Identity Malta – proċeduri għal persuni ta’ nazzjonalità barranija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għal finijiet ta’ ħruġ ta’ Karta tal-Identità, xi proċedura qed tħaddem u x’passi qed tieħu Identity Malta meta jirriżultalha li persuna ta’ nazzjonalità barranija, tinsab li qed tuża indirizz mingħajr l-approvazzjoni tas-sid? Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura li hemm sabiex dawn is-sidien ikunu jistgħu jneħħu lil dawn il-persuni bħala reġistrati fuq il-proprjetà tagħhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien irraportat serq fis-segwenti lokalitajiet fix-xahar ta’ Novembru 2016, Diċembru 2016 u Jannar 2017 xahar b’xahar:
a) Belt Valletta
b) Ħ’Attard
c) Ħaż-Żabbar
d) In-Naxxar
e) Il-Għargħur
f) Ta’ Sliema
g) San Ġiljan
h) Ħad-Dingli
i) Ir-Rabat (Malta)
j) Birkirkara
k) L-Iklin
l) Ħal Balzan
m) Santa Venera
n) Il-Ħamrun
o) Il-Marsa
p) Il-Furjana
q) Bormla
r) Birgu
s) L-Isla
t) Il-Fgura
u) Il-Mellieħa
v) San Pawl il-Baħar
w) Il-Mosta
x) San Ġwann
y) Il-Gżira
z) L-Imsida
aa) Tal-Pietà
bb) Ħal Safi
cc) Ħal Għaxaq
dd) Ħal Kirkop
ee) Il-Gudja
ff) Iż-Żurrieq
gg) Ħal Qormi
hh) L-Imġarr
ii) Is-Swieqi
jj) Pembroke
kk) Paola
ll) Ħal Tarxien
mm) Santa Luċija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu irraportat serq fis-segwenti lokalitajiet fix-xahar ta’ Novembru 2015, Diċembru 2015 u Jannar 2016 xahar b’xahar:
a) Belt Valletta
b) Ħ’Attard
c) Ħaż-Żabbar
d) In-Naxxar
e) Il-Għargħur
f) Ta’ Sliema
g) San Ġiljan
h) Ħad-Dingli
i) Ir-Rabat (Malta)
j) Birkirkara
k) L-Iklin
l) Ħal Balzan
m) Santa Venera
n) Il-Ħamrun
o) Il-Marsa
p) Il-Furjana
q) Bormla
r) Birgu
s) L-Isla
t) Il-Fgura
u) Il-Mellieħa
v) San Pawl il-Baħar
w) Il-Mosta
x) San Ġwann
y) Il-Gżira
z) L-Imsida
aa) Tal-Pietà
bb) Ħal Safi
cc) Ħal Għaxaq
dd) Ħal Kirkop
ee) Il-Gudja
ff) Iż-Żurrieq
gg) Ħal Qormi
hh) L-Imġarr
ii) Is-Swieqi
jj) Pembroke
kk) Paola
ll) Ħal Tarxien
mm) Santa Luċija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
San Ġiljan – Għassa tal-Pulizija — fawran tad-drenaġġ
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma rapporti li dehru fil-media li fl-Għassa tal-Pulizija ta’ San Ġiljan qed ifur id-drenaġġ minn diversi postijiet fl-istess għassa meta tagħmel ix-xita?Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’passi qed jittieħdu biex tiġi indirizzata din il-problema? Jista’ jgħid jekk id-Dipartiment tas-Sanità ġiex infurmat b’din il-problema u jgħid xi prekawzjonijiet ittieħdu biex tiġi mħarsa s-saħħa tal-pulizija li jkunu xogħol f’din l-għassa?
Response (ABELA, CARMELO)
Le ma nikkonfermax. Dak ir-rapport li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant fil-fatt kien ġie miċħud diġa`.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħaddmu sigħat ta’ overtime fil-Korp tal-Pulizija fix-xhur ta’ Ottubru 2016, Novembru 2016 u Diċembru 2016 xahar b’xahar u kemm tħallsu f'overtime fl-istess xhur, xahar b' xahar?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li, s-siegħat illi nħadmu f’overtime fil-Korp tal-Pulizija fix-xhur ta’ Ottubru u Novembru 2016 kif ukoll l-ammont li tħallas, kien hekk kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra. L-ammont għax-xahar ta’ Diċembru għadu qed jiġi kompilat.
