Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – tagħrif dwar xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24912 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet li tqabbdet tagħmel il-kumpanija li d-dettalji tagħha ngħataw separatament mal-mistoqsija parlamentari 24912, mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata u jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħlijiet/konsulenzi/rapporti lil-kumpaniji li d-dettalji tagħhom ingħataw separatament, mill-Ministeru tiegħi.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – tagħrif dwar xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24913 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet li tqabbdet tagħmel il-kumpanija li d-dettalji tagħha ngħataw separatament mal-mistoqsija parlamentari 24913, mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata u jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order ?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħlijiet/konsulenzi/rapporti lil-kumpaniji li d-dettalji tagħhom ingħataw separatament, mill-Ministeru tiegħi.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk jirriżultalux li fil-ġranet bejn it-2 ta’ Mejju u l-5 ta’ Mejju 2016 ġewwa l-Faċilita Korrettiva ta' Kordin kien hemm inċident li fih detenut ħebb għall-persuna li kienet qiegħda żżuru? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x'kienet id-dinamika tal-inċident, x'passi ttieħdu fil-konfront ta’ din il-persuna, jekk sarx rapport formali lill-Pulizija u jekk il-vittma sofrietx ġrieħi?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li nhar l-4 ta’ Mejju 2016 waqt li kienu qed isseħħu l-visti fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin, wieħed mid-detenuti li kien qed jagħmel il-vista tiegħu ma’ persuna li ġiet iżżuru, kellu argument u ħebb għall din il-persuna. Immedjatament intervenew l-uffiċjali li kienu preżenti fis-sala fejn kienu qed iseħħu l-visti, fejn wara intervent irnexxilhom jifirdu ż-żewg persuni. Id-dettenut ma sofra ebda ġrieħi filwaqt li l-persuna l-oħra sofriet xi ġrieħi. Ġew infurmati l-Pulizija tal-Għassa ta’ Raħal Ġdid u l-persuna konċernata ġiet mitluba tattendi l-għassa. L-investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Pulizija.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24607 u jgħid jekk hux minnu li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jaħdem ukoll bil-minibus privata tiegħu kuljum u jekk dan għandux permess mis-superjuri tiegħu biex jaħdem bil-minibus? Jista’ jgħid jekk hux minnu li l-individwu jagħmel vjaġġ bil-minibus privata tiegħu kuljum mis-2:30 ta’ wara nofsinhar mill-Kulleġġ Sant’Agatha fir-Rabat lejn il-Mosta u vjaġġ ieħor fit-3:30 ta’ wara nofsinhar mill-Higher Secondary fin-Naxxar lejn ir-Rabat? Jista’ jgħid jekk hux minnu li dan l-individwu jerġa’ jirritorna lura lejn ix-xogħol (bħala pulizija) fil-5 ta’ wara nofsinhar? Jista’ jgħid jekk hux minnu li dan l-individwu jitlaq mix-xogħol fis-7:30 ta’ filgħaxija minflok fil-11 ta’ filgħaxija? Jista’ jgħid jekk l-individwu għandux il-barka biex jagħmel dan kollu mis-Supretendent tiegħu u jekk il-Kummissarju tal-Pulizija hux informat b’dan?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li t-Taqsima tal-Affarijiet Interni tal-Korp għamlet l-indaġni tagħha dwar l-individwu li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament. Se jittieħdu proċeduri dixxiplinarji fil-konfront tal-istess individwu.
Jista’ l-Ministru jinforma lil dan il-Parlament jekk intgħażlitx il-persuna li ser isservi bħala CEO tal-Korp tal-Pulizija? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid min hija l-persuna magħżula u x'kienu l-kriterji li bihom intgħażlet?
Jista’ l-Ministru jinforma lil dan il-Parlament jekk il-Kummissarju huwiex jew kienx involut fil-proċess sabiex issir l-għażla ta’ CEO għall-Korp tal-Pulizija? Jista’ jinforma lil dan il-Parlament ma’ min iddiskuta u lil min ikkonsulta fil-proċess tal-għażla ta’ CEO għall-Korp tal-Pulizija?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 25154.
Jista’ l-Ministru jinforma lil dan il-Parlament x'inhu l-pakkett finanzjarju inkluż paga u perkaċċi li qed jiġi kkontemplat għal CEO tal-Korp tal-Pulizija?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 25154.
