Persuni mressqa l-Qorti mill-pulizija — sewqan ta’ vettura mingħajr polza ta’ assikurazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm il-Pulizija eżekuttiva tal-pajjiż ressqet persuni l-Qorti akkużati li kienu qegħdin isuqu vettura li ma kenitx koperta minn polza ta’ assikurazzjoni għas-sena 2015?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Persuni mressqa l-Qorti — vettura mingħajr liċenzja tas-sewqan
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni fl-2015 illi, wara li tressqu l-Qorti mill-Pulizija eżekuttiva tal-pajjiż akkużati li saqu vettura mingħajr liċenzja tas-sewqan, instabu ħatja?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Persuni mressqa l-Qorti mill-pulizija — sewqan ta’ vettura mingħajr polza ta’ assikurazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li fl-2015, wara li tressqu l-Qorti mill-Pulizija eżekuttiva tal-pajjiż akkużati li saqu vettura li ma kenitx koperta minn polza ta’ assikurazzjoni, effettivament instabu ħatja?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Persuni mressqa l-Qorti mill-pulizija rigward vetturi mingħajr liċenzja tas-sewqan
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Parlament kemm kienet is-somma kumplessiva f'ewro li ġew ikkundannati jħallsu dawk kollha li fis-sena 2015 instabu ħatja mill-qrati li saqu vettura mingħajr liċenzja tas-sewqan?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Persuni mressqa l-Qorti mill-pulizija rigward sewqan ta’ vetturi mingħajr polza ta’ assikurazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Parlament kemm kienet is-somma kumplessiva f'ewro li ġew ikkundannati jħallsu dawk kollha li fis-sena 2015 instabu ħatja mill-qrati li saqu vettura mingħajr ma kienu koperti minn polza ta’ assikurazzjoni?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ġie reinstated l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid x’inhu x-xogħol li hu assenjat lil dan l-individwu? Jista’ jgħid f’liema branka hu detailed dan l-individwu? Jista’ jgħid jekk hux minnu li dan l-individwu jaħdem ukoll bil-minibus privata tiegħu kuljum u jekk dan għandux permess mis-superjuri tiegħu biex jaħdem bil-minibus? Jista’ jgħid jekk hux minnu li l-individwu jagħmel vjaġġ bil-minibus privata tiegħu kuljum mis-2:30 ta’ wara nofsinhar mill-Kulleġġ Sant’Agatha fir-Rabat lejn il-Mosta u vjaġġ ieħor fit-3:30 ta’ wara nofsinhar mill-Higher Secondary fin-Naxxar lejn ir-Rabat? Jista’ jgħid jekk hux minnu li dan l-individwu jerġa’ jirritorna lura lejn ix-xogħol (bħala pulizija) fil-5 ta’ wara nofsinhar? Jista’ jgħid jekk hux minnu li dan l-individwu jitlaq mix-xogħol fis-7:30 ta’ filgħaxija minflok fil-11 ta’ filgħaxija? Jista’ jgħid jekk l-individwu għandux il-barka biex jagħmel dan kollu mis-Supretendent tiegħu u jekk il-Kummissarju tal-Pulizija hux informat b’dan?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi l-individwu li dwaru ngħataw id-dettalji separatament ġie re-instated fil-Korp tal-Pulizija fil-15 ta’ Novembru 2013. Dan ġie stazzjonat fit-Taqsima tat-Traffiku fejn għadu stazzjonat sal-lum 7 t’April 2016. L-informazzjoni l-oħra mitluba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li nhar it-Tnejn 14 ta' Marzu fil-11:45 ta’ filgħodu kien hemm uffiċjali tal-Forzi Armati ta' Malta (AFM) fuq ir-roundabout ta' Triq Mikiel Anton Vassalli (roundabout tat-tank tal-gass - il-Kappara) biex jikkoordinaw kif l-AFM se taqla’ s-siġar tal-palm li hemm fuq din ir-roundabout? Jista' jgħid jekk jaqbilx li l-AFM spiċċat armata utilizzata sabiex jinqalgħu l-palm mit-toroq? Jista' jgħid jekk jaqbilx li l-AFM għandhom jibdew jagħmlu xogħol li m'għandu xejn x'jaqsam mat-taħriġ li jingħataw u jinħlew jagħmlu xogħol li jista' jsir minn entitajiet iktar kompetenti biex jaqilgħu l-palm? Jista' jikkonferma jekk hux minnu li l-palm li se jinqala’ mill-post imsemmi, hux se jiġi mħawwel ġewwa l-barracks ta' Ħal Luqa?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-palm li għalih qed jirreferi, se jinqala mill-post attwali tiegħu minħabba li ser jinbeda proġett maġġuri fl-istess post u ser jiġi mħawwel mill-ġdid fil-barracks ta’ Ħal Luqa. Għalhekk kien hemm il-preżenza tal-imsemmija membri tal-Forzi Armati ta’ Malta.
