Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #16232 Sitting 297 2000-05-22 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Millennium Concert

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li l-Millennium Concert li kellu jsir f'Għawdex tħassar?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li la l-Ministeru għal Għawdex u l-ebda kumitat fi ħdan l-istess Ministeru ma kellu x'jaqsam ma' l-organizazzjoni ta' din l-attivita'.
Leg 9 PQ #16233 Sitting 297 2000-05-22 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Lejliet il-Millennium — Ħlasijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħud x'inhi r-raġuni li mhux il-ħaddiema kollha li ħadmu f'lejliet il-Millennium ħadu l-Lm25 extra imwiegħda lilhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-biċċa l-kbira tal-ħaddiema li ħadmu lejlet il-Millennju ġew imħallsa l-allowance ta' Lm25. Qiegħdha tittieħed azzjoni biex fl-iqsar żmien possibbli titħallas l-allowance lil dawk l-impjegati li għadhom ma' tħallsux.
Leg 9 PQ #15763 Sitting 285 2000-05-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Għawdex — Kerċem - VOR System

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi żviluppi wara r-risposta tal-Ministru għall-mistoqsija parlamentari numru 14947, u dan peress illi sal-lum id-dipartiment ta' l-artijiet qed isostni illi ma rċieva l-ebda risposta mill-MIA?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-M.I.A. qed taghmel dak li hu possibbli sabiex tipprovdi l-informazzjoni mitluba minnha. Din l-informazzjoni mistennija tingabar u tinghata lid-Dipartiment ta` l-Artijiet qabel l-ahhar ta` dan ix-xahar. Fis-7 ta` April ta` din is-sena, il-Kumpanija nfurmat lill-Ombudsman kif ukoll lill-imsemmi dipartiment dwar dan. Ta` min jghid li dan huwa kaz ta` kumpens ghal rekwizizzjoni ta` art li saret madwar hamsin sena ilu.
Leg 9 PQ #15132 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali — Mediċini

Question

Tista' l-Ministru tirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 14101?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li jekk pazjent ikun rikoverat fl-Isptar Ġenerali ta ' Għawdex u l-konsulent ta' l-istess sptar jordnalu mediċini li ma jinsabux fl-ispiżerija (non formulary) bħalma huma l-mediċini li qed jirreferi għalihom l-onor. interpellant, issir talba lill-Bord tal-Mediċini għall-approvazzjoni tax-xiri tagħhom mill-Medical Stores tad-Dipartiment tas-Saħħa. Sa x'ħin isir il-proċess li jieħu xi ftit żmien, jista' jagħti l-kas li l-pazjent jintalab iġib din il-mediċina hu. F'kas li l-pazjent rikoverat ikun diġa' qiegħed fuq dawn il-mediċini li jkunu ingħataw lilu mill-Ispiżerija ta' l-isptar (għax kien intitolat għalihom), jista' jaghti wkoll il-kas li jintalab biex iġibhom miegħu dment li jkun rikoverat fl-isptar.
Leg 9 PQ #15206 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Għawdex - Arbli tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li l-Korporazzjoni Enemalta fl-aħħar ssolvi l-problema li hemm f'Għawdex dwar t-twaħħil ta' l-arbli tad-dawl? Jaf il-Ministru li l-kuntrattur il-ġdid li ġie nkarigat mill-korporazzjoni m'għandux arbli tad-dawl, peress li dawn l-istess arbli tad-dawl qegħdin fil-pussess tal-kuntrattur il-qadim u li qiegħed jirrifjuta li jagħti dawn l-arbli lill-kuntrattur il-ġdid?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li hija l-prattika li l-kuntrattur li jkun inkarigat mill-kuntratt il-qadim ta` twahhil ta` l-arbli, jispicca x-xogholijiet li jkun ghadu nkarigat minnhom skond il-kuntratt u ghalhekk mhuwiex il-kaz li l-kuntrattur il-gdid ma bediex ix-xoghol ghar-raguni moghtija mill-Onorevoli Interpellant. Skond il-kuntratt attwali, il-kuntrattur il-gdid jista` jghabbi l-arbli li ghandu bzonn mill-imhazen tal-Korporazzjoni Enemalta.
Leg 9 PQ #14946 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru ta' l-Intern

