Legislature:
Category:
Reset
Active:

AFM — Skwadra Marittima –suldati u uffiċjali

Question

Jista’ l-Ministru jelenka kemm hemm preżentement suldati u uffiċjali li bħalissa jinsabu stazzjonati Għawdex mal-G Command tal-Iskwadra Marittima?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li preżentement mal-G Command tal-Iskwadra Marittima f’Għawdex hemm 79 Other Rank u Uffiċjal wieħed.

AFM – trasferiment ta’ persuni minn Malta għal Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk is-sistema ta’ anzjanità (seniority) għadhiex tapplika sabiex membri Għawdxin tal-Forzi Armati ta’ Malta jiġu trasferiti minn Malta għal Għawdex?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sakemm il-każ ikun jippermetti, tintuża l-anzjanità sabiex membri Għawdxin fil-FAM jintbagħtu jaħdmu Għawdex, però dan jiddependi mill-esiġenzi tas-servizz u ħiliet jew kwalifiki oħra li jkunu neċessarji.

AFM – Senior staff mibgħuta jattendu korsijiet fl-Ingilterra u l-Irlanda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet in-nefqa totali bejn l-2009 u l-2015, sena b’sena, biex uffiċjali tal-Forzi Armati ta’ Malta jattendu senior staff courses ġewwa l-Ingilterra u l-Irlanda?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt. Sena Ammont 2009 € 2,750.82 2010 € 11,342.58 2011 € 11,028.57 2012 € 11,620.41 2013 € 21,655,40

AFM – xogħol minn uffiċjali li attendew korsijiet għal senior staff

Question

Jista’ l-Ministru jagħti deskrizzjoni tal-impjieg preżenti ta’ dawk l-uffiċjali tal-Forzi Armati ta’ Malta li attendew u b’suċċess temmew senior staff course fis-snin bejn l-2009 u l-2015?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li dawk li temmew l-imsemmi kors fil-perjodu indikat illum qegħdin appuntati bħala Staff Officers fi ħdan il-Kwartieri Ġenerali tal-FAM, jew fil-Kmand ta’ xi wieħed mill-Units fi ħdan l-istess FAM. Żewġ uffiċjali oħra li kienu wkoll temmew l-istess kors illum irtiraw wara li kienu ntbagħtu l-istess kors lejn l-aħħar tal-karriera militari tagħhom.

AFM – għadd ta’ uffiċjali tobba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali tobba fuq l-Establishment tal-Forzi Armati ta’ Malta?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fuq l-Establishment tal-Forzi Armati ta' Malta hemm tlett tobba.

Forzi Armati ta’ Malta – ingaġġ ta’ medical officer

Question

Peress li fl-2014 ħarġet sejħa biex jiġi ingaġġat medical officer fil-Forzi Armati ta’ Malta, jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-għażla dwar din is-sejħa?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-proċess tal-għażla msemmi kien ġie konkluż u l-Medical Officer magħżul kien ġie ngaġġat.

Ċentri ta’ Detenzjoni – persuni miżmuma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni miżmuma fiċ-Ċentri ta’ Detenzjoni fl-aħħar ta’ Jannar 2016?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa l-aħħar ta’ Jannar 2016 kien hemm tnax (12) il-persuna miżmuma fiċ-Ċentri ta’ Detenzjoni.

Ċentri ta’ Detenzjoni – detention officers, suldati u uffiċjali pajżana

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm detention officers, suldati u uffiċjali pajżana li huma addetti maċ-Ċentri ta’ Detenzjoni bħala għassa u servizzi oħra relatati ma’ dawn iċ-ċentri fl-aħħar ta’ Jannar 2016?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li sa l-aħħar ta’ Jannar 2016 kien hemm 149 detention service officers, 9 suldati u 7 uffiċjali pajżana li huma addetti maċ-Ċentri ta’ Detenzjoni bħala għassa u servizzi oħra relatati ma’ dawn iċ-ċentri.

AFM –korsijiet militarji u ċivili li attenda l-Brigadier

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-korsijiet militari u ċivili li attenda l-Brigadier tal-Forzi Armati ta’ Malta tul il-karriera tiegħu fi ħdan il-Forzi Armati ta’ Malta?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

AFM – Brigadier/Kurunell — allowances

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hemmx uffiċjali tal-Forzi Armati ta’ Malta fi grad ta’ Brigadier jew Kurunell, li bħalissa qegħdin jitħallsu xi tip jew forma ta’ allowances?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-uffiċjali fir-ranks imsemmija, jieħdu allowance marbuta mal-kariga li għandhom.

AFM – korsijiet għal senior u junior staff

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm-il senior u junior staff courses se jiġu offruti lill-uffiċjali tal-Forzi Armati ta’ Malta tul is-sena 2016?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpllant li ninsab infurmat li l-fond tat-taħrig fl-Armata, żdied minn € 340,000 fis-sena 2015 għal € 430,000 għas-sena 2016 li jfisser żieda ta’ 26%. Dawn se jiġu utilizzati sabiex jissaħħu ċertu ħiliet li huma tant bżonnjużi u ta’ prijorità fl-operat tal-Armata.

AFM – membri deployed barra minn Malta

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm-il membru tal-Forzi Armati ta’ Malta ġew deployed fuq missjonijiet barra l-pajjiż matul is-sena 2015 u kemm se jiġu deployed fuq missjonijiet barra l-pajjiż fis-sena 2016?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fis-sena 2015, 58 membru tal-FAM ġew deployed fuq missjonijiet barra l-pajjiż. Għas-sena 2016 ċertu diskussjonijiet u pjani għadhom għaddejin però dawn jindikaw li n-numru se jeċċedi l-mitt membru.