Document Regulating The Conditions of Services for the Police Force
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk meta ġie mniedi -"Document Regulating The Conditions of Service for the Police Force" tal-2012, fil-proċess kienx hemm involviment tal-PAHRO (Public Administration HR Office) u tal-PACBU (Public Administration Collective Bargaining Unit)?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Ninsab infurmat li kien diffiċli li jinstabu xi rekords dwar dan. Jirriżulta iżda, li meta ġie mniedi id-"Document Regulating The Conditions of Service for the Police Force" tal-2012, fil-proċess kien hemm involviment tal-PACBU (Public Administration Collective Bargaining Unit). Dan kien iż-żmien meta l-Onorevoli Interpellant kien ukoll Assistent Parlamentari fl-istess Ministeru.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kriterji li ntużaw biex uffiċjali li ma kellhomx ir-rekwiżiti (lanqas ċertifikat ta' suġġetti f’Livell Ordinarju) kif indikat f'artikolu 4.2 tas-sejħa li dehret fil-Gazzetta tal-Gvern, xorta ġew aċċettati li jibdew u jkomplu l-kors biex jiġu maħtura Spetturi fil-Korp tal-Pulizija? Jista' jgħid kemm hemm minn dawn l-uffiċjali? Jista' jgħid jekk hux se jitlob investigazzjoni biex jara għalfejn inkissru r-regolamenti li ġew ippublikati fl-istess Gazzetta tal-Gvern u jekk hux se jittieħdu passi biex tiġi rratifikata din is-sitwazzjoni li tpoġġi persuni oħra fi żvantaġġ?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jispeċifika d-data tas-sejħa li qed jirreferi għaliha.
Jista’ l-Ministru jikkonferma illi l-Ballistic Unit fi ħdan il-Korp tal-Pulizija ilha mingħajr vettura għal diversi ġimgħat u jagħti raġuni għal dan?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Forensic Unit tagħmel użu minn sitt vetturi li jintużaw mid-diversi sezzjonijiet f’din it-taqsima skond il-ħtieġa. Madankollu minħabba żieda ta’ certu xogħol, ġiet allokata vettura oħra f’din il-Unit, għal użu tal-Ballistics.
Fid-dawl tan-numru ta' rapporti ta' serq minn ġewwa residenzi li jinsabu fiż-żona residenzjali tal-Marsa liema żona tagħmel mad-distrett numru 7 u ċjoè dak tal-Ħamrun, Santa Venera, il-Pietà, ir-Rabat, Ħad-Dingli, l-Imtarfa, l-Imdina u parti sostanzjali minn Ħ'Attard, jista’ l-Ministru jikkonferma illi l-Għassa tal-Marsa ilha mingħajr servizz ta' vettura mill-ewwel ġimgħa ta' Jannar ta din is-sena? Jista’ jikkonferma li l-vettura li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament (a) hija l-vettura li suppost tintuża mill-Għassa tal-Marsa? Jista’ jikkonferma li din il-vettura qed tiġi wżata mill-Għassa tal-Ħamrun mill-ewwel ġimgħa ta’ Jannar li għadda wara li l-vettura tal-Ħamrun kienet involuta f’inċident stradali u ġiet iddikjarata total loss? Jista’ jikkonferma illi wara li l-vettura tal-Ħamrun li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament (b) kienet involuta f’inċident stradali f’Jannar li għadda, ma kienx hemm replacement tagħha minħabba li ma hemmx vetturi disponibbli u kien għalhekk li kellha tittieħed il-vettura li suppost qiegħda l-Għassa l-Marsa? Jista’ jgħidilna meta ser tingħata vettura lill-Pulizija tal-Għassa tal-Ħamrun sabiex il-vettura (a) terġa tingħata għall-użu lid-diviżjoni tal-Marsa?