Birkirkara – Triq Fleur-de-Lyds u Triq l-Indjana — żebgħa tal-box square
Question
Jista’ l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li terġa’ tinżebagħ il-box square fl-intersection bejn Triq Fleur-de-Lys u Triq l-Indjana f’Birkirkara?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-refreshing ta’ din il-box junction qiegħda fuq il-lista ta’ xogħlijiet li jridu jsiru minn Transport Malta. Dawn ix-xogħlijiet isiru skont prioritajiet nazzjonali, fondi pubbliċi u l-proċess tal-akwist.
Kappella tal-Addolorata – taraġ ta’ taħt il-Kappella — tiswijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li t-taraġ ta’ taħt il-Kappella tal-Addolorata jissewwewlu l-ħsarat li fih?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-restawr tat-taraġ ta’ taħt il-Kappella tal-Addolorata huwa nkluż mar-restawr li l-Gvern inkluda bħala parti mportanti mil-proġett li bħalissa għaddej mill-proċess ta’ Competitive Dialogue.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29534 u jgħid kemm kien hemm Pulizija li kienu qegħdin jaħdmu bħala Tourism Police fix-xahar ta’ Ġunju 2016, Lulju 2016, Awwissu 2016, Settembru 2016, Ottubru 2016, Novembru 2016 u Diċembru 2016? Jista’ jgħid xahar b’xahar kemm kienu l-ħlasijiet dovuti lil dawn il-Pulizija għax-xogħol li għamlu fl-istess perjodu? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-ħlasijiet għadhom pendenti?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li l-Ministeri konċernati ħadu l-azzjoni meħtieġa, il-ħlas dovut ser jitħallas mas-salarju li jmiss.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – safar uffiċjali – użu ta’ minibar f’lukandi
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 29533, jista’ l-Ministru jikkonferma li meta jiġi kkunsmat ikel jew xorb minn minibar f'kamra ta’ lukanda okkupata minn uffiċjal tal-ministeru fuq żjara uffiċjali barra l pajjiż, huwa l-Ministeru li jħallas għal tali konsum?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-proċedura għadha l-istess bħalma kienet taħt l-amministrazzjoni preċedenti.
Korp tal-Pulizija – ħatra ta’ Assistenti Kummissarji
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li hemm il-ħsieb li jinħatru xejn inqas minn disa’ Assistenti Kummissarji fil-Korp tal-Pulizija? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organigram tal-uffiċjali kollha li hemm bħalissa fil-Korp tal-Pulizija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma nistax nikkonferma. Dwar l-organigramtal-uffiċjali, din titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra meta tkun approvata.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li fil-ġimgħat li għaddew ġie deċiż li jiġi mġedded kuntratt ta’ servicing lill-kumpanija li hija proprjetà u/jew li huwa involut fiha l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jekk fl-affermattiv jista’ jgħid kemm huwa l-valur tal-imsemmi kuntratt u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li ġie deċiż li jingħata u/jew jiġi mġedded lil din il-kumpanija?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu u jindika għal liema kuntratt qed jirreferi biex tingħata risposta relattiva`.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont dovut lill-Ispetturi tal-Pulizija għall-overtime li għamlu waqt iċ-CHOGM u meta huwa mistenni li jsiru dawn il-ħlasijiet?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders mill-Korp tal Pulizja sena b'sena fis-snin 2013, 2014, 2015 u 2016? Jista’ l-Ministru jagħti break down ta’ kull direct order li ngħatat kemm fl-ammont kif ukoll lil min ingħatat?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-dettalji ta’ direct orders li ngħataw mill-Korp tal-Pulizja sena b'sena fis-snin 2013, 2014, 2015 u 2016 qed jitpoġġew fuq il-mejda tal-kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders mill-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) sena b'sena fis-snin 2013, 2014, 2015 u 2016? Jista’ l-Ministru jagħti break down ta’ kull direct order kemm fl-ammont kif ukoll lil min ingħatat?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-breakdown ta’ dawn id-direct orders qiegħed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Servizzi ta’ Detenzjoni u Awtoritajiet tal-Ħabs – direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders mis-Servizzi ta’ Detenzjoni u mill-Awtoritajiet tal-Ħabs sena b'sena fis-snin 2013, 2014, 2015 u 2016? Jista’ l-Ministru jagħti break down ta’ kull direct order kemm fl-ammont li ngħata kif ukoll lil min ingħatat?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Il-breakdown ta’ dawn id-direct orders qiegħed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li għar-riċeviment annwali tal-Milied tal-Korp tal-Pulizija li sar fit-30 ta’ Diċembru 2016 fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, kien hemm l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fil-lista tal-mistednin? Jekk fl-affermattiv, jidhirlu l-Ministru li huwa ta’ ġieħ għall-Korp tal Pulizija li jiġi mistieden għal tali riċeviment, persuna li nstabet ħatja b'kompliċità fi qtil ta’ persuna waqt li kienet arrestata u dan waqt li kienet tokkupa kariga għolja fil-Korp tal-Pulizija?