Korp tal-Pulizija – xiri ta’ muturi second-hand — investigazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lil dan il-Parlament jekk hemmx investigazzjoni għaddejja fi ħdan il-Korp tal-Pulizija dwar allegati abbużi li saru sabiex inxtraw numru ta’ muturi second hand u b'direct order mill-Korp tal-Pulizija mis-sena 2013 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid fiex waslet din l-investigazzjoni u minn min qed titmexxa u jekk ġewx sospiżi xi uffiċjali fi ħdan il-Korp sakemm jintemmu dawn l-investigazzjonijiet? Jista’ jikkommetti ruħu li ġaladarba tintemm kwalunkwe investigazzjoni li għaddejja huwa jpoġġi r-rapport finali dwar l-istess fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninsab infurmat li ma’ hemm l-ebda investigazzjoni għaddejja fuq l-allegati abbuzi msemmija.
Jista’ l-Ministru jgħid hijiex għaddejja investigazzjoni interna dwar allegat tixħim li seħħ sabiex jinxtraw jew jibda l-proċess biex jinxtraw numru ta’ beacon lights għall-vetturi tal-pulizija, liema abbużi ġew irrapurtati fin-news portal 'newsbook.com.mt' fl-4 ta’ April 2016? Jekk għaddejja investigazzjoni, jista’ jinforma lil dan il-Parlament fiex waslet din l-investigazzjoni, minn min qed titmexxa u jekk ġewx sospiżi xi uffiċjali fil-Korp tal-Pulizija sakemm jintemmu dawn l-investigazzjonijiet? Jista’ jikkometti ruħu li ġaladarba tintemm kwalunkwe investigazzjoni li għaddejja huwa jpoġġi r-rapport finali dwar l-istess fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninsab infurmat li l-proċess tal-għazla għadu għaddej.
Persuni mressqa l-Qorti mill-pulizija rigward sewqan ta’ vetturi mingħajr polza ta’ assikurazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24720 u jinforma lill-Parlament kemm kienet is-somma kumplessiva f'ewro li ġew ikkundannati jħallsu dawk kollha li fis-sena 2015 instabu ħatja mill-qrati li saqu vettura mingħajr ma kienu koperti minn polza ta’ assikurazzjoni?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li s-somma kumplessiva kienet ta’ €129,430.48.
Persuni mressqa l-Qorti mill-pulizija rigward vetturi mingħajr liċenzja tas-sewqan
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24719 u jinforma lill-Parlament kemm kienet is-somma kumplessiva f'ewro li ġew ikkundannati jħallsu dawk kollha li fis-sena 2015 instabu ħatja mill-qrati li saqu vettura mingħajr liċenzja tas-sewqan?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li s-somma kumplessiva kienet ta’ €6, 265,31.
Persuni mressqa l-Qorti mill-pulizija — sewqan ta’ vettura mingħajr polza ta’ assikurazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24718 u jgħid kemm kien hemm persuni li fl-2015, wara li tressqu l-Qorti mill-Pulizija eżekuttiva tal-pajjiż akkużati li saqu vettura li ma kenitx koperta minn polza ta’ assikurazzjoni, effettivament instabu ħatja?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kien hemm 93 persuna.
Persuni mressqa l-Qorti — vettura mingħajr liċenzja tas-sewqan
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24717 u jgħid kemm kien hemm persuni fl-2015 illi, wara li tressqu l-Qorti mill-Pulizija eżekuttiva tal-pajjiż akkużati li saqu vettura mingħajr liċenzja tas-sewqan, instabu ħatja?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kien hemm 28 persuna.
Persuni mressqa l-Qorti mill-pulizija — sewqan ta’ vettura mingħajr polza ta’ assikurazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24716 u jgħid kemm-il Pulizija eżekuttiva tal-pajjiż ressqet persuni l-Qorti akkużati li kienu qegħdin isuqu vettura li ma kenitx koperta minn polza ta’ assikurazzjoni għas-sena 2015?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kien hemm 186 persuna.
Persuni mressqa l-Qorti mill-pulizija — vettura mingħajr liċenzja tas-sewqan
Question
Jista' l-Minisru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24715 u jgħid kemm il-Pulizija eżekuttiva tal-pajjiż ressqet persuni l-Qorti akkużati illi kienu qegħdin isuqu vettura mingħajr liċenzja tas-sewqan għas-sena 2015?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kien hemm 46 persuna.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapport
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24908 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbad jagħmel l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħlijiet/konsulenzi/rapporti lil-individwu li d-dettalji tiegħu ingħataw separatament, mill-Ministeru tiegħi.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapport
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24907 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbad jagħmel l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapport
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24906 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħlijiet/konsulenzi/rapporti lil-kumpaniji li d-dettalji tagħhom ingħataw separatament, mill-Ministeru tiegħi.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapport
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24905 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħolijiet/konsulenzi/rapporti lil-kumpaniji li d-dettalji tagħhom ingħataw separatament, mill-Ministeru tiegħi.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapport
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24904 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.