Fid-dawl ta’ dan kollu jista’ jikkonferma għalfejn hemm 40 vettura ġdida ġewwa l-akkademja tal-pulizija li ilhom ipparkjati u esposti għall-elementi minn Novembru li għadda? Jista’ jgħidilna jekk dawn il-vetturi humiex ser jingħataw lid-distretti sabiex jieħdu post numru ta’ vetturi li bħalissa huma antiki u fi stat ħażin ħafna? Jista’ jgħid meta dawn l-40 vettura ser jingħataw lill-Pulizija sabiex iċ-ċittadin ikun moqdi aħjar? Jista’ jikkonferma li dawn l-40 vettura sal-lum il-ġurnata għadhom mingħajr
stickers
,
radios
,
beacon
lights
u l-aċċessorji kollha li għandha jkollha vettura tal-Pulizija? Jista’ jgħidilna inħarġux sejħiet għall-
tenders
għall-i
stickers
,
beacon
lights
eċċ.? Jista’ jikkonferma li ta’ kuljum qed jinħela Pulizija sabiex joqgħod jgħasses dawn il-vetturi li jinsabu ġewwa l-akkademja stess? Jista’ jgħidilna jekk il-Pulizija li qed jitħallew jgħassu dawn il-vetturi matul il-lejl humiex qed jitħallsu
overtime
jew inkella hux qed ikun waqt il-ħin tax-xogħol?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fid-distrett kollu, minn erba’ vetturi hemm tlieta biex temporanjament jlaħħqu max-xogħol. Huwa pjanat li fiż-żmien li ġej tingħata r-raba’ karozza f’dan l-istess distrett. Wara l-proċess ta’ quotations u tenders huwa mistenni li jibda’ ix-xogħol fuq l-vetturi l-oħra u li kif dawn jkun ikunu lesti jitqassmu skond l-esiġenzi tas-servizz. Dwar l-aħħar parti tad-domanda ninforma lill-Onor. Interpellant li dan mhuwiex il-każ.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – kariga ta’ persuna
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23372, jista’ l-Prim Ministru jikkonferma li din ir-rakkomandazzjoni saret wara li l-ewwel rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku kienet mibgħuta lura mill-Prim Ministru lill-istess Kummissjoni? Jista’ jpoġġi kopja tal-istess deċiżjoni tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku fuq il-Mejda tal-Kamra?
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – kariga ta’ persuna
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23372, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istess deċiżjoni tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-akkużi li fuqhom huwa għaddej bi proċeduri kriminali l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m’għandi xejn xi nżid mat-tweġiba għall-mistoqisija parlamentari 23372.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi tal-pulizija neqsin fid-distretti tal-Pulizija kollha bħalissa? Jista' jgħid jekk preżentament hemmx karozzi tas-servizz 'stand by' li jkunu jistgħu jintużaw mid-distretti f'każ li jkun hemm ħsarat jew bżonn? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid kemm hemm karozzi għal dan il-għan? Jista' jikkonferma jekk hemmx għassa tal-pulizija li ilha bla karozza sa minn Diċembru li għadda? Jekk ir-risposta hija fl-affermativ, jista’ jindika liema hija din l-għassa u r-raġuni għala hemm dan in-nuqqas?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi bħalissa hemm dsatax il-karozza allokati għal xoghol distrettwali f’kull wieħed miż-żewġ distretti f’Malta (total ta’ 38 vettura). Hemm biss żewġ vetturi neqsin fir-Regjun ‘B’, wara li waħda daħlet biex tinbidel u oħra kienet involuta f’inċident tat-traffiku u se tiġi written off. Tajjeb jingħad li hemm vetturi oħrajn fl-istess distrett, allokati f’għases oħrajn, li jistgħu jintalbu meta jkun hemm il-bżonn, sakemm ikun hemm sostituzzjoni tal-istess vetturi. Barra min dan hemm ukoll erba’ vetturi għal użu tad-distrett f’Għawdex. Sakemm inqrat din ir-risposta hemm karozza waħda li bħalissa tkun 'stand by' u li tkun tista’ tintuża mid-distretti.
Jista' l-Ministru jgħid liema hi l-kumpanija li qed tagħmel ir-wrapping/stickers tal-karozzi tal-pulizija? Jista' jgħid jekk din il-kumpanija hux qed tagħmel dan ix-xogħol permezz ta' direct order jew jekk hux għax rebħet tender? Jekk permezz ta' tender, jista' jgħid meta ġiet ippublikata fil-Gazzetta tal-Gvern (data preċiża)? Jista' jgħid kemm qed tiġi tiswa kull karozza tal-pulizija biex tiġi wrapped jew jitwaħħlulha l-istickers? Jista' jgħid kemm-il karozza ġiet wrapped minn Marzu 2013 sat-23 ta' Frar 2016 u kemm ġew jiswew lill-Korp tal-Pulizija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi il-Pulizija ma tu¿ax wrapping għal-livery tal-karozzi tal-Pulizija. Infurmat illi bejn Jannar tas-sena 2013 u Jannar ta’ din is-sena, il-maġġoranza tal-istickers li jintużaw għal-vetturi tal-Pulizija ġew mixtrija mingħand il-Viking Signs, waqt li wħud inxtraw mingħand Attard Signs Limited. Dawn l-istickers inxtraw skont il-ħtieġa fiż-żmien li kien hemm bżonnhom u għaldaqstant ma kienx hemm tender. Għar-rigward ta’ stickers li qed jinxtraw minn Frar ta’ din is-sena, il-proċedura hi li jintalbu tal-inqas tlett quotes u wara ġew/jiġu proċessati u approvati mill-Ministeru tal-Finanzi, biex tittieħed l-aktar quote vantaġġjuża. Fil-fatt dawn se jinxtraw mingħand Ray Autostyle. Il-vetturi li sarilhom livery permezz ta’ stickers fil-perjodu msemmi, kienu diversi u ma hux possibli li wieħed jikkalkula kemm kienu ġew jiswew peress li l-istickers jitwaħħlu skont il bżonn u mhux kull karozza jkollha bżonn l-istess ammont ta’ stickers. Barra minn dan seta’ kien hemm stickers mis-snin ta’ qabel u parti minnhom intużaw mis-sena 2013. Madankollu il-pagamenti ta’ stickers mixtrija mis sena 2013 sal-aħħar ta’ Jannar ta’ din is-sena kienu, kif jidher fit-tabella t’hawn taħt.
