Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — fuel għall-karozza
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa fi fuel għall-karozza uffiċċju tiegħu bħala Ministru kif ukoll għas-second car tiegħu matul l-2015, xahar b'xahar?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — grievence unit/board - membri
Question
Jista' l-Ministru jgħid minn min hu ffurmat il-greviences unit/board li hemm fi ħdan il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid min huma l-membri li hemm fi ħdan dan il-unit/board? Jista' jgħid kemm ilu li twaqqaf dan il-unit/board? Jista' jgħid x'poteri għandu dan il-unit/board u lil min jirrapporta? Jista' jgħid x'deċiżjonijiet ħa s'issa dan il-unit/board u x'kienu r-rimedji li ttieħdu s'issa?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika għall-liema bord qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk din is-sena bediex jitħaddem il-programm iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea magħruf bħala FEAD (Fund for European Aid to the most Deprived)? Jekk iva, jista' jgħid meta beda jitħaddem (data preċiża)? Jista' jgħid fejn se jingħata ikel lil dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà? Jekk dan il-programm għadu ma bediex jitħaddem u n-nies għadhom qed jistennew, jista' jagħti data u jikkommetti ruħu meta se jibda jitqassam l-ikel tant mistenni minn nies vulnerabbli?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tqassim tal-ikel taħt il-programm FEAD li hu ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea ser isir għall-ewwel darba fil-ġimgħa li tibda mit-18 ta’ Jannar 2016.
F’dan ir-rigward, niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li dawk kollha eliġibbli li jirċievu dan l-ikel taħt il-programm FEAD diġa ġew informati permezz ta’ ittra li għandhom jiġbru dan l-ikel matul il-ġimgħa msemmija hawn fuq.
It-tqassim ta’ dan l-ikel ser isir minn sbatax il-ċentru ta’ distribuzzjoni mifruxin madwar Malta u Għawdex.
B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 21547 u 21228, jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma l-kuntratturi tal-kostruzzjoni li qed jaħdmu u jagħmlu xogħol għall-Awtorità tal-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol li qed jinħadem minn din l-istess kumpanija/i, ingħatax permezz ta’ tender jew jekk ingħatax permezz ta’ direct order? Kemm se jiġi jiswa dan ix-xogħol li qed jinħadem minn din l-istess kumpanija?
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21546 u jgħid jekk hux minnu li l-kuntratt li l-Korp tal-Pulizija kellu rigward il-breathalyzers skada? Jista’ jgħid jekk hux minnu li bħalissa m’hemmx apparat tal-breathalyzers fl-għases madwar Malta u Għawdex? Jista’ jgħid jekk hux minnu li bħalissa min jinqabad taħt l-influwenza tax-xorb alkoħoliku, il-pulizija m’għandhiex breathalyzers biex isiru t-testijiet skont il-liġi? Jista’ jikkonferma li ftit tal-ġimgħat ilu, inqabdet persuna taħt l-influwenza tax-xorb u l-pulizija mill-għassa tal-Qawra ma kellhiex breathalyzers biex tagħmel it-test lis-sewwieq tal-karozza?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi il-kuntratt ta’ kalibrar u manutenzjoni tal-breathalyzers unit li normalment kienu jintużaw mill-Pulizija skada. Minflok dawn il-breathalyzers il-Korp għandu units oħra. Dawn diġa’ qed jiġu wzati. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija jista’ jagħti l-kaz li ġara hekk minħabba li kien zmien ta’ transizzjoni.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21613 u 21514 u jgħid jekk hux minnu li dak li kien il-Communications Coordinator tas-Segretarju Parlamentari u ċjoè l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, irriżenjax mill-pożizzjoni tiegħu? Jista’ jgħid jekk hux minnu li wara din ir-riżenja l-individwu ġie maħtur bħala Personal Advisor tas-Segretarju Parlamentari fuq il-Gaming Industry? Jista’ jgħid meta nħatar f’din il-pożizzjoni? Jista’ jgħid jekk din il-ħatra hijiex fuq bażi full-time jew part-time? Jista’ jgħid x’inhu l-pakkett finanzjarju li qed jingħata għal din il-pożizzjoni u x’perkaċċi oħra għandu?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu kkonċernat huwa konsulent tas-Segretarju Parlamentari.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — impjegat