Malta Tourism Authority — Liċenzji ġodda għal kiosks

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 14722?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-proċess ta` reviżjoni tar-regolamenti li jirregolaw liċenzji ta` negozju mistenni jkun lest sa l-aħħar ta` din is-sena. L-ewwel u t-tielet partijiet tal-Mistoqsija ma jikkonċernawx Awtorita` li taqa` taħt ir-responsabbilita` tal-Ministeru tiegħi.
Leg 9 PQ #14947 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru ta' l-Intern

Għawdex — Kerċem - VOR system

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 14673?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li żmien wara li d-Dipartiment ta` l-Avjazzjoni Ċivili ntalab mid-Dipartiment ta` l-Artijiet biex jissuplixxi survey ta` l-area okkupata mill-V.O.R. station ta` Kerċem, id-Dipartiment ta` l-Avjazzjoni Ċivili informa lid-Dipartiment ta` l-Artijiet li l-istaff tekniku li kellu miegħu kien sar jifforma parti mill-M.I.A. u għalhekk it-talba kellha ssir lill-M.I.A. Ninsab infurmat li minkejja li saret it-talba lill-M.I.A., sal-lum id-Dipartiment ta` l-Artijiet għadu ma rċieva ebda risposta.
Leg 9 PQ #14948 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Servizz tal-helicopter — Noll

Question

B'riferenza għall-miżura li kien ħa l-Gvern Laburista li min jaqta' ticket ma' l-Air Malta għall-estern, ikollu s-servizz tal-helicopter bir-return b'fare ta' Lm5, tista' l-Ministru tikkonferma illi wara li dan il-fare diġa' għola minn Lm5 għal Lm6, issa dan il-gvern beħsiebu jerġa' jgħolli dan in-noll għal Lm10?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #14949 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Servizz tal-hovermarine

Question

In vista tal-fatt li l-gvern preżenti qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali li għaddiet ta' spiss kien wiegħed li sejjer jintroduċi s-servizz tal-hovermarine, liema servizz issa ġie interott, jidhrilha l-Ministru li dan is-servizz huwa ħafna aktar bżonjuż fix-xitwa milli fis-sajf għall-poplu Għawdxi? Tista' tgħid meta dan is-servizz sejjer jerġa' jibda?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li minħabba temp ħażin fix-xhur xitwin, is-servizz tal-katamaran ma jkunx jista' jaħdem b'mod regolari u għalhekk il-kumpanija preferit li twaqqaf dan is-servizz minflok li tħaddmu biss meta it-temp jippermetti. Is-servizz għandu jerġa' jibda fil-bidu tax-xahar t'April ta' din is-sena.
Leg 9 PQ #14950 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Festi tal-Millennju

Question

Tista' l-Ministru tagħti breakdown ta' l-ispejjeż kollha li ntnefqu għaċ-ċelebrazzjoni tal-festi tal-millennju?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-ispejjez li tħallsu matul l-1999 għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-festi tal-millennju huma kif skedati hawn taħt: Lm Dwejra Festival of Folklor (Awissu '99) 369 Inawgurazzjoni taċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Millennju (Settembru '99) 7,484 Ċelebrazzjonijiet ta' Jum l-Indipendenza (Settembru '99) 1,596 Festa Kappelli (Ottubru '99) 2,492 Festa Korijiet (Novembru '99) 612 25 Anniversarju ta' Malta Repubblika 252 Milied '99 2,010 Festi ta' l-aħħar ġimgħa tal-Millennju u l-ewwel jiem tal-Millennju l-ġdid (Diċembru '99 - Jannar 2000) 29,762 Attivitajiet oħra varji (Lulju - Novembru '99) 1,622 Rikordjar ta' CD mill-Chorus Urbanus (Bulgarija) 2,575 Armar (għamara) 220

Għawdex — Kerċem - VOR Station

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni qiegħda tittieħed dwar talba li saret mil-Lands Department biex isir survey ta' l-art li ġiet esproprjata u li llum qiegħda 'l ġewwa mill-fence tal-VOR station, ta' Kerċem Għawdex, liema survey l-istess Lands Department ilu jitlob għal madwar sentejn (L4952/58)?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #14722 Sitting 261 2000-03-13 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tat-Turiżmu