Sena
Fornitur
Ammont
2013
Viking Signs
Euros 3,781
2014
Viking Signs
Euros 1,725
2015
Viking Signs
Euros 3,193
2016
-
Nil so far
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – każijiet ta’ Influwenza (Swine Flu)
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk kienx hemm aktar każijiet ta’ influwenza (Swine Flu) fil-ħabs fil-ġimgħa li bdiet it-Tnejn 22 ta Marzu 2016? Jekk ir-risposta hija iva, kemm kien hemm każijiet?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għad m’għandiex id-don li nkun naf x’ser jiġri fil-futur.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fis-sena 2016 li għadha kemm bdiet, kienx hemm detention officers li kellhom kuntratt definit li skada u li sussegwentament ingħataw kuntratt ġdid? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid kemm kien hemm detention officers li ngħataw kuntratt ġdid u għal kemm żmien huwa dan il-kuntratt? Jista’ jpoġġi kopja ta’ dawn il-kuntratti fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jispjega kif jista’ jiġġustifika dawn il-kuntratti ġodda in vista tal-fatt li n-numru ta’ persuni fiċ-Ċentri ta’ Detenzjoni llum huwa ta’ inqas minn 10 persuni?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li kien hemm żewg persuni biss li l-kuntratt tagħhom skada. Il-kuntratt ta’ dawn għadu ma ġiex imġedded għax għadu qed jiġi abbozzat (għalkemm għadhom jidħlu għax xogħol). Il-kuntratt mistenna jkun għal 12 -il xahar jew sad-data li jilħqu l-eta ta’ rtirar jekk din tiġi qabel.
Korp tal-Pulizija – ħlas għal sigħat twal li għamlu fis-Summit Afrikan Ewropew u fiċ-CHOGM
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 23348, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx korrispondenza li għaddiet bejn il-Malta Police Association (MPA) u ċ-CHOGM task force, fejn ġie assigurat li l-fondi għall-ħlas tal-fizzjali jeżisti u qiegħed jistenna biss it-talba min-naħa tal-amministrazzjoni tal-korp biex dawn jitħallsu? Jista' jgħid għaliex l-Amministrazzjoni tal-Korp tal-Pulizija ma jridux li jagħmlu t-talba liċ-CHOGM task force biex il-fizzjali tal-korp jitħallsu għas-sigħat żejda li saru waqt is-Summit Afrikan Ewropew u fiċ-CHOGM? Billi fir-risposta parlamentari 23349 il-Ministru informa li l-fizzjali tal-korp tħallsu mill-Kummissjoni Elettorali għal xogħol li għamlu konness ma’ elezzjonijiet, jaħsibx il-Ministru li l-fizzjali tal-Pulizija għandhom jitħallsu miċ-CHOGM task force għax-xogħol li sar minnhom fiċ-CHOGM u s-Summit Afrikan?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta Police Association (MPA) hija Assoċċjazzjoni awtonoma u ċ-CHOGM task force ma taqax taħt dan il-Ministeru.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati detention officers minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Jannar 2016?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li ġew ingaġġati erbgħin (40) detention service officers minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Jannar 2016.
Ċentri ta’ Detenzjoni – detention officers deployed
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk intlaħaqx ftehim mal-GWU dwar il-possibbilità li detention officers jiġu deployed biex jagħmlu xogħol ieħor mhux konness maċ-Ċentri ta’ Detenzjoni? Jekk fl-affermattiv, jista’ jpoġġi kopja ta’ dan il-ftehim fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li intlaħaq ftehim fil-11 ta’ Mejju 2015 meta ġie ffirmat is-sectorial agreement. Dan kien magħruf fi stqarrija maħruġa mid-DOI numru PR151036 9 xhur ilu. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-parti relevanti għal din il-mistoqsija.