AFM – Boarding Team mibgħut fl-Oċean Indjan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Forzi Armati ta’ Malta hijiex se terġa’ toffri li tibgħat boarding team speċjalizzat fl-Oċean Indjan fl-2016?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-parteċipazzjoni minn Boarding Team tal-FAM fl-Ocejan Indjan fl-2016 għadha qed tiġi diskussa.

AFM – uffiċjali mibgħuta jservu fil-Kwartieri ta’ Northwood

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ taħriġ qed jingħata lil dawk l-uffiċjali fil-Forzi Armati ta’ Malta li qegħdin jiġu mibgħuta biex iservu fil-Kwartieri ta’ Northwood minn fejn tiġi kordinata l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea kontra l-Piraterija fl-Oċean Indjan?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi rigward taħrig għall-imsemmija uffiċjali ma nbidel xejn minn kif kien isir qabel Marzu 2013.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — fuel għall-karozza

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamenatri 22496, jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-allowance minflok l-użu ta’ second car?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-allowance għat-tieni vettura hija ta’ € 7,000 fis-sena. Ninfurmah li dan l-allowance huwa l-istess ammont li kien jingħata taħt l-amminisrazzjoni preċedenti.

CPD — impjegat

Question

B'referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 22550 u 15319, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx perkaċċi marbuta mal-kariga tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jekk hemm, x’inhuma?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 22550 li saret minnhu stess.

Korp tal-Pulizija/AFM – armi tan-nar

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 22546, jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li ftit tal-ġimgħat ilu l-Korp tal-Pulizija ngħata 30 arma tan-nar mill-Gvern Ċiniż? Jista' jgħid x'tip ta' armi ngħataw? Jista' jikkonferma li ftit tal-ġimgħat ilu l-Forzi Armati ta' Malta ngħataw munizzjoni għall-armi tan-nar mill-Gvern Ċiniż? Jista' jgħid għal liema armi ngħata dan il-munizzjon? Jista' jgħid jekk għal din id-donazzjoni saritx talba mill-Gvern Malta jew inkella kenitx offerta tal-Gvern Ċiniż lill-Gvern Malti/Korp tal-Pulizija/AFM?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’April tal-2015 il-Forzi Armati ta’ Malta rċeviet donazzjoni ta’ munizzjon mingħand il-Gvern Ċiniz. Il-munizzjon huwa kompattibli ma’ armi li l-istess Gvern Ċiniz kien ta lil Gvern Malti.It-talba saret mill-Forzi Armati ta’ Malta waqt taħdidiet bilaterali w l-ftehim ġie iffirmat f’Settembru tal-2012 bejn il-Forzi Armati ta’ Malta u l-Gvern Ċiniż. Ma’ din il-konsenja ta’munizzjon, waslu ukoll ħamsin (50) sub-machine gun u għaxar (10) dim light scopes għall-istess sub-machine guns li ngħataw bħala donazzjoni lill-Korp tal-Pulizija.
Leg 12 PQ #22497 Sitting 346 2016-01-19 Oral · Final From: BEPPE FENECH ADAMI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Xogħol ta’ kostruzzjoni fil-bini tal-MEPA

Question

B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 21547, 21228 u 21745, jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-kuntratturi tal-kostruzzjoni li qed jaħdmu u jagħmlu xogħol għall-Awtorità tal-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)? Jista' jgħid jekk dan ix-xogħol li qed jinħadem minn din l-istess kumpanija/i, ingħatax permezz ta' tender jew ingħatax permezz ta' direct order? Kemm se jiġi jiswa dan ix-xogħol li qed jinħadem minn din l-istess kumpanija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Minn informazzjoni moghtija lili mill-Awtorità tal-Ambjent u l-Ippjanar, il-kumpaniji li qed jaghmlu xogħlijiet fil-bini tagħha, huma Bava Holdings Ltd u Aretrop – Carl Camilleri JV. Il-valur tax-xoghol huwa ta’ €200,972 u €136,397 rispettivament. Ix-xoghol inghata skont ir-regolamenti finanzjarji tal-gvern, mhux permezz ta’ direct order u wara li inkisbet l-approvazzjoni tad-Dipartiment tal-Kuntratti u tal-Ministeru tal-Finanzi.
Leg 12 PQ #22545 Sitting 346 2016-01-19 Oral · Final From: BEPPE FENECH ADAMI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

CHOGM – kiri ta’ karozzi tal-pulizija

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm inkrew karozzi li ntużaw mill-pulizija waqt iċ-CHOGM? Jista’ jgħid mingħand min inkrew dawn il-karozzi? Jista’ jgħid kemm inkrew kull siegħa/ġurnata dawn il-karozzi? Jista’ jgħid min ħa ħsieb li jinkrew dawn il-karozzi? Jista’ jgħid jekk dawn inkrewx b’direct order jew inkella permezz ta’ tender? Jekk inħareġ tender, jista’ jgħid f’liema Gazzetta tal-Gvern ġie ppubblikat u meta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant ghat-twegiba ghall-misoqsija parlamentari 21515.

Korp tal-Pulizija/AFM – armi tan-nar

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li ftit tal-ġimgħat ilu l-Korp tal-Pulizija ingħata 30 arma tan-nar mill-Gvern Ċiniż? Jista’ jikkonferma li ftit tal-ġimgħat ilu l-Forzi Armati ta’ Malta ingħataw munizzjoni għall-armi tan-nar mill-Gvern Ċiniż? Jista’ jgħid jekk għal din id-donazzjoni saritx talba mill-Gvern Malta jew inkella kenitx offerta tal-Gvern Ċiniż lill-Gvern Malti/Korp tal-Pulizija/AFM?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.