Response (ABELA, CARMELO)
Iva nikkonferma. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija qed nifhem sew, li l-Onor. Interpellant qed jissuġerixxi, li din il-persuna, minkejja li ħadet is-sentenza mill-Qorti u din ġiet onorota, għandha tibqa’ kkastigata għal għomorha u anke tiġi bbojkotjatha? Jekk inhu hekk allura l-kliem tal-oppożizzjoni dwar korrezzjoni u rijabilitazzjoni f’min kien u hu fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin huwa kollu kliem fieragħ.
Safar uffiċjali tal-Ministru – użu mill-mini bar — policy
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi l-policy fil-Ministeru tiegħu dwar użu u konsum ta' prodotti mill-mini bar fil-kmamar ta’ lukandi waqt safar uffiċjali tal-Ministru?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat illi kif stipulat fir-regolamenti tas-safar uffiċjali li jirregolaw is-safar uffiċjali tal-Gvern, wara kull safra isir rendikont ta’ l-ispejjeż li jkunu saru u l-Ministeru jagħmel rimbors għal dawk l-ispejjeż direttament relatati mal-vjaġġ uffiċjali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm Pulizija li kienu qegħdin jaħdmu bħala Tourism Police fix-xahar ta’ Ġunju 2016, Lulju 2016, Awwissu 2016, Settembru 2016, Ottubru 2016, Novembru 2016 u Diċembru 2016? Jista’ jgħid xahar b’xahar kemm kienu l-ħlasijiet dovuti lil dawn il-Pulizija għax-xogħol li għamlu fl-istess perjodu? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-ħlasijiet għadhom pendenti?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Distrett ta’ Għawdex – żewġ pulizija li segwew kors fil-qasam tal-forensika
Question
Jista' l-Ministru jgħid kif intgħażlu ż-żewġ pulizija stazzjonati fid-Distrett ta' Għawdex li segwew kors ta' tliet xhur il-Qasam tal-Forensika? Saret sejħa għal min hu interessat jew ġew magħżula direttament? Jekk ġew magħżula direttament min għażilhom u fuq liema kriterji? Issa li lestew dan il-kors, jista' jgħid fejn qed jaħdmu dawn iż-żewġ pulizija u mil-liema ħin sa liema ħin? Qed jingħataw ħlas extra għax-xogħol li qed iwettqu u jekk iva kemm?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li ż-żewġ pulizija stazzjonati fid-Distrett ta' Għawdex u li bħalissa qed jagħmlu xogħol fil-Qasam tal-Forensika hemmhekk stess, intgħażlu wara li saret sejħa għal min kien interessat permezz ta’ ċirkolari interna għal dan l-iskop. Huma kienu ż-żewġ uffiċjali li kienu interessati f’dan ix-xogħol u ġew magħżula wara li saru l-interviews relatati. Biex bnew l-esperjenza f’dan il-qasam, huma kienu assenjati mat-Taqsima tal-Forensika f’Malta. Huma qed jaħdmu f’sezzjoni fil-Kumpless tal-MT fir-Rabat Għawdex. Huma mhux jirċievu ħlas extra għax-xogħol li qed iwettqu u l-istess uffiċjali jaħdmu b’xift ta’ tliet t’ijiem xogħol mal-ġurnata u jieħdu jum ta’ mistrieħ fir-raba jum.