Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu f’overtime l-Correctional Officers fix-xahar ta’ Jannar 2017 u fix-xahar ta’ Frar 2017, kif ukoll kemm tħallas overtime fix-xahar ta’ Jannar 2016 u Frar 2016?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-ħlas tal-overtime kien kif ġej;
Jannar
Frar
2016
€131,264.36
€153,823.32
2017
€155,830.72
€157,560.82
Jista’ l-Ministru jgħid kif qed jiġi assigurat mill-awtoritajiet tal-ħabs li l-overtime fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin jinqasam b’mod ekwu u kulħadd jingħata l-opportunità li jaħdem is-sigħat ta’ overtime daqs ħaddieħor?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-overtime jingħata skont il-ħtieġa tas-servizz u tat-taqsima partikolari fejn ikun hemm il-ħtieġa jew it-talba biex jsir. L-awtoritajiet tal-Faċilità jaraw dejjem illi l-overtime jinqasam b’mod ekwu u fil-fatt kulħadd jingħata l-opportunità li jaħdem sigħat ta’ overtime daqs ħaddieħor, dejjem skont it-taqsima relattiva.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – sistema ta’ xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fil-ħabs tinbidel is-sistema preżenti ta’ xogħol day in day out għal sistema ta’ tliet shifts?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi m’hemm l-ebda ħsieb li tinbidel is-sistema preżenti.
Inserraħ moħħ l-Onorevoli Interpellant illi grazzi għall-amministrazzjoni preżenti, kull tip ta’ bidla fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tkun diskussa mal-Union.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – pulizija stazzjonati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid sal-lum kemm għad hemm pulizija li huma stazzjonati fil-Ħabs u jgħid x’inhu speċifikament ix-xogħol ta’ dawn il-pulizija u għaliex dan ix-xogħol ma jistax isir minn gwardjani tal-ħabs minflok?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li fil-preżent hemm stazzjonati 10 membri tal-Korp tal-Pulizja. Dawn jagħmlu xogħol illi jvarja minn xogħol ta’ drivers, spezzjonijet fuq inmates li jkunu fuq prison leave, xogħol fil-Gate House, fit-taqsima magħrufa bħala Debituri, fil-Gym tal-Inmates, Il-Forensic Unit u trades. Il-prassi li jkun hemm numru ta’ membri tal-Korp tal-Pulizija jagħqdu doveri fil-Facilita` ila ġejja minn ħafna snin u s’issa għadha tinħass il-ħtieġa ta’ dawn l-uffiċjali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Correctional Officers li jitħallsu xi forma ta’ allowances għall-ħidma li jwettqu? Jista’ jgħid liema huma l-units tal-Correctional Officers li jirċievu allowance għall-ħidma tagħhom? Jista’ jgħid kemm tħallsu f'allowances il-Correctional Officers fis-sena kollha 2016? Jista’ jgħid x’inhuma l-kriterji li jintużaw sabiex jiġi stabbilit li Correctional Officers li jkunu qed jaħdmu f'division jingħataw allowance u oħrajn li jaħdmu f'divisions oħra ma jitħallsux allowance fosthom divisons li jilqgħu fihom anke 60 priġunier?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li l-Uffiċċjali Korrettivi, kollha jieħdu Allowance jekk jaħdmu l-Ħdud u Festi Pubbliċi. Hemm numru ta’ uffiċjali li jieħdu forma ta’ Allowance ieħor kif ġej;
Deputising Allowace 4 uffiċjali
Qualification Allowance 3 uffiċjali
Special Duty Allowance 66 uffiċjal
Il-Units illi jieħdu Special Duty Allowance huma, Special Response Team, Prisoners’ Escort, Officers i/c Workshops(inkluż il-kċina u l-bakery), Officers teaching Special Trades or Subjects, Officers on duty at the Special or Maximum Security divisions u Officers performing ‘Duty Officer’.