Malta Tourism Authority — Liċenzji ġodda għal kiosks

Question

Huwa veru li l-Malta Tourism Authority fil-preżent m'hijiex tagħti r-rakkmandazzjonijiet tagħha biex jiġu approvati liċenzji ġodda għal kiosks u hawkers? Meta sejrin jiġu formulati r-regolamenti il-ġodda biex jingħataw liċenzji għal kiosks? Jekk din il-policy għadha m'hijiex formulata, x'ġustifikazzjoni għandha l-MTA li xorta waħda tiġbor il-kontribuzzjoni għal din is-sena ta' Lm62.50c għal kiosk u mobile canteens meta liċenzji għal applikazzjonijiet ġodda m'humiex jiġu approvati?

Response (REFALO, MICHAEL)

L-Awtorita' tat-Turiżmu m'hiex responsabbli għall-approvazzjoni ta' liċenzji ta' 'kiosks' jew 'hawkers'. Il-liċenzji jinħarġu minn awtoritajiet governattivi oħra. Għalhekk l-Onor Interpellant nistiednu jirrivolġi l-mistoqsija tiegħu lil dak il-Ministeru li jeżerċita l-funzjonijiet relativi.
Leg 9 PQ #14101 Sitting 250 2000-02-28 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Ġenerali — Mediċini

Question

Jaf il-Ministru li qraba ta' pazjenti fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex ġieli jiġu mitluba jieħdu fl-isptar mediċini għal nieshom pazjenti fl-istess sptar? X'inhi r-raġuni li saħansitra jiġu mitluba jieħdu mediċini li jkunu disponibbli mill-istess spiżerija ta' l-isptar u ordnati mill-istess speċjalisti fl-isptar, bħalma huma n-Nu-Seals 75 u Tobradex eye-drops/ointment?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Onor. Ministru għal Għawdex.
Leg 9 PQ #14328 Sitting 250 2000-02-28 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Impjegati

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li persuni mpjegati mal-gvern li jkunu ħadu 20 ġurnata sick leave, mhuwiex qiegħed ikollhom il-leave tagħhom approvat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li fil-Ministeru għal Għawdex m'hemm l-ebda prassi li impjegati li jkunu ħadu 20 ġurnata sick leave ma jkollhomx il-leave tagħhom approvat.

Kalaxlokk — Ex-ħaddiema

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-ex-ħaddiema tal-Kalaxlokk mhumiex qegħdin jitħallew japplikaw għal Bord ta' l-Invalidita'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninfroma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda struzzjonijiet mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali biex ex-ħaddiema tal-Kalaxlokk ma jitħallewx japplikaw għal Pensjoni ta' l-Invalidita'. Jekk l-Onor. Membru jaf b'xi każ speċifiku għandu jikkuntattja lid-Direttur tas-Sigurta' Soċjali bid-dettalji. Tajjeb iżda li nfakkar l-Onor. Membru li persuna tista' tapplika għal Pensjoni ta' l-Invalidita' kemm il-darba tkun tbati minn marda serja jew ħsara fiżika jew mentali li tipprekluniha milli taħdem full-time jew b'mod regolari part-time jew għal xogħol li taħdem għaliha nnifisha. Għalhekk, persuna li tkun spiċċat mix-xogħol volontarjament u mhux mingħabba kundizzjoni medika, ma tikwalifikax għal pensjoni ta' l-Invalidita'. B'danakollu kien hemm ħaddiema tal-Kalaxlokk li fil-każ tagħhom ġie provat li qabel ma spiċċaw mix-xogħol kienu qed ibatu minn marda speċifika li kienet ser tipprekludihom mix-xogħol. Dawn ngħataw persjoni għall-Invalidita'.
Leg 9 PQ #13056 Sitting 225 2000-01-24 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Għawdex — Qorti - Telephone

Question

Jaf il-Ministru li fil-Qorti ta' Għawdex minn żewġ linji tat-telephone, linja waħda ilha bil-ħsara mit-Tnejn, 17 ta' Jannar, 2000? Jista' l-Ministru jieħu ħsieb biex din il-linja titranġa?