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk huwiex minnu li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kienx impjegat fi ħdan il-Ministeru tagħha bħala uffiċjal tal-customer care? Tista’ tgħid meta dan l-individwu spiċċa minn din il-kariga?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta hija fl-affermattiv u l-persuna msemmija kienet impjegata sa Frar 2015.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ġiex impjegat mal-Ministeru tiegħu jew f’wieħed mid-dekasteri tiegħu bħala Chief Officer HR and Change Management? Jista’ jgħid meta ġie maħtur f’din il-kariga u f’liema skala tal-gvern hi din il-kariga? Jista’ jgħid jekk din il-kariga hijiex bħala position of trust? Jekk mhux bħala position of trust, jista’ jgħid meta ħarġet is-sejħa pubblika u f’liema gazzetta tal-gvern (data preċiża) kienet ippublikata? Jista’ jpoġġi kopja tal-ittra tal-ħatra fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija tokkupa l-kariga ta' Chief Officer HR and Change Management. Din il-pożizzjoni hija fi skala 3.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament hux impjegat fi ħdan il-Ministeru tiegħu bħala uffiċjal tal-customer care? Jista’ jgħid jekk dan l-individwu huwiex impjegat bħala position of trust? Jista’ jgħid jekk hux minnu li n-neputijiet ta’ dan l-individwu li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament ġewx impjegati fi ħdan il-customer care ta’ Mater Dei u mal-Garaxx tal-Ambulanzi ġewwa St. Lukes? Jista’ jgħid jekk inħarġitx sejħa pubblika għal dawn iż-żewġ impjiegi jew jekk dawn humiex bħala position of trust? Jekk huma impjegati bħala position of trust, jista’ jpoġġi kopja tal-kuntratt tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk dawn kienu impjiegi permezz ta’ sejħa pubblika, jista’ jgħid meta kienu ppublikati fil-gazzetta tal-gvern (data preċiża)?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ewwel żewġ persuni msemmija huma membri fis-Segretarjat skont kif stabbilit fid-dokument Engagement of Staff for Ministers' Secretariats liema kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
It-tielet persuna msemmija jokkupa l-kariga ta' Transport Officer fi skala 16.
Sptar Mater Dei – investigazzjoni dwar priġunier li miet
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 21492 u għall-istqarrija li ħarġet fis-26 ta’ Ottubru 2015, jista’ l-Ministru jgħid x’irriżulta li kienet il-kawża tal-mewt mill-awtopsja (mhux l-inkjesta) li saret fuq il-katavru ta’ dan il-priġunier?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rizultat ta' awtopsja huwa parti integrali minn inkjesta magisterjali u id-Dipartiment tas-Sahha ma jkollux access ghal tali informazzjoni. Din tista biss tinkiseb minn ghand il-magistrat inkwerenti wara illi jsiru il-proceduri legali formali.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 21256, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-returns li għandhom il-pulizija ta' kemm instabu persuni taħt l-età kif ukoll ta' persuni jpejjpu ġewwa l-istabbilimenti ġewwa Paceville mis-sezzjoni tal-ALE?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandi xejn x’inżid mat-tweġiba li diġà ngħatat għall-mistoqsija numru 21256.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 21227, jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-konsulent tal-Korp tal-Pulizija, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jkun fil-pussess ta' vettura tal-Korp tal-Pulizija fil-ħinijiet meta ma jkunx fuq xogħol uffiċjali?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandi xejn x’inżid mat-tweġiba li diġa` ngħatat għall-mistoqsija parlamenari 21227.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irraportati każijiet ta’ serq fil-lokalità ta’ San Ġiljan fix-xahar ta’ Ottubru 2015 u Novembru 2015 separatament? Jista’ jgħid jekk u kemm minn dawn is-serqiet ġew solvuti mill-pulizija u jekk u kemm tressqu persuni l-Qorti?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li matul ix-xahar ta` Ottubru ġew rapurtati 146 il-serqa lill-Pulizija ġewwa il-lokalita` ta’ San Giljan, filwaqt li matul ix-xahar ta’ Novembru ġew irrapurtati 116. Min dawn erbgħa każijiet ġew solvuti, li dwarhom tlett persuni diġa tressqu l-Qorti u persuna oħra għad trid titressaq il-Qorti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irraportati każijiet ta’ serq fil-lokalità ta’ Tas-Sliema fix-xahar ta’ Ottubru 2015 u Novembru 2015 separatament? Jista’ jgħid jekk u kemm minn dawn is-serqiet ġew solvuti mill-pulizija u jekk u kemm tressqu persuni l-Qorti?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li matul ix-xahar ta` Ottubru ġew rapurtati 64 il-serqa lill-Pulizija ġewwa il-lokalita` ta’ Tas-Sliema, filwaqt li matul ix-xahar ta’ Novembru ġew irrapurtati 47.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irraportati każijiet ta’ serq fil-lokalità tas-Swieqi fix-xahar ta’ Ottubru 2015 u Novembru 2015 separatament? Jista’ jgħid jekk u kemm minn dawn is-serqiet ġew solvuti mill-pulizija u jekk u kemm tressqu persuni l-Qorti?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li matul ix-xahar ta` Ottubru ġew rapurtati 20 il-serqa lill-Pulizija ġewwa il-lokalita` ta’ tas-Swieqi, filwaqt li matul ix-xahar ta’ Novembru ġew irrapurtati 11.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — individwu
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlmentari 21491, jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-pakkett finanzjarju tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid kemm-il siegħa jaħdem fil-ġimgħa?