L-ammont ta’ Allowance li tħallas għas-sena 2016 huwa kif ġej;
Ħdud u Festi Pubbliċi €790,227.21
Deputising €3818.07
Qualification €1746.94
Special Duty €111,211.09
Il-Kriterji biex jitħallsu l-allowances joħorġu mill-ftehim tal-1994 dwar is-salarji u l-kundizzjonijiet tas-servizz tal-klassi tas-servizzi korrettivi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-każijiet ta’ serq irrapurtati lill-Pulizija jiġux ikklassifikati f'kategoriji u tipi ta’ serq varji, u jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’inhuma dawn il-kategoriji varji ta’ serq u jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ serq għal kull kategorija għas-sena 2013, 2014, 2015 u 2016?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Identity Malta – proċeduri għal persuni ta’ nazzjonalità barranija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għal finijiet ta’ ħruġ ta’ Karta tal-Identità, xi proċedura qed tħaddem u x’passi qed tieħu Identity Malta meta jirriżultalha li persuna ta’ nazzjonalità barranija, tintsab li qed tuża indirizz mingħajr l-approvazzjoni tas-sid? Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura li hemm sabiex dawn is-sidien ikunu jistgħu jneħħu lil dawn il-persuni bħala reġistrati fuq il-proprjetà tagħhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li persuni ta’ nazzjonalità barranija ma japplikawx għal Karta tal-Identità, iżda għall-dokument ta’ residenza.
Kull ċittadin ta’ pajjiż terz ikollu bżonn jissottometti mal-applikazzjoni tiegħu dokumentazzjoni marbuta mal-indirizz. Din tinkludi l-kuntratt tal-kiri jew tax-xiri tal-proprjetà. Fil-każ ta’ kirjiet, tintalab ukoll konferma bil-miktub minn sid il-kera permezz ta’ formola separata.
Sidien jew persuni oħra li jindunaw li xi persuna qed tuża indirizz mingħajr awtorizzazzjoni jistgħu jagħmlu rapport kemm lil Identity Malta kif ukoll lill-Pulizija. Meta l-Aġenzija tiskopri li verament kien hemm abbuż relatat mal-indirizz, isir rapport lill-Pulizija u l-applikazzjoni kkonċernata tiġi rrifjutata.
L-Address Management System li ddaħħlet fis-sistemi elettroniċi t’Identity Malta matul l-2016 qed tagħmilha aktar diffiċli għal kwalunkwe persuna, Maltija jew barranija, li tinqeda b’indirizz li ma tkunx awtorizzata sabiex tuza. Wieħed irid ifakkar ukoll li persuna barranija ma tistax tiġbor permess ta’ residenza jekk ma tippreżentax il-korrispondenza li Identity Malta tkun batet fil-proprjetà indikata fl-applikazzjoni.
Sidien ta’ proprjetà li jkollhom persuni rreġistrati fuq il-proprjetà tagħhom u ma jibqgħux joqgħodu hemm jistgħu javżaw lill-Identity Malta sabiex jittieħdu l-passi meħtieġa. F’kazi fejn l-Aġenzija ma ssibx koperazzjoni mill-persuni kkonċernati, il-permess ta’ residenza jiġi miċħud jew irrevokat, filwaqt li l-każ jingħadda lill-Pulizija.
Iż-Żurrieq – Għassa tal-Pulizija – infestazzjoni ta’ ġrieden
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma r-rapporti li dehru fil-media li fl-Għassa tal-Pulizija taż-Żurrieq, hemm infestazzjoni ta’ ġrieden? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’passi qed jittieħdu biex tiġi indirizzata din il-problema? Jista’ jgħid jekk id-Dipartiment tas-Sanità ġiex infurmat b’din il-problema u jgħid xi prekawzjonijiet ittieħdu biex tiġi mħarsa s-saħħa tal-pulizija li jkunu xogħol f’din l-għassa?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Karti tal-Identità li sal-lum għadhom mhux imġedda? Jista’ jgħid x'qed isir minn Identity Malta sabiex dawn il-Karti tal-Identità jiġu mġedda?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onor. Interpellant fl-eżerċizzju li sar mill-Aġenzija Identity Malta matul is-snin li għaddew prattikament inbidlu l-karti tal-identità taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin kollha ħlief għal xi ftit eċċezzjonijiet li l-Aġenzija m’għandha ebda mezz li tkun taf min huma.