoni għal 'direct order' mill-Ministeru tal-Finanzi); 2. High Visibility Vests' - €4,600 ('direct order') 3. Manetti u taħriġ - €13,518 (wara li kien hemm approvazzjoni mill-Ministeru tal-Finanzi wara li nġiebu l-'quotations') Hemm ordni ta' 'high visibility vests' li tammonta għal €3,364 minghand il-kumpanija tal-persuna ndikata u dan sar minħabba raġunijiet ta' uniformita'.

Vetturi tal-Pulizija — VRT

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19948, jista’ l-Ministru jgħid kemm saru testijiet tal-VRT fuq il-vetturi ta’ kull sezzjoni tal-Korp tal-Pulizija mill-1 ta’ Marzu 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013, mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2014 u mill-1 ta’ Jannar 2015 sat-30 ta’ Settembru 2015? Jista’ jgħid għand min saru dawn it-testijiet tal-VRT? Jista’ jgħid kemm ħallas il-Korp tal-Pulizija għal dawn it-testijiet? Jista’ jgħid saritx sejħa għal dawn it-testijiet jew jekk ingħatatx b’direct order? Jista’ jgħid kemm, f’kull perjodu hawn indikat kemm kien hemm vetturi li weħlu mit-test tal-VRT u kemm għaddew?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal-mistoqsija parlamentari 20442.

Birkirkara – bus shelter fil-venda

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20450, jista’ l-Ministru jgħid min hi l-entità privata responsabbli mill-installazzjoni u l-manutenzjoni ta’ dawn il-bus shelters sabiex tiffinalizza l-installazzjonijiet tal-bus shelters imsemmija fl-iqsar żmien possibli?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żewġ bus shelters imsemmija ġew installati fil-ġimgħat li għaddew.

Identity Malta – extra duty mill-korp tal-pulizija

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20758, jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet u jekk il-Pulizija in kwistjoni tħallsux tal-extra duty li ħadmu?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-kwistjoni tal-extra duty relatata mat-tweġiba tal-mistoqsija 20758, kienet solvuta u dak dovut ser jitħallas mas-salarju ta’ Jannar 2016.