Response (ABELA, CARMELO)
Filwaqt li nirreferi l-Onorevoli Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 21491, ninformah li l-persuna taħdem 30 siegħa fil-ġimgħa.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21490, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li għandhom parentela mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li qegħdin fuq il-bord li jaraw jekk individwi għandhomx jiġu boarded out?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni li ngħatajt mill-Kordinatur tal-Bord Mediku, u wara li dan għamel kuntatt mat-tobba li kienu preżenti fil-bord mediku li evalwa l-kundizzjoni medika tal-uffiċjal imsemmi, ħadd mit-tobba u lanqas il-kordinatur tal-Bord Mediku m’għandhom parentela mal-uffiċjal imsemmi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammont ta’ Alġerini li ġew Malta mat-titjiriet diretti tal-Air Malta mill-Alġerija u ddaħħlu fis-sistema tal-Personal Identification Secure Comparison and Evaluation System (PISCES) tal-pulizija tal-immigrazzjoni fil-perjodu ta’ bejn Marzu 2013 u l-31 ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid kemm kien l-ammont ta’ Alġerini li telqu lura minn Malta lejn l-Alġerija fuq titjiriet tal-Air Malta fl-istess perjodu, minħabba fis-sistema PISCES tal-pulizija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-ammont ta’ Alġerini li ġew Malta mat-titjiriet diretti tal-Air Malta mill-Alġerija u ddaħħlu fis-sistema tal-Personal Identification Secure Comparison and Evaluation System (PISCES) tal-Pulizija tal-immigrazzjoni fil-perjodu ta’ bejn Marzu 2013 u l-31 ta’ Novembru 2015 kien ta’ 5, 365. L-ammont ta’ Alġerini li telqu lura minn Malta lejn l-Alġerija direttament fuq titjiriet tal-Air Malta fl-istess perjodu u huma rregistrati fis-sistema PISCES hu 2, 784.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21221, fejn il-Ministru wieġeb biss kemm hu l-pakkett finanzjarju, jista’ jikkonferma jekk is-CEO ta’ Identity Malta huwiex l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid jekk hemmx kuntratt definit jew indefinit għall-pożizzjoni ta’ CEO li qed jokkupa dan l-individwu? Jista’ jgħid għal kemm żmien hu validu l-kuntratt tas-CEO preżenti ta’ Identity Malta u meta jiskadi? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tas-CEO ta’ Identity Malta?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpelllant li l-Aġenzija Identity Malta m’għandiex Kap Ezekuttiv, imma Executive Chairman. L-individwu imsemmi huwa l-Kap Ezekuttiv tal-Programm ta’ Cittadinanza b’Investiment.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 16529, jista’ l-Prim Ministru jgħid meta l-individwu lid-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ġie maħtur bħala sherpa? Jista’ jgħid għal kemm hi valida din il-ħatra ta’ sherpa u meta tiskadi? Jista’ jgħid kemm hu s-salarju ta’ sherpa? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra tal-ħatra tal-individwu bħala sherpa?