Response (GATT, AUSTIN)

Fil-Qorti ta` Ghawdex ghandna tlett (3) linji li fuqhom jista` icempel l-pubbliku minn barra. Waħda minn dawn (557531) kienet bil-ħsara nhar it-Tnejn 17 ta` Jannar 2000. Din issewwiet l-ghada it-Tlieta pero rega kien hemm xi ħsara. Pero reġghet issewwiet. Tajjeb ukoll li insemmi li fil-Qorti ta` Ghawdex hawn installata `phone booth` biex il-pubbliku ikun jista` jċempel minn ġol-Qorti.
Leg 9 PQ #12673 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għawdex — Mużew ta' l-Arkeoloġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm oġġetti tal-qedem ittieħdu mill-mużew ta' l-arkeoloġija ta' Għawdex lejn Malta f'dawn l-aħħar għaxar snin? X'kienet ir-raġuni li għaliha ttieħdu? Kemm minn dawn l-oġġetti għadhom Malta? Għal liema raġuni għadhom ma ngħatawx lura lill-mużew ta' Għawdex? Meta se jerġgħu jinġiebu lura f'Għawdex?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat illi mid-display tal-Mużew ta' l-Arkeoloġija t'Għawdex ġew trasferiti tminn oġġetti ta' valur arkeoloġiku lejn Malta. Dawn l-oġġetti huma: Nru. tal-Katalgu Deskrizzjoni ta' l-oġġett C2, C3, C4 u C5 Erba' biċċiet fuħħar iddisinjati mill-fażi ta' Għar Dalam B1 Parti minn skutella tal-fuħħar b'disinji inċiżi ta' għasafar, misjuba l-Ġgantija B4 Biċċa fuħħar b'disinn ta' figura umana, misjuba l-Ġgantija C16 Kikkra tal-fuħħar mill-fażi ta' Ħal Saflieni C13 Skutella tal-fuħħar mill-fażi tal-Ġgantija, misjuba l-Ġgantija Dawn l-oġġetti ittieħdu minn Għawdex fl-1995 waqt il-preparazzjoni għall-Esibizzjoni ta' l-Arti Preistorika Maltija 5000-2500 BC li ttellgħet f'Marzu ta' l-1996. Din l-istess esibizzjoni wara ttieħdet ukoll Firenze. Il-provenjenza ta' l-oġġetti minn Għawdex kienet indikata fil-katalgu kemm f'Malta kif ukoll f'Firenze. L-oġġetti meħuda minn Għawdex kollha ġew konservati xjentifikament fl-1995. Il-konservazzjoni ta' l-oġġetti kienet parti essenzjali fil-proċess ta' ħidma fuq l-esibizzjoni. Dawn l-oġġetti kellhom kontaminazzjoni bijoloġika estensiva u problemi oħra ta' restawr. Informat li dawn l-oġġetti se jiġu rritornati l-Mużew ta' l-Arkeoloġija f'Għawdex meta l-vetrini fejn se jitpoġġew jiġu preparati mill-aspett ta' konservazzjoni. Dan ix-xogħol hu maħsub li jitlesta fis-sena 2000.
Leg 9 PQ #12176 Sitting 215 2000-01-10 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Skejjel — Perit Tekniku

Question

Tista' l-Ministru tgħid min kien il-perit tekniku nkarigat biex jagħmel r-rapport dwar il-manutenzjoni ta' l-iskejjel? L-istess perit tħallas ta' dan ir-rapport u kemm tħallas?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-perit tekniku inkarigat biex jagħmel ir-rapport dwar il-manutenzjoni ta' l-iskejjel kien is-Sur Maurice Galea. Dan il-perit tħallas il-miżata ta' sitt mija u disgħin liri Maltin (Lm690) skond it-tariffi applikabbli.
Leg 9 PQ #11893 Sitting 201 1999-12-06 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ċelebrazzjonijet tal-Millenium

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġie jiswa l-brochure li ġie stampat mill-kumitat inkarigat miċ-ċelebrazzjonijeit tal-Millenium? Fejn ġie stampat? Kemm kienet l-ispiża biex dan il-brochure jitqassam mal-gurnal Sunday Times tal-Ħadd li għadda?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-brochure stampat mill-Kumitat għaċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Millennju se jiġi jiswa lill-Gvern Lm1500 liema ammont jinkludi spiża ta' Lm850 biex il-brochure jitqassam mal-ġurnal 'The Sunday Times'. Dan il-brochure ġie stampat fil-Progress Press.